1 minute read

Għaġin bil-ħaxix – Riċetta ta’ Anton B. Dougall

Ingredjenti

P għaġin qasir. Ikun aħjar jekk tuża għaġin ismar. P tadam imqatta’ P karrotti msajra u mqattgħa biċċiet P piżelli mgħollija P ħjar imqatta’ P dadi ta’ ġobon li tiggosta P melħ u bżar P żejt taż-żebbuġa jekk jista’ jkun extra virgin

Advertisement

GĦAĠIN BIL-ĦAXIX

RiĊetta ta’ Anton B Dougall

L-insalata tal-għaġin qed issir popolari ħafna. L-aktar ħaġa importanti hi li l-għaġin qatt u qatt ma trid issajru żżejjed u dejjem trid issajjar għaġin daqskemm għandek bżonn. Jiġifieri trid tagħmel għaġin eżatt daqskemm tkun se tuża. Dan għaliex jekk taħseb li tgħalli ħafna u tħallih fil-fridge biex jittiekiel darb’oħra tinduna li dan ma jibqax tajjeb u tispiċċa biex tarmih u b’hekk taħli aktar.

Metodu

1. Għalli l-għaġin. Meta jkun sar, qattru tajjeb u qiegħdu fid-dixx fejn se sservi l-insalata. 2. Miegħu żid il-biċċiet tat-tadam, karrotti, piżelli, ħjar u l-ġobon. Ħawwad tajjeb. 3. Żid iż-żejt, ftit melħ u bżar. Erġa’ ħawwad u servi.

This article is from: