8 minute read

Strada Stretta: Episodju 7/ L-ewwel Staġun: L-ewwel Parti

EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN XEWQAT IL-QALB (l-ewwel parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Advertisement

Luċija lemħet il-pustier riesaq lejn ir-residenza tas-sinjura tagħha u ħarġet tiġri biex tiġbor l-ittri. Sellmet lill-pustier u dan newlilha l-ittri. Ittra minnhom kienet minn barra minn Malta u kienet indirizzata għal Luċija. Il-pustier kompla b’xogħlu u Luċija tbissmet filwaqt li ħbiet l-ittra ġol-cardigan li kienet liebsa, biex ħadd ma jinduna li rċeviet xi ħaġa għaliha. Il-ġurnata bdiet tisbaħ, Violet qamet mis-sodda, bir-rollers f’xagħarha, iżda ma bdietx tħossha f’sikkitha. Dlonk ħarbet tiġri tirremetti. Friskat wiċċha bi ftit ilma u fil-mera rat lilha nnifisha pallida u ħosbiena. Lydia kienet f’kamritha tikteb id-djarju tagħha. Dakinhar kienet kitbet hekk; Stramb kif il-ħajja tissorprendik....l-affarijiet qatt ma jmorru kif tixtieq jew kif kont ippjanajt. Tistinka kemm tistinka biex iġġib l-affarijiet kif tixtieqhom, il-ħajja tieħu l-kors tagħha u b’mod naturali tkun kompletament differenti minn dak li tixtieq qalbek. Il-bniedem għandu ftit wisq jew xejn kontroll fuq ħajtu u ma’ dan kollu nibqgħu niġġieldu u noħolmu fi żmien aħjar. Imut il-ħolm, imut il-bniedem. Imma jien għajjejt noħlom. Jekk ngħid lil qalbi dak li nixtieq wisq probabbli l-ħajja toħodni fi triq opposta. Qed nibża’! Iżda ma tantx damet tikteb li ma tathiex taqliba u bdiet il-ġurnata bħal Violet. Lilly ratha u ta’ ħabiba offritilha l-għajnuna tagħha.

Nagħmillek ftit te bil-lumi? Għalkemm ma naħsibx li ħa jgħinek daqshekk!Lilly: Le, qed inħossni aħjar diġà.Lydia: Issa għandek l-ewwel tliet xhur hekk ruħi. Ma tantx hemm x’tista’ tagħmel. Taf kemm għandek?Lilly: Naħseb xi xahrejn u nofs ...xi ħaġa hekk. Ma nafx eżatt.Lydia: (bi tbissima qaltilha) U jien ħsibtek Santa Goretti ...mur għidli! Lilly: Thank you ...tal-bieraħ ...meta qbiżt għalija l-bar.Lydia: Stella anke lili qed tqabbiżhom dan l-aħħar.Tellgħathomli!Lilly: Naf li għadek irrabjata miegħi, imma emminni ma ridtx inweġġgħak ...ġrawli wisq affarijiet f’daqqa, irrid Lydia: nidra wisq affarijiet ġodda. Naf li qed tieħu paċenzja bija, ma rridx inkun problema għalik... U xi problema int! Min qallek li int problema? Kieku ma daħħaltekx f’dari mal-ewwel.Lilly: Imma int daħħalt lili, ma kontx taf li jien hekk...Lydia: Issa mhux hawn qiegħda, la titwieled naraw.Lilly: Lydia:Lydia: Qed nibża’ Lilly! (Lydia tinfaqa’ tibki) Iva ejja ’l hawn, tagħmilx hekk għax ħażin toqgħod tinkedd, ejja! (filwaqt li għannqitha u sabu l-wens Lilly: f’xulxin) Lilly għannqet lil Lydia sabiex tagħtiha kuraġġ. Lilly hugs Lydia to comfort her.

Jidher li ż-żewġt iħbieb tagħna nsew id-differenzi ta’ bejniethom u saru ħbieb. Tant li Lydia fuq id-djarju tagħha żiedet dan il-kliem: Vera li ma għandna kontroll ta’ xejn fil-ħajja, imma r-relazzjonijiet li għandna nibnuhom aħna, b’għemilna. Ma rridx inħassar din il-ħbiberija li għandi ma’ Lilly. Hi fdatni u laqgħatni f’darha u ħabbitni daqslikieku kont oħtha. Id-differenzi ta’ bejnietna ma jinteressawnix...inħobbha mill-qiegħ ta’ qalbi għal dak is-sentiment ġenwin li jgħaqqadna u jżommna ħbieb.

EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN XEWQAT IL-QALB (l-ewwel parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Mario:

Is-Sid:

Mario:

Is-Sid:

Mario:

Is-Sid:

Mario:

Is-Sid:

Mario:

Is-Sid:

Mario:

Is-Sid:

Mario:

Is-Sid:

Mario:

Is-Sid:

Mario:

Is-Sid:

Mario:

Is-Sid:

Luċija niżlet ix-xatt, viċin ta’ fejn Mario għandu l-dgħajsa tiegħu. Ma’ kantuniera, b’daharha lejn il-ħajt bdiet taqra l-ittra li kienet irċeviet minn barra. Wiċċha mtela eċitament kbir u sodisfazzjon waqt li bdiet taqra. Wara li qrat ilkontenut, tefgħet l-ittra fl-envelopp u dritt għall-basket. Wara kienet ser terħilha lura d-dar tas-Sinjura iżda tara lil Ġanni (ħabib ta’ Mario) u tieqaf tkellmu. Tistaqsi għal Mario, iżda dan jgħidilha li Mario kien qiegħed il-Belt. Xtaqet turih l-ittra li rċeviet imma ftiehmet ma’ Ġanni li la jasal lura, kien ser jgħidlu li ġiet tfittxu. Dak il-ħin Mario kient qiegħed ifittex il-ħanut, Casteletti and Sons shop fil-Belt. Xħin sab il-ħanut, sab is-sid li kien qiegħed jagħlaq il-ħanut. Dan ħaseb li kien ġie biex jixtri u mill-ewwel infurmah li kienu qed jagħlqu, iżda Mario ma marx għalhekk. Ħareġ minn ġol-but l-unika ritratt li kellu ta’ Lydia u wrieh lil dan is-sid. Din it-tfajla Lydia, ġieli rajtha? ...Kellha tistennieni hawn ġimagħtejn ilu! Iva, dażgur li rajtha ...kienet qed tistenna hawn ...damet imma! Kellimtha? Qaltlek xi ħaġa? Fejn kienet biħsiebha tmur? Ngħidlek is-sew. Rajtha ilha tistenna u wara xi sagħtejn poġġiet fuq il-bagoll ...għax kellha bagoll magħha, u tħassartha; ma dehritx sew u ħriġt insaqsiha tridx tazza ilma. U x’qaltlek? Qaltli, issa jew bil-mistħija.... Imma qaltlek fejn sejra? Naf li għamlet xi tliet kwarti oħra hawn, imbagħad qisha qatgħet qalbha u rajtha tielqa ’l hemm ...lejn Strada Stretta. Ma qaltlekx forsi fejn kienet biħsiebha ssiefer ...forsi jien naf l-Ingilterra? ...Smajtha tgħid xi ħaġa? Ma naħsibx li siefret, għax għadni kemm rajtha kumbinazzjoni xi jumejn ilu? Mhux iktar minn tlieta. Kienet ma’ Lilian, jgħidulha l-Lilly. Żgur hi kienet? Iva mela, tant li sellmitli wkoll! Min hi din Lilly li semmejt ...taf fejn nista’ nsibha? Imma inti għala qed tfittixha lil din Lydia? Għax lili kienet qed tistenna dakinhar . Ġejt naqra tard għall-appuntament. Ma jidhirlekx? Jekk forsi tgħinni nsib lil Lilly naf nirrimedja, ma taħsibx? Naf li toqgħod Strada Stretta għax hemm taħdem ...Il-bar ta’ Polly. Issa l-bieb fejn toqgħod eżatt ma nafx, imma iktar tard żgur il-bar tkun. U magħha rajtha żgur jiġifieri? Iva hi għidtlek ...dehru li jafu lil xulxin sew. Mario kien imfixkel! Lydia siefret jew le? Alvio qallu li dik kienet qabdet it-triq lejn art barranija, iżda dan kien qallu li raha! Ma kienx jaf lil min ser jaqbad jemmen. Dan ir-raġel f’għajnejn Mario deher konvint. Imtela b’kuraġġ kbir li għad isib il-maħbuba tiegħu! Iżda kif baqgħet Violet? Peress li qamet ma tiflaħx. Violet marret għand it-tabib biex jaraha u jeżaminaha. It-tabib jistedinha tidħol u Violet tistqarr miegħu dak li kienet qed tħoss. Violet jidher li ma tantx ħadet pjaċir b’dak li qalilha t-tabib! Minn hemm ħarbet tiġri fl-imwarrab biex tiltaqa’ ma’ Gian Marie. Tkellmu bejniethom u t-tnejn kienu jidhru ferm inkwetati, tant hu hekk li Gian Marie kien qiegħed wiċċu ’l isfel mal-istering tal-karozza!

EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN XEWQAT IL-QALB (l-ewwel parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Gian Marie:

Violet:

Gian Marie:

Violet:

Gian Marie:

Violet:

Gian Marie:

Violet:

Gian Marie:

Violet:

Gian Marie:

Violet:

Gian Marie:

Violet:

Gian Marie:

Violet:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Imma ċert?

Għand tabib mort ta mhux għand skarpan. Jien ħsibt li lanqas jista’ jkolli, ma stajtx ninqabad ma’ Johnny ...ma nistax nifhem.

Forsi ta’ Johnny! Le tiegħek żgur ..żgur tiegħek! ssa x’ħa nagħmlu? (tinfaqa’ tibki) Ma nafx! Hu minn dejjem irrid it-tfal le ...għidlu li ħriġt tqila. Kif ngħidlu li tqila jekk ilna ma jkollna x’naqsmu ...Kif ser jemminni?! Ħa joqtolni! U jkollu raġun ...Kollu tort tiegħi! ...Intant ma’ mara ta’ pulizija mort noħroġ! Grazzi qed naraha qalbek. Int tgħidlu xejn għalissa ...Iddum ma tidher hux? Jien naf meta ħa nibda nidher ...Ħa nidher hux, ħa jarani li nbdilt ..se jinduna li qed inkun ma niflaħx. Ma ridtx nidħol f’dan l-inkwiet.

Taħseb li inti biss! ...Ħa jkolli ngħidlu ...Ħa jkolli nġagħlu naħseb li tiegħu. (Violet titlaq ħesrem mill-karozza, mingħajr biss ma ssellem lil Gian Marie) X’ser tagħmel? Ħa nagħmel dak li mara hu fi dmirha tagħmel ma’ żewġha. (Violet taħrab tiġri d-dar tagħha) ’Il bogħod mill-Belt, ġo knisja kien hemm Victoria tkanta flimkien mal-kor, kollha tampar xulxin. Dakinhar kellhom xi provi u minn ġol-korsija deher Guido jimxi filwaqt li jammira l-vuċijiet spettakolari ta’ dan il-kor. L-għalliem ħass li għal dak il-jum kienu prattikaw biżżejjed, għalhekk il-kor aġġorna għall-ġimgħa ta’ wara. Victoria tara lil Guido jitbissmilha, xħin ratu mtliet bil-ferħ u marret fuqu biex tkellmu. Prosit! Ma kontx naf li qiegħda mal-kor. Eh! Idea tal-mamà!

Naturalment! ...Isma’ jien ġejt niskuża ruħi! Jien ma missnix għamilt dak li għamilt, naf li żbaljajt! Ittini ċans! Jiddispjeċini li ħtaftek u li m’emmintekx. Naħseb issa huwa ċar li jien kont l-uniku idjota li ma kienx qed jara l-affarijiet għal dak li huma. Naħseb li kellek dritt tkun taf il-verità. Oħti wisq probabbli ma riditx tweġġgħak anqas, żgur ma kinitx l-intenzjoni tagħha. Imma hi tħobb lil Mario. U jien inħobb lilha. (Għal dan il-kliem Victoria ħasset weġgħa ta’ qalb) Xorta għandi bżonn inkellimha ....għandi bżonn nisma’ ċertu affarijiet mingħandha. Victoria: Lydia mhi ġejja qatt lura. Ma nafx għala qed torbot qalbek ma’ xi ħadd li ma jridx u ma jistax iħobbok. Għinni Victoria nsibha.

Jien naħseb inti mhux qed tifhem!

EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN XEWQAT IL-QALB (l-ewwel parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Guido:

Victoria:

Carolina:

Alvio:

Carolina:

Alvio:

Carolina:

Alvio:

Carolina:

Alvio:

Carolina:

Alvio:

Carolina:

Alvio:

Qed nifhem perfettament is-sitwazzjoni x’inhi. Imma għax xi ħadd ġie u ħadli dak li kien tiegħi, ma tagħmilhiex tiegħu awtomatikament. Oħtok għadha l-għarusa tiegħi. Jien ma rridx inweġġgħak iktar, imma Guido ħa jkolli ngħidlek ...Ħsibtek li ħa tinsieha u tħalliha kwieta, imma m’intix qed tifhem li Lydia telqet biex tagħmel ħajja oħra ma’ Mario. Victoria għadek żgħira biex tifhem naf. Imma l-kelma ta’ raġel hi kollox. Jien wegħedtha li ser niżżewwiġha u wegħditni li ser tagħmel l-istess. Jekk inħalliha titlaq mingħajr ma niġġieled għaliha, jien inkun awtomatikament it-tellief. Jekk immur lura għaliha hi ser tifhem il-pożizzjoni tiegħi u ħa tiftakar fil-wegħda tagħha. Lydia għandha bżonn min jgħinha, min jieħu ħsiebha. Għandha lil Mario jieħu ħsiebha. Issa hi għandha l-familja tagħha. Dak li Lydia għandha miegħi mhux l-istess ħaġa li għandha ma’ Mario. Jien l-għarus tagħha u ħa nkun ir-raġel tagħha. Hemm xi ħaġa oħra li ma għedtlekx l-aħħar darba. Lydia ħa jkollha baby ma’ Mario ...mhux daqslikieku ħaditu għal żewġha? Guido waqaf. Ixxukjat u ma kienx jaf x’ser jaqbad iwieġeb. Qabad id Victoria u ried ikun jaf min kien qalilha b’dan. Hi tgħidlu li kollox kien miktub fl-ittra li kienet ħalliet. Ġo kamra tas-sodda fil-Belt Valletta kien hemm Alvio ma’ Carolina, mara ta’ madwar 40 sena li kienet qed tilbes il-ħwejjeġ ta’ taħt. Alvio kien qiegħed quddiem il-mera jilbes u jgħaġġel. Bl-għaġla, Alvio taqagħlu l-paġna li kien seraq mid-djarju ta’ Lydia fl-art u Carolina ġabritha u kienet ser tara x’fiha. Iżda Alvio jaħtafielha minn idha u jwissiha biex l-affarijiet tiegħu ma tmisshomx. Carolina tibqa’ tippersisti. Jaqaw xi ittra ...minn xi mara? U kieku stess?

Taf li niddejjaq narak ma’ ħaddieħor. Taf li m’iniex esklussiv għalik biss. Għala trid tweġġagħni? Carolina ma ridtx inweġġgħak...niġi naqdi dmiri. Int tmur lura għand ir-raġel u jien immur lura għall-ħajja tiegħi. Għandek tfajla? Xi ħadd iżgħar hux? ....Imma ma tistax ittik dak li ntik jien. Qed tfakkarni ...Dawk il-flus li staqsejtek għalihom l-aħħar darba...... Ma tafx li qatt ma ħallejtek nieqes jien... (tagħtih il-flus minn ġol-kexxun) Ħa! B’self ta! Żommhom tiegħek. Taf li ma noqgħodx lura jien. Inħobb narak kuntent. Jekk tinsisti.

This article is from: