GWIDA July 2021

Page 65

EPISODJU 7/ L-EWWEL STAĠUN

XEWQAT IL-QALB (l-ewwel parti) Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Luċija lemħet il-pustier riesaq lejn ir-residenza tas-sinjura tagħha u ħarġet tiġri biex tiġbor l-ittri. Sellmet lill-pustier u dan newlilha l-ittri. Ittra minnhom kienet minn barra minn Malta u kienet indirizzata għal Luċija. Il-pustier kompla b’xogħlu u Luċija tbissmet filwaqt li ħbiet l-ittra ġol-cardigan li kienet liebsa, biex ħadd ma jinduna li rċeviet xi ħaġa għaliha. Il-ġurnata bdiet tisbaħ, Violet qamet mis-sodda, bir-rollers f’xagħarha, iżda ma bdietx tħossha f’sikkitha. Dlonk ħarbet tiġri tirremetti. Friskat wiċċha bi ftit ilma u fil-mera rat lilha nnifisha pallida u ħosbiena. Lydia kienet f’kamritha tikteb id-djarju tagħha. Dakinhar kienet kitbet hekk; Stramb kif il-ħajja tissorprendik....l-affarijiet qatt ma jmorru kif tixtieq jew kif kont ippjanajt. Tistinka kemm tistinka biex iġġib l-affarijiet kif tixtieqhom, il-ħajja tieħu l-kors tagħha u b’mod naturali tkun kompletament differenti minn dak li tixtieq qalbek. Il-bniedem għandu ftit wisq jew xejn kontroll fuq ħajtu u ma’ dan kollu nibqgħu niġġieldu u noħolmu fi żmien aħjar. Imut il-ħolm, imut il-bniedem. Imma jien għajjejt noħlom. Jekk ngħid lil qalbi dak li nixtieq wisq probabbli l-ħajja toħodni fi triq opposta. Qed nibża’! Iżda ma tantx damet tikteb li ma tathiex taqliba u bdiet il-ġurnata bħal Violet. Lilly ratha u ta’ ħabiba offritilha l-għajnuna tagħha. Lilly: Nagħmillek ftit te bil-lumi? Għalkemm ma naħsibx li ħa jgħinek daqshekk! Lydia: Le, qed inħossni aħjar diġà.

Lilly: Issa għandek l-ewwel tliet xhur hekk ruħi. Ma tantx hemm x’tista’ tagħmel. Taf kemm għandek? Lydia: Naħseb xi xahrejn u nofs ...xi ħaġa hekk. Ma nafx eżatt.

Lilly: (bi tbissima qaltilha) U jien ħsibtek Santa Goretti ...mur għidli! Lydia: Thank you ...tal-bieraħ ...meta qbiżt għalija l-bar.

Lilly: Stella anke lili qed tqabbiżhom dan l-aħħar.Tellgħathomli!

Lydia: Naf li għadek irrabjata miegħi, imma emminni ma ridtx inweġġgħak ...ġrawli wisq affarijiet f’daqqa, irrid nidra wisq affarijiet ġodda. Naf li qed tieħu paċenzja bija, ma rridx inkun problema għalik... Lilly: U xi problema int! Min qallek li int problema? Kieku ma daħħaltekx f’dari mal-ewwel. Lydia: Imma int daħħalt lili, ma kontx taf li jien hekk... Lilly: Issa mhux hawn qiegħda, la titwieled naraw. Lydia: Lydia:

Qed nibża’ Lilly! (Lydia tinfaqa’ tibki)

Lilly: Iva ejja ’l hawn, tagħmilx hekk għax ħażin toqgħod tinkedd, ejja! (filwaqt li għannqitha u sabu l-wens f’xulxin) Lilly għannqet lil Lydia sabiex tagħtiha kuraġġ. Lilly hugs Lydia to comfort her. Jidher li ż-żewġt iħbieb tagħna nsew id-differenzi ta’ bejniethom u saru ħbieb. Tant li Lydia fuq id-djarju tagħha żiedet dan il-kliem: Vera li ma għandna kontroll ta’ xejn fil-ħajja, imma r-relazzjonijiet li għandna nibnuhom aħna, b’għemilna. Ma rridx inħassar din il-ħbiberija li għandi ma’ Lilly. Hi fdatni u laqgħatni f’darha u ħabbitni daqslikieku kont oħtha. Id-differenzi ta’ bejnietna ma jinteressawnix...inħobbha mill-qiegħ ta’ qalbi għal dak is-sentiment ġenwin li jgħaqqadna u jżommna ħbieb.

Il-Giddieb Għomru Qasir - 100

GWIDA Lulju 2021 65


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.