10 minute read
Strada Stretta: Episodju 6/ L-ewwel Staġun: It-Tieni Parti
from GWIDA MAY 2021
EPISODJU 6/ L-EWWEL STAĠUN IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR (It-tieni parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Advertisement
X’ġara s’issa?
Alvio jilmaħ lil Mario l-Belt u jgħidlu li Lydia ma baqgħetx il-Belt u ra tirkeb ma’ xi ħadd. Victoria kienet marret tgħid lil Gwido (l-għarus ta’ Lydia) fuq Mario u l-ittra li kienet bagħtitlu oħtha.
Oscar:
Gian Marie:
Oscar:
Gian Marie:
Oscar:
Gian Marie:
Oscar:
Gian Marie:
Oscar:
Gian Marie:
Oscar:
Gian Marie:
Oscar:
Gian Marie:
Oscar:
Gian Marie:
Oscar:
Gian Marie:
Oscar:
Gian Marie:
Oscar:
Gian Marie:
Oscar kien qed jinżel it-taraġ tal-Iskola tal-Arti, kien jidher kalm, imħasseb u bla ebda għaġla partikolari. Filpront beda jgħajjatlu sieħbu Gian Marie li mill-ewwel induna li dan kellu xi ħaġa. Oscar wieġbu li ma kellu xejn iżda Gian Marie baqa’ jinsisti... Ġiet ġurnata ħażina. Jista’ jkolli ġurnata ħażina? Mela ma tistax imma jekk għandek xi problema mhux tiġi tinsieha naqra magħna llejla Strada Stretta. Għandek aptit? Ma naħsibx... aħjar ma niġix... U jaħasra Oscar ...tħallix in-nisa jġibuk hekk ta! Jekk ma tridx taf, sib lil ħaddieħor, taħlix ħin tibki lil min ma jridekx. Inti min qallek li rridha? Jien ma nafx min hi ...għalkemm idea għandi ...Imma tridha, afdani għax minn wiċċek ħadtek li tridha b’saħħa. Ma tistax trid lil xi ħadd li qatt ma kien tiegħek. Mmmm ...dak int tgħidu. Eh le ma taqbilx miegħi. Le... ħu lili... (Gian Marie jħares madwaru biex jara li ħadd mhu ser jisma’ s-sigriet li kien ser jgħid lil Oscar) Taf għala jien daqshekk ferħan? Għala? Għax għadni kemm iltqajt ma’ Violet; hawn u ma’ din ma tiċċajtax. Qed toħroġ ma’ xi ħadd? Ninnamra sieħbi. Xorta ma fhimtx il-punt tiegħek. Inti tgħid li mara mhix tiegħek jekk qatt ma kienet tiegħek. Jien ngħidlek mara hi tiegħek skont kemm int tagħmilha tiegħek. Ħu lil Violet, miżżewġa, mhix tiegħi ...imma iktar tiegħi milli hi tar-raġel. Int miġnun! Ma’ mara miżżewġa. Xxxxxxx! Bil-mod ma jmurx hawn xi ħadd jaf lir-raġel tagħha. Taf lir-raġel tagħha? Personalment le ...xi pulizija għandikun. Ukoll! Issa jekk jaqbdek? Taf li qed tilgħab man-nar ...u niġi għall-punt tiegħi. Dak li qatt ma kien tiegħek ma jistax isir tiegħek. Sejjer żbaljat ħabib! Jien u Violet kuntenti t-tnejn u żżejjed f’din ir-relazzjoni. Le Gian....int iż-żejjed. U dak li hu żejjed fl-aħħar jinqata’ ’l barra.
EPISODJU 6/ L-EWWEL STAĠUN IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR (It-tieni parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Gian Marie:
Oscar:
Lydia: Alvio:
Lydia: Alvio:
Lydia: Alvio:
Lydia:
Alvio:
Lydia: Alvio:
Lydia:
Victoria:
Mario:
Victoria:
Mario:
Victoria:
Mario:
Victoria:
Mario:
Victoria:
Mario:
Victoria:
Mario:
Tħallatnix miegħek Oscar. Jien mhux int! Jista’ jkun. Forsi għalhekk m’għandniex l-istess xorti. Dak il-ħin Lydia kienet qiegħda fil-kamra ta’ Alvio, tnemmes fl-affarijiet tiegħu... Tiltaqa’ ma’ ritratt ta’ Mario li kien taha u li kien proprju fuq il-komodina t’ Alvio. Ħaditu u marret tiġri fuqu twiddbu! Int ħadtu r-ritratt naf ...sibtu fil-kamra tiegħek. Naf ...sibtu ħdejn l-indana u ġbartu, kont se nagħtihulek, kieku għala ħallejtu fuq il-komodina, kieku ridt nisraqhulek ...gustuż bilħaqq, l-għarus dak? Tigdibx! Naf li ħadtu apposta, kif ħadtli d-djarju. X’nambih!
Naf li taf taqra, m’iniex belha, ...forsi kont f’ħafna affarijiet ...imma naf li ħadtu apposta u qrajtu. Jien ma qrajtux, iktar minn Lilly trid tinkwieta smajt. X’kont qed tistenna? Int għallimtha taqra. Dak li jiġrilek meta tkun altruwist.
Tigdibx! Naf li ħadtli l-affarijiet tiegħi,naf li qrajt x’hemm fid-djarju u naf li għandek xi ħaġa kontrija ...imma dik għadni ma nafx għaliex. Ieqaf ilgħabha tal-vittma prinċipessa, ħadd mhu qed jitħassrek. Kieku ma taħsibx li xi ħadd kien jiġi lura għalik, sinjorina Vella Hawton, eh? Ħsibtek ma tafx taqra. Diġà għidtlek ma nafx. Mela kif taf kunjomi? Jien qatt m’għidthulek! Lydia tħalli lil Alvio waqt li dan jitbissem bi tbissima malizzjuża. In-naħa l-oħra tal-gżira kien hemm Mario mħasseb jirranġa x-xbieki. Fil-pront jilmaħ dell ta’ mara. Hu u jħares ħaseb li qed jara lil Lydia iżda kienet oħtha Victoria. Ma għaraftnix? Għal mument ħsibtek...
Lydia? Hemm min jgħid li nixxiebhu, jien ma tantx nara somiljanza.. Għandna gosti differenti wkoll. X’inti tagħmel hawn? Ġejt ngħidlek fejn tista’ ssibha! Jekk mhux ħa tmur int għaliha, ħadd mhu ħa jmur. Taf fejn qiegħda? Jien qrajt l-ittra li bagħtitlek ...Ittra li ma waslitlekx. X’kien hemm miktub eżatt fl-ittra?
Jekk ngħidlek tmur għaliha ...imma ġġibhiex lura qabel ma tiżżewwiġha għax il-mummy ma tħallikx imbagħad. Taf li Lydia għarusa? Iva naf ...hemm xi qrajt fl-ittra? Li qed tistenna baby ...Nimmaġina tiegħek! Dik naf! Naf li kellha tistennieni l-Belt ukoll ħdejn xi ħanut tal-bjankerija. Taf x’jismu?
EPISODJU 6/ L-EWWEL STAĠUN IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR (It-tieni parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Victoria:
Mario:
Victoria:
Mario:
Victoria:
Mario:
Victoria:
Mario:
Victoria:
Mario:
Victoria:
Mario:
Victoria:
Mario:
Victoria:
Mario:
Victoria:
Mario:
Victoria:
Reno:
Polly: Reno:
Kif taf x’fiha l-ittra?
Taf x’kien jismu l-ħanut? Castilletti & Sons. Il-mummy, il-bjankerija dejjem minn hemm xtrathielna. Bagħtet xi ittra oħra? Qaltlek fejn qiegħda? Diġà għidtlek. Il-Belt stennietek... Il-Belt staqsejt ...l-unika persuna li kellmitha u ratha hemm, ratha tielgħa fuq karozza biex toħodha l-port. Il-port? Biex titlaq minn Malta! (wiċċha nbidel fi dwejjaq kbar) Għaliex? Jekk tirċievi jew tisma’ mingħandha b’xi mod, ejja għidli. Fhimt? Importanti. Mhux għalhekk ġejt illum. Għada nitla’ l-Belt u nidħol insaqsi għal ...x’għidtli jisimhom ...tal-bjankerija? Castelletti & Sons.
Castelletti & Sons, tajjeb ...għada nitla’ l-Belt u nidħol insaqsihom, jekk rawhiex, kellmuhiex. Forsi qaltilhom xi ħaġa. Int se tiżżewwiġha imma hux? M’intix ħa tħalliha weħidha b’tarbija? Għaliex taħseb li qed infittixha? (Victoria ddur biex titlaq iżda Mario jgħajtilha) Tgħid xejn lil ommok ta! Taħseb kieku qiegħda hawn. Żgur ma kinitx se tħallini niġi. Le ...imma tikxef xejn, li tkellimna! Xi darba kxiftkom? (tirranġa l-kowt u tħalli lil Mario) Mario jitfa’ ħarstu fuq id-dgħajsa u jħares lejn il-baħar waqt li jiftakar f’xena partikolari. Jiftakar li kienu ħdejn knisja u kien qiegħed ma’ xi ħbieb u xi sajjieda, fosthom Ġanni. Il-qniepen bdew idoqqu għall-quddies. Gwido kien qed jimxi ma’ Lydia lambranzetta waqt li sejrin għaċ-ċerimonja tal-quddies. Il-ġenituri ta’ Gwido kienu quddiem, Marie u Victoria kienu maġenb. Victoria kienet qed tqis kull moviment li kienet qed tagħmel oħtha waqt li tħares lejha b’għira kbira. Gwido kien qiegħed jitbissem lil Lydia u din kienet qed titbissimlu bi sforz. Waqt li kienu mexjin, Mario jilmaħ lil Lydia u din tinduna bih ukoll. Kien mument imbarazzanti. Gwido li ma kellu ebda idea fuq x’qed jiġri, kien jidher seren u kuntent. Għajnejn Mario u Lydia għamlu kuntatt, it-tnejn dehru skomdi. Victoria lemħet din il-komunikazzjoni. Bi żball Lydia twaqqa’ l-velu li kellha f’idha u Mario ġera għal ħdejha. Jinżel għarkupptejh, jiġbor il-velu u b’dawk l-għajnejn żoroq jgħid lil Lydia li kienet ħalliet il-velu warajha. Lydia kienet imbarazzata, waqt li Gwido ħa l-velu minn idejn Mario u jirringrazzjah. Victoria hemm kienet, tara kollox, ma kinitx belha biex ma tindunax min kien vera l-maħbub ta’ oħtha. F’dik il-lejla, il-bar ta’ Polly kien mimli! Il-baħħara kienu qegħdin jixorbu waqt li t-tfajliet kienu qed jiżfnu u jaraw li mhu jonqoshom xejn. Reno kien qiegħed jimsaħ it-tazzi li kien fadal, ħares lejn Stella u din qaltlu iva b’rasha. Dak il-ħin Reno ħalla kollox minn idejh u mar ħdejn Polly. Pol, ħiereg 20 minuta ta, mhux se ndum, kemm neħles qadja. Qadja dal-ħin?! Aqtagħli l-kurżità fejn qed tmur? Ħeqq ...għandi bejgħ ta’ xi żewġ għasafar ...issa jista’ jitla’ jarahom. X’nagħmel? Ngħidlu le?
EPISODJU 6/ L-EWWEL STAĠUN IL-GIDDIEB GĦOMRU QASIR (It-tieni parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Polly: Reno:
Polly:
Reno:
Polly: Reno:
Stella:
Reno:
Stella:
Reno:
Stella:
Reno:
Stella:
Reno:
Polly:
Reno:
Polly:
Stella kienet qed tisma’ kollox mingħajr ma tħalli lil ħadd jinduna. Hi taparsi kienet qed tkompli ma’ dawk ta’ fuq il-mejda. Mur salib ...iddumx imma!
U le jaħasra! Issibu l-ħin xħin titlaq, kullimkien mimli... (Iħares lejn Stella) Ara ħa noħroġ dawk iż-żewġ kaxxi kif ħiereġ. Dawk mimlija. Kif se tiflaħhom? Mela ħsibtek għad għandek għoxrin! Hawn issa tgħinni Stella ...Ejja Stell, ejja sabiħa! Stella tqum minn postha u tmur tgħin lil Reno joħroġ il-kaxxi li kien hemm biswit il-bieb. Polly għokritha ftit għajnejha l-aġir ta’ dawn it-tnejn għalhekk baqgħet issus warajhom mingħajr ma tħallihom jindunaw. Stella daħlet idha ġol-but u dehret toħroġ xi ftit flus għal Reno. Kollha hemm qegħdin. Jafu bija imma? Iva avżati! Kieku nista’ mmur jien ...imma aħjar ma jaranix. U iva ma jimpurtax. Jien mhux se niddejjaq immurlek. Napprezza Ren vera! Allaħares ma tkunx int. Polly baqgħet tissendika, Reno jaqbad wiċċ Stella b’idu u jkompli jkellimha bil-kelma t-tajba. Tinkwetax, ħalli f’idejja. Tlaqt! Ħa nidħol inkompli...... Mur, mur...... (ma fehmet xejn u dehret konfuża) Dawn x’kummiedji huma! Rat lil Stella tirritorna lura fil-bar u għalhekk niżlet biex taqbad xi ftit fliexken li kienu mal-art. Stella daħlet fil-bar u Polly tbissmitilha bi tbissima konfuża. Dik il-lejla mhux Polly biss kienet imħassba, iżda kien hemm Gwido li kien qiegħed skomdu jpejjep issigarru fuq id-desk tiegħu. Il-qmis kienet miftuħa, tazza whiskey ġo jdejh waqt li bl-idejn l-oħra jqanfed xagħru. Kien qed jaħseb u jiftakar fl-episodju li kellu ma’ Victoria fejn qaltlu l-verità kollha. Memorji sbieħ ta’ Lydia bdew jgħaddulu minn quddiem għajnejh. Gwido ftakar f’kemm-il darba Lydia kellha tbissima sfurzata u hu qatt ma induna. Jiftakar fl-episodju meta Mario kien ġabar il-maktur ta’ Lydia. Is-sinjali kollha kienu quddiem wiċċu iżda hu qatt ma kien intebaħ b’dan! Kemm kien iblah! Dawn il-memorji tal-passat bdew ifarrku lil Gwido, li sa dak il-ħin kien żvojta l-flixkun whiskey li kellu f’idu u ntelaq f’raqda skomda fuq id-desk tiegħu. Polly kienet qed tħares lejn l-arloġġ, tistenna lil Reno jidħol fil-bar minn ħin għall-ieħor. Fejn seta’ mar?... Wara ftit tarah dieħel, isellem lil Stella biex jgħidilha li kollox mar kif pjanat, Stella tidħaklu lura u jmur wara l-bar ħdejn Polly. Wasalt jien! Iva indunajt! Doqqu l-qniepen.
RiĊetta ta’ Manuel Xuereb
Ingredjenti
P basla mqatta’ P 2 sinniet tewm imqatta’ P 2 imgħaref żejt taż-żebbuġa P mazz fażola friska P 2 pakketti spagetti P 4 bajdiet P melħ u bżar P 250g irkotta P kikkra piżelli tal-friża P 2-3 imgħaref parmiġġjan maħkuk P 2-3 imgħaref nagħniegħ u ħabaq frisk P weraq tar-rukola friski u ġewż biex iservu
Direzzjoni
Ibda din ir-riċetta billi saħħan mgħarfa żejt f'taġen kbir u sajjar it-tewm u l-basla għal 2 minuti. Żid il-fażola u l-piżelli maqsuma u sajjar għal 2 minuti biss. Fi skutella kbira, ħabbat flimkien il-bajd. Sajjar l-ispagetti u żidu mal-bajd. Ħawwar sew bil-melħ u l-bżar u ħawwad. Żid l-irkotta, il-piżelli msajra u l-fażola, ilparmiġġjan maħkuk u l-ħxejjex aromatiċi u ħawwad flimkien sew. Saħħan iż-żejt li jifdal ġo taġen kbir u aqli l-frittata għal 5-7 minuti fuq kull naħa jew sakemm tieħu kulur dehbi. Biex isservi, ittrasferixxi fuq bord kbir tal-injam, żid ir-rukola u l-ġewż fil-wiċċ u servi.
Ingredjenti
P 450g farfalle P 200g salamun P 300ml krema friska P 2 grokkijiet vodka P żejt taż-żebbuġa P sinna jew tnejn tewm P weraq tal-ħabaq P bżar mitħun frisk u melħ NOTA: Tista’ tuża liema tip ta’ salamun tiggosta: tal-friża, frisk jew iffumigat. Jekk se tuża dak iffumigat ftakar li, billi dan għandu togħma qawwija ħafna, trid tuża NOFS il-piż indikat fir-riċetta.
FARFALLE BISSALAMUN U KREMA FRISKA
RiĊetta ta’ Anton B Dougall
Direzzjoni
1. Qaxxar it-tewm u qattgħu f’biċċiet żgħar ħafna. 2. Saħħan ftit żejt ġo taġen ftit kbir u qalli t-tewm. Ħawwad il-ħin kollu għax it-tewm irid jibqa’ abjad. 3. Baxxi n-nar u żid il-krema ftit ftit flimkien mas-salamun imqatta’ f’biċċiet żgħar. 4. Żid l-ingredjenti l-oħrajn u kompli ħawwad sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli. Sajjar
DEJJEM fuq nar baxx sakemm il-krema tibda tagħqad. Ħawwad ta’ spiss. 5. Sadanittant għalli l-għaġin u saffih. 6. Meta tara li z-zalza tkun saret, roxx ftit bżar u melħ, żid il-vodka u ħawwad tajjeb. 7. Żid l-għaġin maz-zalza u ħawwad mingħajr ma tkissru. 8. Servi mill-ewwel imżejjen bil-weraq tal-ħabaq.