5 minute read
Intervista ma’ Destiny
from GWIDA MAY 2021
Il-kantanta żagħżugħa Destiny ser tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li ser isir f'Rotterdam l-Olanda. Din is-sena, il-kanzunetta magħżula hi Je Me Casse li bil-Malti tfisser Jien tlaqt ’l hemm. Kanzunetta li tagħti vuċi lin-nisa fis-soċjetà u tħeġġiġhom jużaw il-vuċi tagħhom biex jaqbżu għad-drittijiet tagħhom. Din is-sena l-Eurovision ser isir fit-18, 20 u 22 ta’ Mejju, u ser jixxandar b’mod dirett fuq TVM. Destiny hija tfajla simpatika immens, għandha karattru ferrieħi u moħħha biex tieħu pjaċir u ġġiegħel lin-nies ta’ madwarha jieħdu pjaċir magħha. Fuq kollox tfajla li tħobb u tgħożż lill-għeżież tagħha, b’mod speċjali lin-nanna tagħha Monica. Tkellimna ma’ Destiny fuq ir-relazzjoni li għandha m’ommha u anke fuq il-parteċipazzjoni tal-Eurovision ta’ din is-sena.
DESTINY CHUKUNYERE
Advertisement
Il-Eurvision, il-familja u kurżitajiet oħra fuq Destiny!
Ritratti: Matthew Cutajar
Ikollok aktar eċitament?
Ovvja. Irrid nagħlaq ix-xow with a bang! In-nies ma tantx jemmnuni kemm neċita ruħi meta nitla’ fuq palk. Inħossni qisni persuna li ser inkanta għall-ewwel darba. Vera nibża’ u neċita ruħi, u ommi teħel ma’ rasi.
Avolja ħadt sehem fi Britain’s Got Talent u fil-Junior Eurovision, ma tagħmilx effett?
Destiny, ser tkun qed tipparteċipa fl-ewwel Xejn! Dawk sempliċi avvenimenti li kienu kbar ħafna u li semifinali li fih ser jikkompetu 16-il pajjiż. Malta ser għenuni nikber, imma anke jekk inkun ser inkanta fuq palk tkun qed tagħlaq dan il-festival. Tgħid kif jgħidu żgħir xorta nħossni ħa mmut bl-eċitament.
l-Ingliżi “save the best for last”? X’taħseb Destiny fuq din? Peress li rbaħt il-Junior Eurovision, meta ssiefer
Inħossni kuntenta ħafna ħafna li ser nagħlaq is-semifinali! jagħrfuk? Ma nistax niddeskrivi l-pjaċir li ħadt xħin rajt li ser inkanta Meta kont il-Bulgarija iva, ir-receptionist ma waqafx iħares fl-aħħar post. Vera emozzjoni sabiħa li ser nagħlaq ix-xow. lejja! Meta rani induna mill-ewwel min jien u qishom
tarahom ikunu aktar dħulin miegħek. Fl-aħħar ġurnata kien qalli li għarafni għax meta kont ħadt sehem fil-Junior kien jaħdem bħala taxi driver! Xħin wasalt l-ajruport bdejt nara ħafna nies jidħquli, naħseb għarfuni!
Fil-music video ta’ Je Me Casse kellek xena partikolari mal-mudell Kyle li kien ħa sehem f’Liquorish. Ħafna min-nies bdew jaqbdu din ix-xena u jagħmluha f’ċajta (memes). Rajthom dawn?
Iva rajthom u tad-daħk wisq! Kyle qagħad jibgħathomli kollha u bdejna nidħqu xħin naraw waħda ġdida. In-nies bdew jużaw lili mgħannqa ma’ Kyle biex juru affarijiet li ġraw vera.
Il-kanzunetta għandha t-titlu bil-Franċiż imma int taf titkellem b’din il-lingwa?
Le, xejn! Kien għalhekk li fil-lirika tal-kanzunetta daħħalt “Excuse my French” għax tista’ tfisser, jew għax tkun għedt xi ħaġa ħażina, jew litteralment biex jiskużawni għax il-Franċiż tiegħi mhux tajjeb. Biex ġibt dik il-frażi tajba għamilt xi xahar nipprattikaha!
X’għedt xħin smajtha l-ewwel darba?
Smajt ħafna kanzunetti, imma xħin smajt l-ewwel ftit noti indunajt mill-ewwel li din ser tkun l-għażla tiegħi. Kien hemm ħafna kanzunetti li ġew ippreżentati u jien flimkien mat-tim tiegħi, smajniehom kollha u kulħadd qabel li din għandha tkun l-għażla tagħna.
Fuq il-music video kien hemm għexieren ta’ kummenti, imma l-aktar wieħed li spikka kien dan, “Destiny = If Lizzo, Beyonce and Christina Aguilera had a kid”, Rajtu?
Dan għalija kumpliment kbir. Dawn it-tlieta huma kantanti li nammira ħafna. Wisq kumment sabiħ u ħassejtni onorata li qabbluni ma’ dawn l-artisti grandjużi. Il-kantanta Lizzo vera nammiraha, Beyonce hija reġina tal-mużika pop u Christina hija leġġenda oħra.
Dan l-aħħar sifirt mhux ħażin bħala promozzjoni għall-kanzunetta. Kienet diffiċli għalik?
Vera ħadt pjaċir u kelli bżonnha. Imma bżajt fuq l-ajruplan u l-ajruporti għax ma tantx ikun hemm distanza soċjali u kulħadd ħdejn xulxin. L-industrija tal-mużika barra minn Malta hi xi ħaġa li taffaxxinani immens, u meta sifirt iltqajt ma’ producers barranin li tgħallimt ħafna mingħandhom.
Meta tkun imsiefra lil min timmissja l-aktar?
Nimmissja ħafna lil ħija għax għandna relazzjoni close ħafna.
Din is-sena ma kienx parti mill-music video. Qallek xi ħaġa?
Tgħidx kemm qalagħli! Iddejjaq ħafna u kien qalli li mhux ser ikolli music video sabiħ daqs All of my love għax ma hemmx hu. Is-sena l-oħra kien vera ħa pjaċir li kien parti mit-tim.
Peress li għaddejjin mill-pandemija, kull pajjiż li żżur u anke meta ffilmjajtu l-music video, min jaf kemmil swab test ħadt!
Ħafna Ħafna! Ma niftakarx bl-amment kemm-il test għamilt. Ridt insiefer, ħadna swab qabel il-music video biex kulħadd ikun sigur. Qgħadna ħafna attenti matul ilpreparazzjoni kollha. Fil-ġbid tal-music video, irrispettajna d-distanza soċjali, u ħassejtni onorata li kelli tim iddedikat u vera ħa ħsieb lili u t-tim kollu biex kollox ikun perfett.
Bżajt li xi darba tinstab pożittiva?
Ovvjament tibża’ xi ftit. Qegħdin fi żmien bħal dan u xi ftit dubju jkollok. Però nemmen li jekk toqgħod attent m’għandekx għaliex tibża’. Ngħid għalija waqt dawn iżżminijiet qiegħda ħafna attenta u qed nipprova noqgħod mal-bubble tiegħi biss. Għandi għan u rrid nilħqu. Ħadd u xejn mhu ser iwaqqafni milli nagħmel il-ħolma tiegħi. Apparti minn hekk jien ngħix man-nanna u allura rrid nieħu ħsiebha sew.
Għaliex għażilt li toqgħod man-nanna?
Ilni minn meta kont żgħira noqgħod man-nanna. Xtaqt nieħu ħsieb lin-nanna u n-nannu.
Allura min jaf kemm immissjajtha int u ssiefer ’l hemm u ’l hawn?
Immissjajtha ħafna u l-aktar li nimmissja hi li nqum filgħodu, immur ninħasel u sakemm nerġa’ nidħol fissodda, insib is-sodda lesta. Dik sabiħa ħafna, meta tkun waħdek trid tagħmel kollox int. In-nanna tibqa’ n-nanna u tieħu ħsiebi immens, apparti li tieħu paċenzja bija. Immur għandha għal kollox, biex tagħmilli l-ħwejjeġ, tgħinni niżbarazza, u xi pocket money ma jonqosx...
X’tagħmel jekk tirbaħ?
Jekk nirbaħ nibki ħafna għax naf li n-nannu mhux ser ikun hemm fuq il-palk miegħi. In-nannu ta’ spiss kien jgħidli li mhux ser jilħaqni nieħu sehem fil-Eurovision, allura żgur ser nibki għax niftakar fih. Kien vera xtaq jarani nieħu sehem! Wara mmur ngħannaq waħda miegħi lil ommi u lin-nanna. Persważi li Destiny qed tagħmel ħilitha kollu biex tagħti l-massimu tagħha u li ser tagħmel lil Malta u Għawdex kburin. Awguri Destiny! Awguri Malta!