KullHadd_29.10.2017

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 29 ta’ Ottubru, 2017

Ħarġa Nru 1,268 Prezz €1

KRIŻI DELIA Pierre Portelli qed jidħol fil-laqgħat tal-grupp parlamentari tal-PN ma’ Adrian Delia. Mossa bla preċedent fi żmien ta’ kriżi. Kriżi li l-partitarji Nazzjonalisti qegħdin jitkellmu dwarha filmiftuħ. Nikkwotawhom kelma b’kelma u filwaqt li hemm min qed jitlob li l-Eks Kap Simon Busuttil jitlaq, oħrajn iridu li l-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi jidħol medjatur. Iżda, bħalissa ftit tidher tama ta’ fejqan anke minħabba l-elezzjonijiet interni bi block vote għallelezzjoni tal-eżekuttiv li għaliha kkontestaw 58 persuna. U filwaqt li għaddej dan kollu, oħrajn huma mħabbta blorganizzazzjoni tat-trasport biex illum imorru TasSliema jisimgħu lil Andrew Borg Cardona li kien għajjar “bitch” kantanta Maltija li telgħet għall-Eurovision.

Ara paġni 4 u 5

B’EMENDI KONTRA L-WHISTLEBLOWERS Fil-ġimgħa li kulħadd kien qed jitkellem dwar is-saħħa li rridu nagħtu lill-whistleblowers, l-MEPS tal-PN provaw jillimitawha. Dan b’emendi li tressqu għal rapport dwar is-suġġett fil-Parlament Ewropew, b’MEP Franċiża tgħid li min ried jonora lil Daphne Caruana Galizia kellu bilfors jivvota kontra l-emendi li kienet parti minnhom Roberta Metsola. Ara paġna 3

DARREN DEBONO PERSON OF TRUST TA’ JOE BORG

Illum niżvelaw li Darren Debono, arrestat b’rabta ma’ “Dirty Oil”, il-każ ta’ kuntrabandu tal-fuel li midja barranija rabtet mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kien persuna ta’ fiduċja tal-Eks Ministru Nazzjonalista Joe Borg. Debono ħadem bħala person of trust miegħu sas-sena li Joe Borg sar Kummissarju Ewropew. Ara paġna 6

SURPLUS GALANTOM

Analiżi tal-gazzetta KullĦadd turi kif is-surplus li pajjiżna qed jirreġistra u mistenni jerġa’ jirreġistra s-sena dieħla qed isir fl-istess ħin li l-Gvern qed ikun ‘galantom’ b’żieda fin-nefqa fuq setturi importanti ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ ewro iktar fuq l-2012, l-aħħar sena ta’ amministrazzjoni preċedenti. Għexieren ta’ miljuni iktar qed jintefqu fuq proġetti kapitali. Iżda, mhux biss. Ara paġna 8


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.