KullĦadd_01.08.2021

Page 1

Il-Ħadd, 1 ta’ Awwissu, 2021

Ħarġa Nru 1,464

Prezz €1

Rapport f’paġna 5

FOST L-OGĦLA RATI TA’ FAMILJI SIDIEN TA’ DJARHOM

“REALTÀ VIRTWALI” LI SARET FATT IT-TBASSIR EKONOMIKU TA’ BERNARD GRECH REĠA’ MAR ŻMERĊ … L-ISTATISTIKA UFFIĊJALI TERĠA’ TOĦORĠU TA’ ‘AMATEUR’ FL-EKONOMIJA Meta għamel ir-replika għall-Baġit ta’ din is-sena l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kien ipprova jġib fix-xejn it-tbassir tal-Gvern u saħansitra sejjaħlu “tal-virtual reality”. Minkejja dan, issa li bdew ħerġin ir-riżultati għallewwel nofs ta’ din is-sena, joħroġ ċar li dak imbassar mill-Gvern kien jagħmel ħafna sens u kien maħsub, tant li dak li Grech sejjaħlu “virtwali” issa sar fatt. Minn diversi oqsma l-Gvern kien bassar li din is-sena se jdaħħal aktar minn kemm kien daħħal fl-2019. Għal Bernard Grech dan kien impossibbli. “Ma nagħmlux mod li dawn l-istimi huma stimi fittizji, intiżi biss biex jgħattu x-xemx bl-għarbiel? Sur President

il-veru każ ta’ Baġit tal-virtual reality. U wieħed leġitti­ mament jistaqsi,” kien qal Grech, filwaqt li kompla jtertaq fid-diskors tal-Baġit imressaq mill-Gvern. Iżda statistika tal-NSO turi li minn tliet sorsi biss kien hemm dħul ta’ €83 miljun iżjed mill-2019, anke jekk dakinhar ma kellna l-ebda pandemija u dik kienet ukoll sena ta’ tkabbir ekonomiku. Dan hu xhieda li din is-sena pajjiżna beda t-triq tal-irkupru tiegħu kif kien bassar u spjega aktar minn darba l-Prim Ministru Robert Abela.

REKORD F’LIĠIJIET ĠODDA Mill-bidu tal-2020 iddaħħlu b’kollox 103 atti Parlamentari u 10 oħrajn mistennija jiġu attwati sa tmiem din is-sena … dan hu iżjed minn kull leġiżlatura sħiħa fuq ħames snin ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti! Sakemm tasal fi tmiemha din is-sena se jkunu ddaħħlu filpajjiż rekord ta’ liġijiet ġodda bil-għan li jkomplu jissaħħu diversi istituzzjonijiet u l-qafas soċjali tagħna, fost oħrajn. Mill-bidu tas-sena li għaddiet, mindu nħatar Robert Abela bħala Prim Ministru, se jkunu żdiedu xejn inqas minn 113-il liġi f’pajjiżna, li wkoll jaqbżu kull għadd komplessiv li leġiżlaturi sħaħ fl-aħħar għexieren ta’ snin introduċew f’perjodu medju ta’ ħames snin. L-iżviluppi u r-riformi li introduċa dan il-Gvern fl-aħħar 19-il xahar, fosthom dawk li kienet ilha sew tinħass il-ħtieġa tagħhom, ukoll ħallew impres­

sjoni tajba ħafna fuq għadd ta’ istituzzjonijiet internazzjona­li, bħall-Kummissjoni Ewropea, u aġenziji ta’ kreditu. Dawn talaħħar komplew jikkonfermaw il-fiduċja tagħhom fit-tmexxija ta’ pajjiżna. Fl-istess ħin, dan ir-rekord ta’ liġijiet ġodda jawgura tajjeb għaż-żmien li ġej, l-istess rieda li qed juri l-Prim Ministru, mhux l-inqas fl-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapport tal-inkjesta pubb­lika wara l-qtil ta’ Daphne Ca­ruana Galizia u li għadu kemm ġie ppubblikat nhar ilĦamis li għadda. Tkompli f’paġna 3

Tkompli f’paġna 7

IŻ-ŻONQOR JILQA’ L-P33! Rapport u aktar ritratti tal-għarqa tal-eks patrol boat tal-Forzi Armati f’Wied il-Għajn f’paġni 14 u 15


02

01.08.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 40°C L-Inqas Temperatura: 27°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja dgħajfa ta’ pressjoni għolja qed tippersisti fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi u sħun Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 27°C

KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

35°C UV 11

KUNTATT ĠENERALI

26°C

Il-Ħamis

35°C UV 11

26°C

Il-Ġimgħa

34°C UV 11

26°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

34°C UV 11

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

26°C

34°C UV 11

26°C

34°C UV 11

26°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Regent Pharmacy, 70, Triq il-Merkanti, Il-Belt Valletta – 21245135 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488613 St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 21241293 Potter Chemists Ltd, Triq Wilga, Paceville – 21363244 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Millner, Tas-Sliema – 21335217 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 St. Mary Pharmacy, Imġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr – 21580711 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 MC Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura – 21801962 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Il-Gudja – 21676294 Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Ħal Safi – 21689944 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur – 21566431 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

01.08.2021

LIĠIJIET MIXTIEQA GĦAL ŻMIEN TWIL Tkompli minn paġna 1 Analiżi tal-KullĦadd turi li minn Jannar 2020 sakemm il-Parlament aġġorna għall-vaganzi tas-sajf fl-14 ta’ Lulju li għadda tressqu b’kollox 125 abbozz, li minnhom 103 diġà għaddew mill-fażijiet kollha qabel saru liġi. 10 oħra, li jinsabu fl-aħħar stadju, mistennija jiġu approvati mill-fażi tat-tielet qari fl-ogħla istituzzjoni nazzjonali wara li din tiftaħ mill-ġdid fl-4 ta’ Ottubru li ġej. L-għadd sħiħ ta’ liġijiet ġodda f’perjodu ta’ sentejn għalhekk se jkun laħħaq il-113. Minn dak li jirriżultalna din iċ-ċifra hi saħansitra akbar mill-għadd ta’ liġijiet li ddaħħlu fuq terminu ta’ ħames snin, jew leġiżlatura sħiħa, sa mill-inqas l-1987, meta kien tela’ fil-poter il-Partit Nazzjonalista. Joħroġ li l-medja ta’ liġijiet ġodda minn 34 sena ilu ’l quddiem kien ta’ 110 liġijiet kull ħames snin, tlieta inqas minn kemm se jkunu qed jiddaħħlu f’pajjiżna f’sentejn biss taħt din l-amministrazzjoni Laburista. Fattwalment l-aħħar leġiżlatura ta’ Gvern Nazzjonalista – dik bejn l-2008 u l-2013 – kienu ddaħħlu 112-il liġi ġdida taħt il-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Ta’ min jinnota li numru ta’ liġijiet ġodda li ddaħħlu fl-aħħar xhur mhux biss ilhom mistennija għal għexieren ta’ snin u Gvernijiet preċedenti Nazzjo­ nalisti qatt ma ttrattawhom, iżda sa­ ħan­sitra jikkoreġu deċiżjonijiet żbaljati ta’ dawk l-istess amministrazzjonijiet nazzjonali. Primarjament fost dawn hemm il-liġi li rrevokat kompletament id-deċiżjoni ta’ GonziPN li jisraq il-leave tal-ħaddiema li kienu jikkumpensaw il-festi kollha li jaqgħu s-Sibt jew il-Ħadd. L-emenda fl-Att dwar il-Festi Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi, li ġiet approvata fil-Parlament fil-bidu ta’ din is-sena, raddet dak li ġie mċaħħad mill-Gvern Nazzjonalista fl-2005 bl-iskuża li ried

iżid il-produttività fil-pajjiż. Anke jekk qas rappreżentattiv fil-Parlament li dak l-iskop baqa’ ma ntlaħaqx u pajjiżna jkollu mill-inqas 40% tad-deputati li jirlaqqat kritika ħarxa mill-Organizzazz- rappreżentawh. joni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), Żvilupp legali ieħor importanti jinl-emendi fil-liġi kienu baqgħu fis-seħħ. volvi r-riforma fuq id-drogi biex min Meta wieħed iqis li dawn il-btajjel jinstab fil-pussess sempliċi mhux bilpubbliċi bdew jingħataw lura lill-ħaddi- fors jintbagħat il-ħabs, kif kien qed jiġri, ema kollha fl-2018, ifisser li kull ħaddiem b’każi ta’ sentenzi inġusti rrapportati milqut insteraq b’aktar minn 50 ġurna- mill-Qorti. Minflok persuna tista’ tiġi ta leave bejn l-2005 u l-2017. Immultip- ordnata biex tagħmel xogħol fil-komulikat bin-numru ta’ ħaddiema f’pajjiżna nità jew inkella tingħata ordni diretta u l-paga li kienu jirċievu, Gvern Nazzjon- ta’ riabilitazzjoni. alista kien ċaħħad lill-ħaddiema matAktar drittijiet u drittijiet aħjar lil €300 miljun fl-istess perjodu, fost num- persuni b’diżabilità, flimkien mal-introru ta’ miżuri oħrajn duzzjoni ta’ drittijiet u t’awsterità li waslu assistenza għall-ewanke wara. wel darba lill-vittmi Dawn il-flus (u tal-kriminalità wkoll anke l-ħin liberu) komplew isaħħu l-qaLiġijiet ġodda misruqa bdew jingħafas soċjali fl-aħħar taw lura lill-ħaddiema saħansitra kkoreġew xhur. minn Gvern Laburista Ma’ dawn kien deċiżjonijiet żbaljati mill-aħħar sentejn ’l hemm liġijiet speċifiċi hawn u, bil-Baġit ta’ tal-amministrazzjonijiet li direttament saħħew din is-sena, il-ħaddi- Nazzjonalisti, fosthom il-funzjoni tal-isema huma garantiti li tituzzjonijiet. F’xi dik li mill-2005 rat l-btajjel pubbliċi kollwħud kien saħanha li jaqgħu fi tmiem sitra meħtieġ bidla lill-ħaddiem Malti il-ġimgħa jiżdiedu radikali, bħal fil-każ jinsteraq il-ġranet b’mod awtomatiku tal-qalba storika tal-leave tiegħu mal-ġra­net tal-leave fil-proċeduri ta’ prokull sena, l-istess kif sekuzzjoni ġudizzjarkienet il-proċedura 16-il sena ilu. ji minn idejn il-Pulizija għall-Uffiċċju Liġijiet oħrajn importanti li intro- tal-Avukat Ġenerali, fost oħrajn. duċiet l-amministrazzjoni ta’ Dr Abela Tali proċedura eżorbitanti seħħet jinkludu r-riforma fil-Liġi tad-Divorzju, mingħajr skossi fl-entitajiet jew fil-ħidli neħħiet il-perjodu ta’ stennija, u l-in- ma kontinwa tal-qrati, li wkoll espertroduzzjoni ta’ skemi b’rabta mal-kirjiet jenzaw qabża kbira b’liġijiet u emendi ta’ proprjetà li jmorru lura għal qabel li ppermettew riformi għal iżjed effiċl-1995 li jagħtu serħan tal-moħħ lill-ink- jenza fihom, inqas dewmien fil-proċess wilini, daqskemm kumpens xieraq u tal-appelli u b’awli u żamma ta’ rekords skont is-suq lis-sidien. kollha diġitalizzati. Liġi storika li għaddiet mill-ParlaMa’ dawn, l-emendi mressqin fil-Parment, xprunata minn wegħda eletto- lament minn Jannar tal-2020 ’l hawn rali Laburista, kienet il-proċedura li wasslu biex il-Korp tal-Pulizija issa mill-elezzjoni ġenerali li jmiss se tara għandu bord ġdid ta’ dixxiplina kompleli jkun hemm ugwaljanza de facto bejn tament awtonomu, bi dritt t’appell qudis-sessi u tagħti garanzija lis-sess l-in- diem bord ieħor indipendenti li jinħatar

mill-President tar-Repubblika. Il-livell ogħla ta’ dixxiplina fil-forzi tal-ordni issa wkoll jimponi bħala reat l-abbuż minn alkoħol jew droga fuq il-post tax-xogħol, xi ħaġa li sfortunatament kienet għadha mhix irregolata sal-lum il-ġurnata. B’riżultat tal-iżviluppi legali, il-Prim Ministru wkoll kompla jerħi minn idejh is-setgħa li jaħtar lil min jokkupa pożizzjonijiet ewlenin fil-pajjiż, u wara dawk tal-Prim Imħallef u membri oħrajn tal-ġudikatura, issa hi r-responsabbiltà tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku (PSC) li tiskrutinja kandidati għall-ogħla uffiċjali taċ-Ċivil, mis-Segretarju Permanenti Ewlieni għas-Segretarji Permanenti tal-ministeri. Fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, ta’ min jinnota li l-kisba ta’ tant żviluppi leġiżlattivi f’pajjiżna setgħet kienet akbar li kieku l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, immexxija minn Bernard Grech, ivvotat favur l-emenda 166 fl-Artiklu 39 tal-Kostituzzjoni, li bħala tali kienet teħtieġ l-appoġġ taż-żewġ terzi tal-Kamra tad-Deputati. Din l-emenda, li l-vot fuqha ttieħed fl14 ta’ Lulju li għadda, kellha l-għan li żżid il-poteri lill-awtoritajiet, bħall-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU), biex jimponu multi u sanzjonijiet aktar ħorox fuq min jinqabad iwettaq reati gravi, bħall-ħasil ta’ flus. Id-Direttur tal-FIAU Kenneth Farrugia kien spjega mal-midja li, kif inhi l-Liġi llum, idejn l-entità huma marbutin u ma tistax tkun effettiva kif inhu mixtieq. Fir-reazzjoni tiegħu, il-Prim Ministru kien iddeskriva l-aġir tal-Oppożizzjoni bħala test fallut biex turi bil-fatti li trid tgħin lil pajjiżna jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Financial Action Task Force (FATF). L-emenda wkoll kienet tressqet fil-Parlament wara li pajjiżna talab l-opinjoni tal-Kummissjoni Venezja u f’Ġunju li għadda ppubblikat ir-rakkomandazzjonijiet tagħha.


04

01.08.2021

NEFQA MILL-GVERN F’ASSISTENZA SOĊJALI FL-EWWEL NOFS TAS-SENA

SENA

€ 000

2012 14,963

2013 15,372 2014 18,802 2015 13,624 2016 13,078 2017 14,702 2018 13,482 2019 12,332

2020

11,620

2021

11,593

ID-DIPENDENZA FUQ L-ASSISTENZA SOĊJALI TKOMPLI TONQOS META JITQABBLU L-EWWEL SITT XHUR TA’ DIN IS-SENA MAL-ISTESS PERJODU TA’ QABEL IL-PANDEMIJA JIRRIŻULTA LI KIEN HEMM AKTAR MINN 550 PERSUNA LI MA BAQGĦUX DIPENDENTI GĦALKOLLOX FUQ L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT L-għaqal fil-politika tal-Gvern Laburista wassal biex ’il fuq minn 550 persuna nqalgħu mill-faxex tal-qiegħ tas-soċjetà u fl-aħħar sena u nofs bdew ifendu għal rashom mingħajr il-ħtieġa tal-assistenza soċjali mogħtija mill-Istat, avolja għaddejna mill-agħar kriżi dinjija kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19. Ħarsa lejn l-aħħar kriżi li laqtitna, dik finanzjarja tal-2008-2009 u li kienet ferm iżgħar, dawk fuq l-assistenza soċjali kienu, minflok, żdiedu … u żdiedu bil-kbir. Stqarrija mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ista­tis­tika (NSO) nhar it-Tlieta li għadda kkonfermat li matul l-ewwel sitt xhur tal-2021 kompliet tonqos id-dipendenza fuq l-assistenza soċjali. Fil-fatt, kienu 4,210 biss li kellhom jirrikorru għal din l-għajnuna, jew

3% inqas milli dawk li kellhom bżonn din l-għajnuna fl-ewwel sitt xhur tal-2020. Meta mqabbel mal-ewwel sitt xhur tal-2019, jiġifieri qabel bdiet il-pandemija, ukoll hemm tnaqqis konsiderevoli. Fil-fatt, dakinhar kien hemm 4,763 persuna dipendenti fuq din l-għajnuna, li kienet tikkwantifika għal €12.3 miljun. Dan ifisser li minkejja l-pandemija fuq medda ta’ sentejn kien hemm tnaqqis ta’ 553 persuna, jew 12%. It-tnaqqis ta’ dawk fuq l-assistenza soċjali jistona bil-kbir ma’ dak li kien ġara fil-kriżi ekonomika ta’ wara l-2008, meta kien hemm żieda ta’ kważi 900 persuna fuq l-assistenza soċjali. Dan filwaqt li dakinhar kien hemm id-doppju tal-ammont preżenti jiddependu mill-għajnuna.

Imqabbel mal-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista, wieħed jinnota li, fl-ewwel sitt xhur ta’ kull sena, l-ispiża fuq l-assistenza soċjali naqset drastikament, partikolarment mill-2015 ’il quddiem meta beda jinħass l-effett tal-miżuri soċjali introdotti mill-Gvern Laburista. Fil-fatt, waqt li l-ispiża fuq dan il-benefiċċju dak iż-żmien kienet tlaħħaq għal kważi €19il miljun, din issa tniżżlet għal madwar €11.6 miljun bejn Jannar u Ġunju li għaddew. F’din id-differenza wieħed irid jikkunsidra wkoll li l-istess benefiċċju ssaħħaħ finanzjarjament ferm iżjed milli kien disa’ snin ilu. Tali suċċess illum, bħallaħħar snin, hu r-riżultat ukoll ta’ miżuri u għajnuniet oħrajn li

qed jagħmluha eħfef għal persuni biex ma jaqtgħux qalb­hom milli jidħlu fid-dinja tax-xogħol, inklużi dawk li jkunu fuq assistenza soċjali. Dawn tal-aħħar ma jitilfux il-benefiċċju minnufih appena jibdew jaħdem, iżda jitnaqqsilhom bil-mod fuq perjodu ta’ snin. Fl-istess ħin, f’April li għadda kien sar magħruf mill-NSO stess li n-nefqa tal-Gvern matul l-2020 żdiedet bi kważi €79 miljun fuq is-sena ta’ qabel, bl-akbar żieda tkun ta’ €67.4 miljun fuq benefiċċji kontributorji, inklużi pensjonijiet li b’kollox laħħqu aktar minn €878 miljun. Mit-tagħrif mogħti millNSO din il-ġimgħa jirriżulta li matul l-ewwel sitt xhur tal2021 kompliet tonqos ukoll id-dipendenza fuq l-allowance supplimentari, bl-ammont li

jirrikorru għaliha jonqos b’541 meta mqabbel mal-2020 u b’1,143 meta mqabbel mal-2019. Ta’ min jinnota li minkejja t-tnaqqis fid-dipendenza fuq dan il-benefiċċju, l-ispiża tal-Gvern xorta żdiedet minn €4.3 miljun fl-2019 għal €6.0 miljun fl-2021. Dan għaliex il-Gvern tejjeb ir-rati ta’ dan il-benefiċċju. L-istess seħħ fejn jidħol l-inwork benefit fejn hemm aktar minn 5,100 persuna li qed igawdu minn dan il-benefiċċju mogħti lil dawk li jaħdmu, imma li għandhom dħul baxx. Imqabbel ma’ sena ilu, l-ammont mogħti tela’ bi kważi €1 miljun, jew kważi bin-nofs. Dan seħħ wara titjib fir-rati, fl-eliġibilità u d-dħul ta’ suppliment għal dawk bi tfal. Fl-aħħar jiem sar magħruf ukoll, skont indiċi ġdid fl-istatistika Ewropea, li pajjiżna qed jagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi umani tiegħu fissuq tax-xogħol u għandu l-inqas nuqqasijiet f’dan ir-rigward miż-Żona Ewro kollha kemm hi. Dan minbarra li għandu diġà waħda mill-inqas rati ta’ qgħad. B’rispons għall-impatt ekonomiku li ħalliet il-pandemija tal-COVID-19, l-uffiċċju tal-istatistika Ewropew, il-Eurostat, introduċa indiċi ġdid li jikkalkula diversi rekwiżiti oħrajn fis-swieq lokali tax-xogħol, minbarra r-reġistri talqgħad. Dan biex jagħti stampa iżjed fattwali ta’ dak li għaddejjin minnu l-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Ma’ dan hu magħruf li, mill2013 lil hawn, l-ammont ta’ ħaddiema li jitħallsu biss il-paga


05

01.08.2021

FOST L-OGĦLA RATI EWROPEJ TA’ FAMILJI SIDIEN TA’ DJARHOM

minima naqsu sostanzjalment. Tagħrif mogħti fil-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ngħad li fl-2020 kien hemm 2,447 persuna li kienu qed jitħallsu l-paga minima. Dan ifisser li mill-2013 sas-sena tal-pandemija kien hemm tnaqqis ta’ kważi 1,200 ħaddiem li jiddependi minn paga minima biss. Fil-fatt, fl-2013 kien hemm 3,635 persuna fuq dan il-livell ta’ dħul, jew kważi darba u nofs l-ammont li kien hemm fl-2020. Ta’ min jinnota li bejn l-2013 u l-2020, l-ammont ta’ nies jaħdmu f’pajjiżna żdied minn 174,000 għal 252,000. Grazzi għal miżuri ta’ baġits preċedenti, fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena żdied ukoll l-ammont direzzjonat lejn dawk b’diżabilità, li issa tela’ għal kważi €16-il miljun, imqabbel ma’ inqas minn €13il miljun qabel bdiet il-pandemija. L-istess ġara fir-rigward taċ-Childrens’ Allowance, fejn l-allokazzjoni telgħet b’€2 miljun, grazzi għad-dħul ta’

suppliment. Ta’ min ifakkar li fil-kriżi ekonomika ta’ wara l-2008 l-Gvern ta’ dakinhar kien naqqas din l-assistenza lill-familji b’aktar minn €2 miljun. B’differenza għal żminijiet oħrajn, l-anzjani wkoll ma tħallewx waħedhom f’dan il-mument ta’ sfida ekonomika. Fil-fatt, l-ammont mogħti lir-romol tela’ għall-ewwel darba għal aktar minn €80 miljun fl-ewwel sitt xhur tas-sena. Dan ifisser żieda ta’ €15.6 miljun, jew kważi 25% aktar meta mqabbel ma’ qabel il-pandemija. Fejn jidħol l-ammont mogħti lill-pensjonanti dan ukoll laħaq figura rekord, dik ta’ aktar minn terz ta’ biljun ewro fl-ewwel sitt xhur tas-sena. Dan ifisser tkabbir ta’ €42 miljun, jew 14% kumparat mal-2019. Jekk wieħed iħares biss lejn l-inqas pensjonijiet, dawk minimi, isib li l-allokazzjoni żdiedet b’€9 miljun, jew b’terz. Dan juri kif il-Gvern iffoka l-għajnuna lil dawk l-aktar fil-bżonn.

It-tnaqqis ta’ dawk fuq l-assistenza soċjali jistona ma’ dak li kien ġara fil-kriżi ekonomika tal-2008, meta kien hemm żieda ta’ 900 persuna jfittxu din l-għajnuna … tali suċċess illum hu r-riżultat ukoll ta’ miżuri li għenu persuni jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol

In-numru ta’ familji Maltin u Għawdxin, li għandhom ir-residenza tagħhom mixtrija, is-sena li għaddiet qabeż iċ-ċifra ta’ 150,000 għall-ewwel darba. Dan jimmarka żieda ta’ madwar 30,000 familja mill-2012, l-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista, waqt li f’livelli Ewropej, dan issa jpoġġi lill-popolazzjoni Maltija bl-ogħla rata per capita ta’ familji sidien ta’ djarhom (80%) fost il-pajjiżi tal-Punent. Tali indiċi, li jirrifletti s-saħħa finanzjarja ġenerali taċ-ċittadini, jixhed ukoll l-appoġġ abbundanti li ġie offrut mill-Gvern fl-aħħar snin lill-koppji li riedu jixtru l-ewwel residenza tagħhom, il-livelli pożittivi fin-nuqqas ta’ qgħad f’pajjiżna, partikolarment fost il-ġenerazzjonijiet żagħżugħa u s-sistema nazzjonali ta’ akkomodazzjoni soċjali, inkluża l-provvista ta’ postijiet simili. Fil-fatt, fl-aħħar snin il-politika tal-Gvern Laburista għenet biex ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ tonqos minn 14% għal 9%, waqt li studju mill-Bank Ċentrali ta’ Malta jissuġġerixxi li t-tkabbir tas-settur tas-servizzi bbenefika l-iżjed lil dawk ta’ età baxxa b’livelli għoljin ta’ edukazzjoni. Ċifri tal-Eurostat ukoll indikaw li bejn l-2013 u l-2019 id-dħul medjan għal ċittadini Maltin ta’ bejn il-25 u d-49 sena, l-aktar faxxa li jkunu qed jippjanaw li jibdew il-familji tagħhom, żdied bi kważi €4,000 jew kważi 30%. Fil-bqija tal-Unjoni Ewropea ż-żieda medja kienet inqas minn €2,500 jew 15%, jiġifieri nofs ir-rata b’kemm kiber id-dħul tar-residenti Maltin. Eqreb lejn pajjiżna, it-Taljani tal-istess età gawdew minn żieda ta’ madwar €1,250 jew inqas minn 8%. B’riżultat t’hekk, waqt li l-ispejjeż residenzjali bħala sehem mid-dħul tal-familji Taljani żdiedu b’16.6%, id-differenza għall-Maltin kienet 8.2% jew inqas minn nofs tal-ġirien tagħna. Dan il-proporzjon għall-familji Maltin hu l-inqas fl-UE kollha, fejn il-medja tal-ispejjeż biex titħallas residenza privata jnaqqru ewro minn kull ħamsa tad-dħul medjan disponibbli. Stimi tal-Eurostat stess ipoġġu tali spejjeż f’pajjiżna bħala 45% tal-medja Ewropea. Rigward il-provvista ta’ housing soċjali, ir-rekord tal-amministrazzjoni Laburista

wkoll hu eżemplari. Studju tal-Kummissjoni Ewropea fl-2013 kien ikklassifika l-mudell f’pajjiżna tal-akkomodazzjoni soċjali ffokat fuq ir-residenza u bi skop żgħir. Minn madwar 0.3% tal-Prodott Gross Domestiku fl-2004, l-infiq fuq housing soċjali niżel għal 0.1% sal-2012, erba’ darbiet inqas mill-medja Ewropea. B’riżultat ta’ dan, fl-2013 kien hemm 3,304 persuni fuq il-lista ta’ stennija tal-Awtorità tad-Djar, waqt li din kellha biss 47 post t’akkomodazzjoni biex tilqa’ għal tali domanda u kellha ssib soluzzjoni għal madwar 800 benefiċjarju ieħor li kienu qed jgħixu f’kundizzjonijiet perikolużi. Tmien snin wara, il-lista ta’ stennija tniżżlet għal 1,980 persuna, tnaqqis ta’ 40%, u minflok 47 post għad-dispożizzjoni, issa qed jinbnew 1,700 akkomodazzjoni. Minkejja dan, anke qabel bdew jinbnew dawn l-appartamenti, salaħħar ta’ Ġunju li għadda aktar minn 570 post t’akkomodazzjoni ġew allokati mill-istokk eżistenti, waqt li 240 familja oħra ġew akkomodati permezz ta’ proprjetajiet li l-Awtorità tikri mill-privat. L-allokazzjoni finanzjarja għall-Ministeru tal-Akkomodazzjoni Soċjali żdiedet bi €19-il miljun f’sentejn biss, minn €10 miljun għal €29 miljun, waqt li l-baġit għall-infiq kapitali kiber minn €0.7 miljun għal €4 miljun fuq l-istess perjodu. Dan kollu għandu jwassal biex, għall-ewwel darba f’għexieren ta’ snin, il-Gvern se jkun f’qagħda li jaqdi l-maġġoranza assoluta talpersuni fuq il-lista ta’ stennija. Minbarra hekk, grazzi għall-iskema talFirst Time Buyers, waħda mill-ħafna li introduċa Gvern Laburista biex tagħti nifs lil koppji żgħażagħ b’mod partikolari, gawdew mal-24,000 persuna sal-bidu ta’ din is-sena u kumplessivament iffrankaw mas-€70 miljun f’taxxi. Jirriżulta li, mindu ddaħħlet l-iskema li qed tgħin lil koppji żgħażagħ u individwi li jixtiequ jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, saru mal20,000 kuntratt. Minbarra dan, iż-żgħażagħ gawdew ukoll minn aktar għajnuna ta’ tnaqqis fit-taxxi, kemm mid-deċiżjonijiet li ttieħdu biex jimmitigaw l-effetti tal-pandemija kif ukoll b’riżultat tal-aħħar baġit. Fil-fatt, is-suq tal-proprjetà ra xejn inqas minn 9,545 konvenju jseħħu bejn Ġunju u Diċembru tas-sena li għaddiet, bil-valur globali tal-proprjetà jaqbeż iż-€2 biljun. L-ewwel xhur tal-2021 ukoll irriżultaw f’ammonti rekord ta’ konvenji li saru u li, effettivament, iridu jissarrfu f’kuntratti definittivi sal-aħħar tas-sena. B’din il-mentalità u politika jfisser li Malta mistennija tkompli f’din it-triq biex issir dejjem iżjed pajjiż ta’ familji sidien ta’ djarhom.


06

01.08.2021

L-INKJESTA TEĦTIEĠ “ANALIŻI MINGĦAJR LENTI KKULURITA”

– il-Professur Saviour Formosa

Il-Professur Saviour Formosa mid-Dipartiment tal-Krimino­ loġija fi ħdan il-Fakultà għallĠid tas-Soċjetà fl-Uni­ver­sità ta’ Malta jemmen li r-rapport talinkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jeħtieġ analiżi profonda mingħajr għamad politiku jew “inbiħ ta’ xi wħud” li jistgħu biss ifixklu l-passi importanti li jeħtieġ jittieħdu. Waqt li hu kritiku għall-użu ta’ kliem sensazzjonali firrapport tat-tliet imħallfin, bħal “Mafja”, Formosa jisħaq li ma nistgħux naraw biss it-travu f’għaj­nejna u m’hemmx lok li parti timponi fuq l-oħra. “L-importanti li niġbdu ħabel wieħed. Li joħroġ mir-rapport hu li l-Istat Mal­ ti wasal biex jevolvi lejn realtà ġdida: realtà ’l bogħod mill-parrokkjaliżmu, partiġjaniżmu u li finalment nibdew ngħidu l-ħażin bħala ħażin u ntejbu t-tajjeb li dejjem kellna u għandna,” qalilna l-Professur meta mitlub reazz­ joni dwar ir-rapport li ġie ppubblikat mill-Prim Ministru nhar il-Ħamis. Ir-rapport mit-tliet imħallfin jagħ­mil­ha ċara li l-Istat ma kellu l-ebda sehem fil-qtil ta’ Caruana Galizia. Minkejja dan, jisħaq li l-Istat għandu jġorr ir-responsabbiltà wara li ħoloq l-ambjent ideali biex dan seta’ jseħħ. “Hu kruċjali li dan ir-rapport jinqara fil-kwiet u mingħajr lenti kkulurita. Vitali aktar li jinqara fl-eżitu li kull parti mit-

blika

Rapport tal-Inkjesta Pub

Daphne Caruana Galizia Ġurnalista Assassinata fis-16

ta’ Ottubru 2017

Ministru Preżentat lil Onor. Prim Dr. Robert Abela 2021 Lulju fid-29 ta’

l Mallia Chairman - Imħallef Michae o f Emeritus Joseph Said Pullicin Membri - Prim Imħalle Onor. Imħallef Abigail Lofaro

triumverat tas-separazzjoni tal-poteri tal-Istat (leġiżlattiv, eżekuttiv u ġudizzjarju) għand­ hom jiġu rispettati. Li parti timponi fuq l-oħra mhux lok però li tissuġġerixxi tibdil hu tali u hu dan kif għandna nħarsu lejn ir-rapport. Ir-rapport joħ­ loq rakkomandazzjonijiet inte­ressanti kif ukoll jagħmel referenzi għal termini li jservu ta’ żvijar mis-sustanza. “Is-suġġerimenti li jinħolqu

kategoriji ta’ krimini ġodda hi validissima peress li fl-aħħar snin bħala kriminologi dejjem naraw soċjetà tevolvi u magħha jinħolqu krimina ġodda: dawk ċibernetiċi, dawk li jirriflettu l-affluwenza u bil-maqlub ilfaqar. “Imma termini bħall-użu tassensaz­z­jonaliżmu tal-kelma Mafja mingħajr ma jiġi spjegat x’inhuma l-elementi li jagħmel organizzazzjoni Mafjuża, ma

jagħmlux ġid lil xi ħaġa tant importanti bħal dan ir-rapport: l-elementi reliġjużi, dawk tal-internazzjonalizzazzjoni tal-operat u elementi oħrajn mhumiex eżistenti. “Din ta’ Malta mhijiex ibba­ żata fuq il-mafja tradiz­zjonali jew dik li feġġet minn Corleone u għamlet sfreġju minn stat intier. U ma ninsewx li għal snin twal Malta ‘ospitat’ il-kap talcupola fil-gżira ta’ Għawdex …

u ħadd ma għajjat b’rule of law! “Lura għar-rapport, tali jser­vi ta’ dokument ieħor li jim­matura dan il-pajjiż, li jser­vi ta’ ħarsa friska lejn iddixxiplina tal-ġurnaliżmu, irreati, l-assoċjazzjoni, elenku ta’ tibdil rikjest, tibdil li jrid studju matur u profond fuqu u fis-serenità ’l bogħod mill-inbiħ ta’ wħud li finalment ixekklu l-passi importanti li jridu jsiru. Dan aktar u aktar peress li saru diġà ħafna tibdiliet u jridu jsiru aktar,” kompla jispjega l-Professur Formosa. Tlabna wkoll reazzjoni min­ għand Randolph Debattista, Edi­tur ta’ The Journal, li ddes­ kriva l-apoloġija li ta Dr Abela u l-laqgħa li mistennija ssir malfamilja Caruana Gali­zia bħala passi importanti ’l quddiem. “Ir-rapport għandu jservi biex Malta tibda tagħlaq bilmod il-mod il-ferita li nfetħet f’Ot­tubru 2017. Nemmen li kull min qiegħed fil-ħajja pubblika, par­ti­kolarment fi ħdan il-Partit Laburista, għandu rwol kruċjali x’jilgħab fiż-żmien li ġej, biex jippromwovi l-prinċipji li stab­ bi­lixxa l-Prim Ministru fir-reaz­ zjoni tiegħu għar-rapport talinkjesta. “Prinċipji dwar ir-rwol talġurnalist fis-soċjetà u l-bżonn li nipproteġu u nsostnu l-ġur­ naliżmu, għax wara kollox hu permezz ta’ skrutinju b’saħħtu li nistgħu nassiguraw politika tal-ogħla livell. Il-prinċipju ta’ governanza tajba. L-importanza ta’ politika aktar matura u mif­ tuħa fejn nirrispettaw aktar lil xulxin u noffru l-id tal-ħbiberija bħala poplu wieħed magħqud. “Għandna l-opportunità li nindiriz­zaw dgħufijiet li ilhom fis-sistema Mal­tija għal snin twal. Il-fatt li l-Gvern diġà beda jimplimenta riformi importanti jawgura tajjeb għat-twettiq tar-rakko­mandazzjonijiet talbord tal-inkjesta,” ikkonkluda Debattista.

ADRIAN DELIA LIL MANUEL DELIA: “GIDDIEB” L-Eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li Manuel Delia hu giddieb wara li dan kiteb dwaru u l-involviment tiegħu fir-rapport tal-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. B’reazzjoni għall-artiklu ta’ Manuel Delia, li mhux l-ewwel darba li kiteb kontrih u ħadem biex ma jibqax Kap Nazzjonalista, Adrian Delia qal li dak li kiteb il-bloger hu gidba assoluta. Fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, l-Eks Kap tal-Oppożizzjoni għalaq bil-kelma giddieb lejn Manuel Delia. Manuel Delia u tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil ta’ spiss allegaw li Adrian Delia ħa jew ġie offrut flus mingħand Yorgen Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta’ Caruana Galizia, biex tiġi mminata l-kampanja elettorali ta’ David Casa, flaħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Wara li spiċċa minn Kap, dawk flestablishment Nazzjonalista komp­

lew bil-pressjoni biex Adrian Delia saħansitra jitneħħa minn Deputat Par­ lamentari f’isem il-Partit Nazzjo­na­lista. Manuel Delia kiteb ukoll kemm-il darba dwar il-ħtieġa li Bernard Grech ma jħallix lill-predeċessur tiegħu jkun kandidat fl-elezzjoni ġenerali li jmiss fejn mistenni jikkontesta t-Tmien Distrett.

Dawn il-manuvri bdew jimmun­taw­hom ukoll ta’ Beppe Fenech Adami, li wkoll joħroġ fuq l-istess distrett, li jinkludi lil Birkirkara, u jaraw lil Adrian Delia bħala theddida. Kif inhu magħruf, Manuel Delia u talfergħa Nazzjonalista Repubblika ħadu rwol iżjed ċentrali u voċiferu fid-Dar

Ċentrali mindu saret il-konġura biex jitneħħa Adrian Delia u floku jitpoġġa Bernard Grech. Sa din il-ġimgħa stess, ta’ Repubblika ltaqgħu fid-Dar Ċentrali mal-Kap attwali biex jiddiskutu strateġija politika. Preżenti għal-laqgħa kien hemm l-id il-leminija ta’ Grech, Ray Bezzina u Chris Peregin. Apparti minn hekk, nhar il-Ġimgħa filgħodu fid-diskussjoni Parlamentari dwar ir-rapport tal-inkjesta pubblika, tħallew jitkellmu biss id-deputati talBlue Heroes u li huma viċin l-għaqda Repubblika, fosthom Karol Aquilina u Jason Azzopardi. Lanqas iż-żewġ Viċi Kapijiet David Agius u Robert Arrigo ma ngħataw minuta mill-ħin għaddispożizzjoni tagħhom. Fl-aħħar jiem, Grech ukoll ħeġġeġ linnies jattendu għall-protesti organizzati minn Repubblika u Manuel Delia, avolja dawn xorta m’attirawx wisq interess.


07

01.08.2021

ŻMERĊ BĦALL-GVERNIJIET TAL-PN Tkompli minn paġna 1 Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, bħala dħul mill-VAT, il-Gvern ra €13-il miljun iktar millewwel sitt xhur tal-2019. Mit-taxxa tad-dħul kien hemm €62 miljun iktar mill-2019 u minn dawk magħrufa bħala ‘fees of office’ kien hemm €8 miljun iżjed. Dan sar filwaqt li n-negozji u l-familji baqgħu jingħataw l-appoġġ u l-għajnuna, għax pajjiżna kien qed jiffaċċja sitwazzjonijiet diffiċli u bla preċedent. Fost l-oħrajn, in-negozji ngħataw inċentivi biex jaħdmu u jinvestu iktar. Tant li rapport wara ieħor, u statistika wara oħra qed juru li l-livell ta’ ottimiżmu f’pajjiżna hu wieħed b’saħħtu. Iżda, il-Kap tal-Oppożizzjoni lanqas ħjiel m’għandu. Tant li, meta wieġeb għall-Baġit, kien żied ukoll: “Jista’ allura l-Ministru talFinanzi jispjegalna kif qed ibassar li s-sena d-dieħla se jkun hawn aktar dħul mill-VAT u allura aktar konsum milli kien hemm fis-sena 2019? … Jista’ l-Ministru tal-Finanzi jispjega kif qed ibassar li s-sena d-dieħla se jdaħħal aktar flus mill-income tax milli daħħal mill-2019?” Ir-risposta ħadha din il-ġimgħa millistatistika uffiċjali u għal darb’oħra ħareġ biċ-ċar li l-analiżi ekonomika tiegħu hi dilettanteska u tmur żmerċ kull darba, simili bħalma kienu jiżgarraw kull darba l-aħħar Gvernijiet Nazzjonalisti fit-tbassir ekonomiku

tagħhom u fit-tfassil tal-Baġits li kienu jippreżentaw. Ta’ min ifakkar li r-risposta li kien ta Grech għall-Baġit nhar is-26 t’Ottubru 2020 (ritratt) ma ntlaqgħetx tajjeb, waqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni kontinwament deher jaqra kelma b’kelma minn script quddiemu li ma kienx tiegħu. Dan kien wieħed mill-ewwel sinjali li Grech hu kompletament iddominat mill-istess fazzjoni li poġġietu fil-pożizzjoni u li kienet tmexxi l-amministrazzjoni ta’ qabel l-2013. Dik l-amministrazzjoni kellha rekord diżas­ truż fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi, tant li pajjiżna tpoġġa tliet darbiet fil-proċedura ta’ defiċit eċċessiv u ġie degradad millaġenziji internazzjonali kollha. L-istess amministrazzjoni kienet dejjem tfalli l-miri fiskali, billi twiegħed surplus li l-poplu qatt ma ra fi żmienhom. Anzi sal-2012 il-piż taddejn nazzjonali kien wasal li jmiss is-70% talġid nazzjonali, 10% iżjed milli jippermettu r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea. Qabel il-pandemija, am­mi­­nistrazzjoni La­ bu­­ris­ta laħqet surplus wara għexieren ta’ snin. Dan spiċċa jservi, fost oħrajn, biex jiġu salvati mal-100,000 impjieg fl-agħar ċirkostanzi li pajjiżna ffaċċja f’aktar minn 70 sena bil-pan­de­ mija. Fil-fatt, il-fiduċja fil-Gvern tant hi għolja li fl-aħħar snin rajna lil kull aġenzija ta’ kreditu tgħolli r-rating ta’ pajjiżna għall-ogħla livelli.


08

01.08.2021

IT-TILQIM SĦIĦ IMPOST FL-UE KONTRA D-DELTA L-akbar u l-aħjar ġlieda kontra l-Coro­ kola tal-Iġjene u l-Mediċina Tropikali ta’ nav­irus u l-varjanti, inkluż l-aħħar Londra jgħidu hekk: Id-Delta huwa madwieħed id-Delta, tibqa’ t-tilqima. Dan war 60% aktar trasmissibbli mill-varkompla joħroġ din il-ġimgħa waqt li iż- jant Alfa, li, min-naħa tiegħu, huwa jed pajjiżi Ewropej komplew jirrestrinġu 60% aktar trasmissibbli mill-Coronavil-aċċess f’postijiet pubbliċi u ta’ diverti- rus oriġinali, li kien identifikat fiċ-Ċina ment lil dawk li ma jkollhomx tali pro- f’Diċembru tal-2019. tezzjoni sħiħa. L-imxija tal-varjant Delta wassal lil Numru ta’ pajjiżi, li attwalment jinsa- Franza biex, wara tlett ijiem ta’ dibattitu bu kollha wara Malta fil-livell ta’ tilqim fil-Kungress, tilħaq ftehim u tingħaqad lill-akbar proporzjon tal-popolazzjoni, f’lista tiżdied ta’ pajjiżi Ewropej li qed qed jagħrfu l-importanza li jkomplu jirrestrinġu attivitajiet għal dawk li jilqgħu għat-tielet mewġa tal-pandemi- mhumiex imlaqqmin għalkollox kontra ja, li bħal dik ta’ qabilha hi instigata par- l-COVID-19, jiġifieri jkollhom iż-żewġ dożi tikolarment bil-varjant Indjan, magħruf tat-tilqim tal-Pfizer/BioNTech, Moderukoll bħala Delta. Dan il-varjant, li ġie na, AstraZeneca jew it-tilqima singulari rrapportat għall-ewwel darba fl-Indja tal-Johnson & Johnson. F’xi każi oħraf’Ottubru li għadda u wassal għat-tieni jn u f’xi eċċezzjonijiet, mhux jitħallew mewġa massiva ta’ każi f’diversi pajjiżi persuni jidħlu f’postijiet simili jekk ma fl-aħħar xhur, hu meqjus infettiv ħafna jkollhomx mill-inqas test negattiv riċenu iżjed b’saħħtu minn oħrajn li ħarġu ti għall-Coronavirus. mill-Coronavirus, bħal dak tar-Renju Dawn huma restrizzjonijiet li diġà Unit, tal-Brażil jew tal-Afrika. ġew adottati f’pajjiżna, fil-Portugall, Anke l-Organizzazzjoni Dinjija tas- l-Italja, il-Greċja, id-Danimarka u xi stati Saħħa (WHO) din il-ġimgħa Ġermaniżi, fost oħrajn. wissiet li l-varjant Delta Il-qbil fi Franza t-Tnejn li mistenni li jibqa’ domigħadda jagħmel it-tilqim nanti fix-xhur li ġejjin. kontra l-COVID-19 ob­bli­ Skont l-aħħar ċifri gatorju wkoll għal proppubblikati jirriżulta fessjonisti tas-saħħa WHO: Il-varjant li dan issa hu rreġisu dawk li jirrifjutaw Delta, li jinsab f’124 trat f’124 territorju, jista’ jkollhom il-pa13 iżjed mill-ġimgħa territorju dinji, 13 iżjed gi tagħhom affettta’ qabel. Il-varjant wati. Biex il-poplu minn ġimgħa qabel, se Franċiż issa qed jinstab b’rajidħol f’bars, jibqa’ dominanti ti għoljin, tant li minn restoranti u postijiet testijiet li saru dan qed pubbliċi oħrajn jeħtieġ fix-xhur li ġejjin joħroġ f’100% tat-testijili jkollu ċertifikat tatet fl-Ingilterra, aktar minn tilqim sħiħ jew test negattiv 90% fi Spanja, il-Portugall u wieħed għall-Coronavirus. l-Italja, fi 83% tat-testijiet li saru fil-ĠerFil-kapitali Franċiża se jkunu jistgħu manja u 66% fi Franza. jimponu wkoll ir-rekwiżit fiċ-ċentri “Mistenni li l-varjant Delta se jaqbeż tax-xiri, u mit-30 ta’ Settembru, ir-regoaktar malajr il-varjanti l-oħrajn, isir la tapplika anke għal adolexxenti ta’ dominanti fuq varjanti oħrajn u jkompli bejn it-12 u s-17-il sena. L-għan hu l-konjiċċirkola fix-xhur li ġejjin,” qalet il-WHO. troll tat-trażmissjoni tal-varjant Delta Nhar l-Erbgħa wkoll, is-Supretendent b’żewġ modi: billi jitnaqqas il-kuntatt tas-Saħħa Pubblika l-Professur Char- u billi jkun infurzat it-tilqim. Imma maine Gauci qalet li f’Malta għandna 64 anke qabel ma ġew approvati dawn irkaż tal-varjant Delta. res­triz­zjonijiet mill-Kungress Franċiż, Biex wieħed jinkwadra kemm hu in- il-President Franċiż Emmanuel Macron fettiv il-varjant Delta, riċerkaturi fl-Is- kien diġà rdoppja t-talba għad-dożi tat-

tilqim, talba li wkoll seħħet fl-Italja ilġimgħa li għaddiet. “Il-varjant Delta huwa saħansitra aktar ta’ theddida mill-varjanti l-oħrajn, u mingħajr il-vaċċin kollox ikollu jagħlaq,” qal il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi, biex jiġġustifika din l-inizjattiva. Fl-Ingilterra, il-Prim Ministru Boris Johnson il-ġimgħa li għaddiet qajjem il-possibbiltà li jdaħħal miżura biex tintalab prova tat-tilqim biex wieħed jidħol f’nightclubs, imma kien hemm reazzjoni kontra din il-miżura prinċipalment mill-Partit Konservattiv, li tiegħu huwa membru. L-Italja, li għandha persentaġġ bħal tar-Renju Unit ta’ żgħażagħ imlaqqmin kompletament (56% fost it-Taljani, 58% fost il-Brittaniċi), il-klabbs lanqas biss għadhom fetħu. Skont il-pjan il-ġdid ta’ Draghi, mill-5 ta’ Awwissu, dħul fi grawnds sportivi, mużewijiet, teatri, ċinema, ċentri ta’ wirjiet, pixxini, gyms, barijiet u restoranti li s’issa għadhom magħluqin, se jitħalla biss jekk persuna jkollha l-“green pass”. L-Italja mistennija terġa’ tevalwa pro­posta f’Settembru biex dawk li jivvjaġ­ġaw fil-pajjiż kemm bil-ferrovija, bl-ajruplan jew bix-xarabank ikollhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin. Min-naħa l-oħra, il-fatt li Malta għandha l-akbar rata fid-dinja ta’ tilqim (84%) juri l-għaqal tal-Gvern Laburista, li mhux biss beda jieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq riċerka xjentifika, fosthom fuq il-pariri tal-WHO u l-awtoritajiet tassaħħa pubbika lokali, imma ħadem biex pajjiżna jkollu d-dożi meħtieġa fl-iqsar żmien possibbli wara li feġġ il-virus. Ta’ min ifakkar li sa mill-ewwel tilqima, li ngħatat nhar is-27 ta’ Diċembru li għadda, pajjiżna kien minn tal-ewwel f’din il-ġlieda, tant li kienet ukoll imfaħħra mill-Kap tal-fergħa Ewropea talWHO, Hans Kluge. Dan wassal biex issa ilna xhur sħaħ li bħala pajjiż battejna l-miżuri drastiċi li kellhom jittieħdu bi prevenzjoni għall-imxija, filwaqt li pajjiżi fl-Ewropa qed jikkunsidraw jew saħansitra reġgħu daħħlu miżuri restrittivi. Malta kienet ukoll fuq quddiem

fil-ħidma kollettiva Ewropea kontra l-pandemija, tant li l-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Stella Kyriakids laqgħet proposta tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne dwar il-bżonn li l-Unjoni Ewropea tistudja mill-qrib il-livell ta’ immunità li joħloq il-vaċċin tal-COVID-19, biex b’hekk tkun tista’ tittieħed deċiżjoni konġunta dwar il-possibilità tal-bżonn ta’ booster fiż-żmien li ġej. Rapport ta’ Moody’s fi Frar li għadda kien diġà qed juri l-ħidma għaqlija talGvern fejn tidħol il-vaċċinazzjoni u kien irrapporta li pajjiżna għandu l-ogħla rata ta’ ras għal ras fost il-pajjiż tal-Unjoni Ewropea, aktar mid-doppju tal-medja Ewropea. Ħidma li rat ukoll, fost oħrajn, il-proċess nazzjonali jiġi antiċipat b’xhur minn dak li kien imbassar preċedentement. Wieħed irid jiftakar ukoll li Malta kienet l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li laħqet l-immunità tal-massa meta fl-24 ta’ Mejju li għadda 70% tal-adulti Maltin u Għawdxin ħadu minn tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin. Dan illum ukoll qed iwassal biex l-imxija tkun ikkontrollata tajjeb u fl-aħħar jiem rajna tnaqqis fl-infezzjonijiet inġenerali u iżjed minn hekk, ferm inqas persuni li jkunu jeħtieġu l-kura fl-isptarijiet. Filwaqt li f’Marzu li għadda kien hemm madwar 250 persuna jingħataw kura f’Mater Dei, sal-bieraħ kien hemm biss 30 rikoverati fl-Isptar u tnejn li qed jingħataw kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Sadanittant, il-Fakultà tal-Mediċina tal-Università ta’ Malta irrappurtat li, fuq il-bażi ta’ riċerka xjentifika bbażata fuq l-evidenza, tħeġġeġ bil-qawwa lillpubbliku biex jitlaqqam. Il-fakultà qalet li l-vaċċin wera li hu mekkaniżmu effettiv biex jikkontrolla t-tixrid u s-severità tal-infezzjoni COVID-19. Hi kienet qed twieġeb għal studenti tagħha li tkellmu kontra l-vaċċin, waqt li ddiżassoċjat ruħha minn opinjonijiet simili. Fl-aħħar żvilupp lokali, nhar il-Ġimgħa l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li issa se jkun qed jintbagħat PIN code lill-ġenituri jew gwardjani ta’ tfal bejn it-12 u l-15-il sena biex ikunu jistgħu jniżżlu ċ-ċertifikat tal-vaċċin tagħhom. Minħabba li għad m’għandhomx karta tal-identità, iċ-ċertifikat ma setax jitniżżel mis-sistema nazzjonali li titlob in-numru ta’ wara fid-dokument tal-identità. Il-ġenituri jew dawk li jieħdu ħsieb it-tfal inkwistjoni qed jirċievu SMS fuq il-mobile tagħhom bi gwida u aktar informazzjoni.


01.08.2021

09

Is-sede tal-Fondazzjoni kENUP f’Villa Bighi fil-Kalkara

POSSIBBILTÀ GĦAL TMIEM IL-MALARJA BioNTech bi proġett ġdid għall-produzzjoni ta’ tilqima preventiva fi programm globali tal-Fondazzjoni kENUP li hi bbażata f’Malta Il-kumpanija farmaċewtika BioNTech SE għadha Il-proġett il-ġdid ta’ BioNTech hu estensjoni kemm ħabbret il-bidu ta’ proġett biex tiżviluppa tal-impenji tagħha fl-aħħar xhur kontra l-Corovaċċin sigur u mill-aktar effettiv kontra l-ma- navirus. Flimkien ma’ Pfizer, BioNTech żviluppat larja, flimkien mal-implimentazzjoni ta’ solu- l-ewwel tilqima mRNA kontra l-COVID-19, ibba­ zzjonijiet fil-kontinent Afrikan għall-provvisti żata fuq 20 sena ta’ riċerka minnha fl-mRNA u sostenibbli tiegħu. l-esperjenza fil-fażi klinika tagħha, u se tkun qed Il-proġett hu parti mill-programm “eradi- tqassam bla profitt maż-żewġ biljun vaċċin lillcateMalaria” tal-Fondazzjoni kENUP biex tħaffef pajjiżi foqra fit-18-il xahar li ġejjin, nofshom sa il-proċess globali għall-elimidin is-sena stess. nazzjoni tal-marda kkawżata L-iffinanzjar tar-riċerka u minn tingiż ta’ nemus infettiv l-manifattura tal-vaċċin fl-Afu hu stmat li fl-2019 waħedha rika se jsir kompletament qatlet iżjed minn 400,000 perminn riżorsi interni ta’ BioNGħall-ewwel darba, suna. kENUP hi bbażata fil-biTech stess, waqt li l-kumpanikumpanija stabbilita ni tal-Kunsill Malti għax-Xjenja laqgħet l-aħbar mill-Kumza u t-Teknoloġija (MCST) missjoni Ewropea u l-Bank ta’ se tuża l-platform fil-Kalkara. Investiment Ewropew (EIB) innovattiva tal-mRNA Din il-mira kienet imposli se jkunu qed jiffinanzjaw biex tniedi programm parti mill-produzzjoni fil-fażi sibbli s’issa, minkejja l-finanzjament enormi u l-impenn klinika avvanzata, l-infrasambizzjuż ta’ tilqim tas-setturi tas-saħħa mill-kotruttura meħtieġa fil-kontikontra l-malarja munità dinjija. Minkejja dan, nent u servizzi anċillari li jridu waqt li attwalment teżisti jinbnew minn terzi li jimxu tilqima li hi 40% effettiva biex tevita l-marda, b’mod parallel mal-kapaċitajiet tal-kumpanija stqarrija tal-Fondazzjoni kENUP ħabbret li sar farmaċewtika. progress tajjeb matul il-pandemija tal-COVID-19 Attwalment jeżisti biss vaċċin tal-ewwel ġene­ li għolla t-tamiet li tilqima b’effikaċità ferm ogħ- razzjoni b’effikaċità moderata u numru limitat la tista’ tgħin fl-eliminazzjoni tal-malarja daqt. ħafna ta’ kandidati oħrajn jinsabu fil-proċess. BioNTech qiegħda timmira li, fuq il-bażi Kontra t-tendenza u għall-ewwel darba fi 30 tar-riċerka li għamlet fil-kliniċi tagħha, tkun tis- sena, kumpanija stabbilita se tuża l-platform inta’ tiżviluppa t-tilqima effettiva mRNA, li tgħin novattiva tal-mRNA biex tniedi programm iddelill-ġisem jibni l-immunità, mingħajr l-użu tal-vi- dikat u ambizzjuż ta’ tilqim. rus innifsu, u bi protezzjoni fit-tul. Dan wara li Il-kontribut ta’ BioNTech u l-programm jingħażlu għall-iżvilupp kliniku l-iżjed kandida- tal-Fondazzjoni stabbilita f’pajjiżna għandhom ti tal-vaċċin li jawguraw l-aħjar u l-ewwel provi il-mira li jeliminaw darba għal dejjem minn wiċċ kliniċi għall-ewwel kandidat għall-vaċċin huma id-dinja l-malarja, li storikament tirrappreżenppjanati li jsiru s-sena d-dieħla. ta tbatija kbira umana, waqt li ġnus sħaħ huma Minbarra hekk, il-kumpanija ġganteska, li maqbudin f’ċiklu vizzjuż ta’ mard u faqar. fl-aħħar xhur issieħbet ma’ Pfizer fil-produzzSa mill-2019, il-kumpanija farmaċew­ti­ joni ta’ waħda mit-tilqimiet kontra l-COVID-19, ka kkol­laborat ukoll mal-Fondazzjoni Bill u qed tintrabat li, b’kollaborazzjoni mal-Orga- Me­lin­da Gates biex tiżviluppa programmi u nizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), tgħin lill- aċċess affordabbli għal tilqim kontra l-HIV u pajjiżi foqra fl-iżjed kontinent affettwat isaħħu t-tuberkolożi għal pajjiżi foqra. Il-Fondazzjoni l-kapaċitajiet tagħhom fl-iżvilupp ta’ sistemi ta’ Gates se tkun qed tikkollabora wkoll ma’ produzzjoni u ta’ provvisti sostenibbli tal-vaċċin. BioNTech fil-proġett il-ġdid kontra l-malarja.


10

02.08.2021

IL-BALLU TAL-PRESIDENT SE JSIR FIL-21 TA’ AWWISSU Tħabbret id-data tal-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu (Ball of the August Moon) ta’ din is-sena, li se jsir nhar is-Sibt 21 ta’ Awwissu 2021 fil-ġonna tal-Palazz Verdala. Din se tkun it-tielet edizzjoni li qed tiġi organizzata taħt il-Presidenza tal-President George Vella u t-tieni waħda bir-restrizzjonijiet fil-kuntest tal-COVID-19. F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz ta’ Sant’Anton, il-President tal-Kumitat Organizzattiv tal-Ballu, il-Markeżin Daniel de Petri Testaferrata, ta dettalji dwar l-avveniment u enfasizza li l-ballu se jsir b’konformità sħiħa mad-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa, li magħhom l-organizzaturi jinsabu f’kuntatt kontinwu. Hu semma li waħda mill-bidliet din is-sena hi fid-data, li ntgħażlet ftit aktar tard f’Awwissu mis-soltu bil-ħsieb li s-sitwazzjoni fejn tirrigwarda l-pandemija tilħaq titjieb, iżda ħabtet proprju ma’ lejlet il-qamar kwinta. Minbarra hekk, il-mużika waqt il-ballu, li matulu mhux se jkun hemm żfin, se tindaqq mill-baned tal-Forzi Armati ta’ Malta u tal-Korp tal-Pulizija. Il-President tar-Repubblika rringrazzja lill-Markeżin de Petri Tes­ taferrata u lill-bqija tal-membri tal-kumitat organizzattiv li, għat-tieni sena wara l-oħra, kellhom jiffaċċjaw aktar diffi­ kultajiet mis-soltu biex din it-tradizzjoni ma tmutx u jibqgħu jinġabru fondi bżonn­ jużi għall-Malta Community Chest Fund (MCCF). Irringrazzja wkoll lill-isponsors u l-baned tal-Pulizija u tal-Forzi Armati. “Għamilna s-sagrifiċċji kollha, għamilna dak kollu li hemm bżonn biex inkunu konformi mal-liġi u anke biex inkunu moħħna mistrieħ li ma nkunux qed nagħmlu ħsara jew inkella jkollna xi konsegwenzi. Is-sena l-oħra ħadna l-miżuri kollha. Sodisfatt li ma ġara

TINDIFA U RRANĠAR F’RAMLIET L-Awtorità għall-Ambjent u r-Ri­ żorsi u Ambjent Malta għadhom kemm temmew ġimgħat ta’ manutenzjoni fir-Ramla tat-Torri fil-Mellieħa u r-Ramla l-Ħamra f’Għawdex biex jissebbħu u jit­n­ ad­dfu minn tniġġis eżistenti, iżda wkoll jiġu protetti żoni sensittivi li jinstabu fihom. Iż-żewġ entitajiet ambjentali raw li jirranġaw il-mod kif kienu maqtugħin is-sand dunes u jinbidlu sinjali li jqajmu iżjed kuxjenza għall-protezzjoni ta’ habitats importanti naturali. Saret ukoll tindifa bl-involviment ta’ voluntieri fir-Ram­la tat-To­r­ri, fe­ jn tneħħew microplastics, speċi aljeni, skart mormi u struttura dilapidata minn żona protetta.

xejn u konna qegħdin tajjeb, u hekk nispera li jkun hemm din is-sena,” qal il-President. Filwaqt li ttama li l-qagħ-

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

da rigward l-imxija tkompli titranġa, hu għamilha ċara li jekk l-affarijiet imorru għall-agħar jew inkella jkun hemm direzzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa biex il-ballu jitħassar, dan jitħassar. Il-biljetti qed jinbiegħu bil-prezz ta’ €100 kull persuna u jistgħu jinxtraw online mis-sit www.augustmoonball.com.


01.08.2021

IL-MIŻIEB U L-AĦRAX “BIŻ-ŻIEDA”

Sentejn wara li nirien kienu qerdu numru ta’ siġar f’parti­ jiet tar-riservi naturali talMiżieb u l-Aħrax fit-Tramunta­ na tal-pajjiż, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazz­ jonisti (FKNK) imbarkat fuq pjan ta’ restawr bit-tħawwil ta’ siġar ġodda lkoll indiġeni. Il-pjan tħejja mhux biss biex jirrestawra l-partijiet li kienu nqerdu f’Lulju tal-2019, iżda wkoll biex jintużaw iżjed siġar Maltin. Iż-żerriegħa għax-xtieli li tħawlu din il-ġimgħa ttieħdet minn siġar oħrajn indiġeni mk­ abbrin fil-Gżejjer Maltin. B’hekk kien żgurat li ma jid­ daħħlux speċi u mard minn barra u l-ġenetika ta’ siġar indiġeni Maltin ma tkunx im­ niġġsa. Minbarra hekk, siġar tal-prinjol li jieħdu n-nar ma­ lajr, ma kinux fost dawk li qed jitħawlu. Minflok għal dan ilproġett ingħażlu siġar oħrajn indiġeni bhal dik tal-għargħar, tal-alaternu u xi ġenista safra. L-FKNK iddiskutiet dan ilpjan mal-Aw­torità tal-Amb­ jent u r-Riżorsi (ERA) u ġabet il-permessi meħtieġa kemm għall-ispeċi ta’ siġar użati kif ukoll għat-tneħħija ta’ oħrajn mejta jew invażivi, bħall-akaċ­ ja. Il-pjan jara wkoll li jinżam­ mu xi fetħiet żgħar biex il-bi­ jodiversità tax-xaghri, kemm dik tal-fawna kif ukoll tal-flo­ ra, tkun tista’ terġa’ tkompli toktor. B’hekk il-bijodiversità Mal­tija tkompli tissaħħaħ u toffri ambjenti naturali b’iż­ jed fawna u flora indiġeni. Din hi waħda mill-miri ewlenin tal-FKNK għar-riser­vi inkwist­ joni, li tieħu ħsieb tindokra bi qbil mal-Gvern, ħalli ż-żoni jitgawdew bl-aħjar mod minn kulħadd. Għal dan il-proġett, il-Fede­ razzjoni applikat għall-għajnu­ na ta’ “Żvilupp ta’ Infrastrut­ tura Ħadra” taħt il-programm LEADER tal-Fondaz­zjoni Grupp Azzjoni Lokali Majjistral.

11


12

01.08.2021

IPPJANAR SOSTENIBBLI GĦALL-FUTUR

ALEX AGIUS SALIBA Membru Parlamentari Ewropew

Fid-dinja moderna għandna żewġ fatturi li qegħdin kulma jmur iżidu l-inċertezza. Qed nirreferi għall-globalizzazzjoni li ilna nħossu l-effetti tagħha għal aktar minn żewġ deċennji, u kif ukoll għall-fatt li llum aktar minn qatt qabel, qegħdin inkunu ffaċċjati minn bidla li qed isseħħ fuq livell internazzjonali b’ritmu mgħaġġel ħafna. L-aħħar sena u nofs, bil-pandemija tal-COVID-19, huma xhieda ta’ dan, u fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell nazzjonali nkixfu ħafna punti ta’ vulnerabbiltà. Fuq livell Ewropew, kemm fil-Kunsill tal-Ministri, fuq livell tal-mexxejja tal-Istati Membri u anke fil-Parlament Ewropew, saru diversi diskussjonijiet importanti dwar il-lezzjonijiet li għand-

na nitgħallmu minn dan iżżmien diffiċli li għaddejna u għadna għaddejjin minnu, tagħlimiet li issa rridu nużaw. Għaldaqstant, il-pass li jmiss huwa li nibdew nikkonvertu dawn l-esperjenzi fi tfassil u f’tibdil tant bżonjuż fil-mod kif nagħmlu l-politika tagħna biex nissaħħu internament. It-tfassil responsabbli tal-politika jeħtieġ tħejjija denja, u mhux sempliċement wegħdiet jew ideat iżolati. F’dan ir-rigward, fuq livell Ewropew għaddejja diskussjoni interessanti ħafna dwar il-ħtieġa li jsir pjanar b’mod strateġiku, ħidma li qed issir taħt il-gwida tal-Viċi President Šefčovič li għandu mandat biex imexxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiġi integrata l-prospettiva strateġika fil-ħidma ġenerali tal-Kummissjoni u tal-Unjoni Ewropea. Sabiex jiġri dan irridu nadattaw sabiex nibdew nagħmlu użu sħiħ mill-għarfien, l-informazzjoni u r-riċerka li għandna u li tista’ tiġi ġġenerata, biex il-politiki tagħna jibqgħu validi għall-futur u biex tissaħħaħ il-kultura tagħna ta’ tħejjija u t-tfassil antiċipattiv. Matul dawn l-aħħar 10 snin, l-Ewropa u d-dinja qed jiffaċċjaw kriżijiet dejjem aktar kumplessi. B’mod partikolari, il-bidliet fil-klima, it-teknoloġiji diġitali u l-ġeo-

politika qed ikollhom effett profond fuq il-ħajja tagħna l-Ewropej. Però, dawn it-trasformazzjonijiet qed iseħħu fil-livelli kollha, mill-politika fil-livell lokali sal-istrutturi globali. Għaldaqstant, huwa dmir tagħna li naraw li nżommu lill-Ewropa aġġornata u mħejjija b’mod tajjeb, għaliex matul kriżi, il-leġittimità tal-istituzzjonijiet pubbliċi tista’ tiġi taħt pressjoni u r-reputazzjoni tal-mexxejja politiċi tiddgħajjef. Il-Prospettiva Strateġika mhijiex dwar il-previżjoni tal-futur. Però tfisser li jiġu esplorati l-futuri differenti possibbli, flimkien mal-opportunitajiet u l-isfidi li jistgħu jiġu. Fl-aħħar mill-aħħar, dan se jgħinna naġixxu filpreżent, biex insawru l-futur reżiljenti li rridu aktar milli

nirrepetu l-iżbalji tal-passat. Din iddur madwar l-idea li tinbena governanza antiċipatorja aħjar. Dan jirrikjedi l-inkorporazzjoni u l-applikazzjoni sistematiċi tal-previżjoni strateġika matul l-arkitettura kollha tal-governanza, inklużi l-analiżi tal-politika, l-involviment, u t-teħid tad-deċiżjonijiet. Din hija strateġija importanti ferm li tolqot l-aspetti kollha tal-politika tagħna u li trid tkun meqjusa f’kull ħaġa li nagħmlu. Marbut ma’ dan, matul dan ix-xahar ġie approvat rapport li kont qed naħdem fuqu li fih abbozzajt direttiva ġdida biex jiġu żgurati l-kontinwità u t-twassil ta’ servizzi essenzjali fl-Unjoni Ewropea f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, pandemiji, jew kwalunkwe diżastru naturali

Sabiex jiġri dan irridu nadattaw sabiex nibdew nagħmlu użu sħiħ mill-għarfien, l-informazzjoni u r-riċerka li għandna u li tista’ tiġi ġġenerata, biex il-politiki tagħna jibqgħu validi għall-futur u biex tissaħħaħ il-kultura tagħna ta’ tħejjija u t-tfassil antiċipattiv

jew ikkaġunat mill-bniedem u attakki terroristiċi. L-elettriku, l-ilma, it-trasport u l-kura tas-saħħa huma kollha setturi u servizzi essenzjali li jaffettwaw l-għajxien taċ-ċittadini kollha. It-theddid għal dawk is-servizzi jevolvi malajr u qed isir dejjem aktar kumpless. Għaldaqstant, hemm bżonn ta’ ħafna pjanar biex titnaqqas il-vulnerabbiltà ta’ dawk is-setturi. Jekk irridu niżguraw li ċ-ċittadini u l-infrastrutturi tagħna jkunu sikuri u protetti, jeħtieġ li nkunu ppreparati aħjar u nirreaġixxu malajr għal kwalunkwe tfixkil, inċident u kriżi potenzjali bħall-pandemija attwali. Katina hija b’saħħitha biss daqs l-aktar ħolqa dgħajfa tagħha, u l-isptarijiet, l-iskart, issistemi tal-ilma, jew l-infrastruttura tal-elettriku u t-trasport tagħna m’għandhomx ikunu dik il-ħolqa. Bla dubju, anke li kieku kellna nfaqqgħu subgħajna u neħilsu mill-pandemija minnufih, żgur li ma nistgħux immorru lura għall-ħajja li kellna qabel bla ma nagħmlu bosta tibdiliet f’ħajjitna u fil-mod kif nagħmlu l-politika tagħna. Jekk jiġri hekk inkunu qed nonqsu, inkunu armejna dak kollu li tgħallimna u ħlejna opportunità biex bħala Unjoni Ewropea nibdlu t-tbatija f’opportunità biex nissaħħu.

INĦARSU ’L QUDDIEM

MICHAEL FARRUGIA Ministru

Illejla f’nofsillejl jispiċċa l-perjodu ta’ kwarantina mandatorja tiegħi wara li rriżultajt pożittiv għall-virus COVID-19. Għada nirritorna fiżikament lura għax-xogħol. Tul il-perjodu ta’ kwarantina xorta bqajt f’kuntatt kontinwu b’mod remot mal-uffiċjali tal-Ministeru ħalli nkompu nippjanaw it-twettiq ta’ ġid lejn l-anzjani u l-familjari tagħhom.

Fl-1 ta’ Jannar li għadda konna bdejna kampanja intensiva ta’ tilqim bil-vaċċin kontra l-pandemija. Dan irnexxielna nagħmluh f’nofs il-ħin li kien ippjanat li jitlesta. Illum, aktar minn qatt qabel inbierek lil dawk kollha, fid-dekasteru tiegħi, li qamu għall-okkażjoni ħalli nlaqqmu lir-residenti u lill-impjegati fid-djar kollha tal-anzjani, f’San Vinċenz de Paul, id-djar għall-persuni b’diżabilità kif ukoll l-anzjani u l-persuni li huma ristretti ma joħorġux minn djarhom. Ovvjament ma nistax ma nsemmix lill-ħaddiema tad-Dipartiment tas-Saħħa li kellhom l-impenn li jlaqqmu l-anzjani li jgħixu fil-komunità. Aktar minn qatt qabel, l-episodju li għaddejt minnu wera biċ-ċar illi li kieku ma kontx ingħatajt il-vaċċin, il-probabilità kbira kien li nispiċċa b’kumplikazzjonijiet bil-konsegwenzi kollha.

Huwa fatt, u magħruf xjentifikament li persentaġġ żgħir tal-persuni mlaqqma jistgħu jispiċċaw pożittivi għall-virus. Kien għalhekk li dejjem imxejna b’kawtela anke fir-rilaxx tar-restrizzjonijiet. Naf li forsi kien hemm min ippretenda li mmorru għan-normalità fejn qisu għadda kollox. Konna nkunu irresponsabbli. Imma huwa fatt xjentifiku li t-tilqima kontra l-COVID-19 tilqa’ għall-kumplikazzjonijiet. Irrid ngħid li wara li wieħed mit-testijiet li saruli rriżulta mhux normali ħadt nifs qawwi ’l ġewwa, imma wara li aktar testijiet tal-pulmun irriżultaw tajbin ħlift li nwassal il-messaġġ tal-bżonn li kulħadd għandu jieħu t-tilqima. Forsi ftit nies jafu, għalkemm kien hemm min innota li fil-ġimgħat ta’ qabel kont għadni kif għaddejt minn testijiet oħra inkluż biopsy tal-ġilda fil-parti tar-ras. Għall-grazza t’Alla ġie eskluż

dak li għall-ewwel kienet dijanjosi proviżorja u rriżulta attakk ta’ virus fil-ġilda wara li għamilt ġurnata niltaqa’ ma’ persuni f’postijiet rurali. Il-ħajja tkompi u qed inħares ’il quddiem b’viżjoni li twassal għal ħajja aħjar għall-anzjani u għall-familjari tagħhom, li toffri tama, kuntrarju għall-baħħ li qed toffri l-Oppożizzjoni għax la toffri alternattivi u wisq u wisq lanqas huma kredibbli. Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed ngħollu l-livell ta’ servizz u apparat f’San Vinċenz de Paul għal livelli bla preċedent. L-istess ħa nkunu qed inwettqu fis-settur ta’ persuni bil-kundizzjoni tad-Dimensja. Għalija dan is-settur qiegħed għal qalbi. Fl-aħħar xhur ta’ ħajjitha, ommi bdiet tbati bid-dimensja u ddeterjorat malajr. Fhimt kemm hu diffiċli għall-persuna, aktar u aktar għal dawk viċin tagħha. Ħlift li dan is-settur nagħtih pri-

jorità. Ftit xhur ilu daħħalna t-Telecare on the Move, gadget għall-persuni bid-dimensja b’faċilitajiet differenti u li kuntrarju għat-telecare normali li jaqbad biss mat-telefown tad-dar, dan il-gadget jaqbad minn kwalunkwe parti ta’ pajjiżna, inkluż sistema li tiffaċilita tfittxija għall-persuna jekk tintilef. Se nkunu qed ngħollu l-istandards mistennija fid-Djar kollha tal-Anzjani u nintroduċu aktar servizzi għall-anzjani u qraba tagħhom fil-komunità. Dan filwaqt li permezz tal-awditjar qed inkomplu ntejbu l-kwalità ta’ servizzi eżistenti. L-anzjanità ma tfissirx l-aħħar forsi tal-ħajja imma fażi oħra fil-ħajja. Għalhekk, irridu nassiguraw li l-anzjani tagħna jibqgħu attivi filwaqt li naħdmu għal kwalità ta’ ħajja aħjar u serizzi tas-saħħa li jkomplu jkunu ffukati fuq il-ħtiġijiet mediċi partikolari tagħhom.


13

01.08.2021

ĊELEBRAZZJONI TARTARUN

GLENN BEDINGFIELD Whip għall-Gvern

It-tartarun hija forma ta’ xibka, proprjament tliet xbieki minsuġa flimkien biex ovvjament jinqabad fihom il-ħut. Ix-xibka tan-nofs tkun irqaq minn tattruf ħalli l-ħut jinqabad fiha. Hija l-iktar parti importanti minn din l-għodda li s-sajjied Malti għandu biex jaqbad ilħut. Fix-xibka jinqabad il-ħut kollu u għalhekk huwa ferm eħfef milli wieħed jistad bil-qasba. Bix-xibka tista’ taqbad, jew tipprova taqbad il-voti, mhux il-ħut biss. Imma n-nies mhumiex ċwieċ. Il-poplu Malti mhu-

wiex xi wieħed li tista’ tgħaddih minn għajn il-labra. Altru minn hekk. In-nies taf, tifhem, tixtarr u tiddeċiedi. Nhar il-Ħamis 29 ta’ Lulju kien hawn min iċċelebra għaliex ħaseb li se jaqbad il-voti fit-tartarun. F’dik il-ġurnata, kien ippubblikat ir-rapport tal-inkjesta dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u ħasbu li se ninqabdu fit-tartarun, fix-xibka. Ħasbu li se noħorġu nattakkaw l-inkjesta u lill-imħallfin li kienu parti mill-Bord li, tajjeb illi ngħidu, inħatar minn Joseph Muscat fiż-żmien li kien Prim Ministru. Il-konklużjoni tal-inkjesta kienet prevedibbli tant li anke l-partit fl-Oppożizzjoni jidher li kien jaf il-konklużjonijiet tagħha qabel ma kienet ippubblikata. Dan il-Gvern aċċetta r-rapport u anke se jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Iżda ma tistax ma tinnotax li t-tartarun tal-PN kien jaf bil-konklużjonijiet tal-inkjesta minn jiem qabel, tant illi l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, beda jgħid li r-rakko-

mandazzjonijiet tar-rapport għandhom ikunu implimentati. Kif kien jaf qabel saret il-pubblikazzjoni, naħseb illi kulħadd jista’ jasal għall-konklużjoni tiegħu. Immedjatament wara l-pubblikazzjoni tar-rapport Bernard Grech tkellem b’ton partiġjan u inkonsistenti. Tant illi f’ħin minnhom qal illi għandna nirriżenjaw ilkoll kemm aħna u sa ħames minuti wara qal li jrid jaħdem id f’id magħna biex ikunu implimentati r-rakkomandazzjonijiet. Mur ifhmu! Bħala Gvern aħna nagħrfu li dan mhuwiex mument tal-partiġjaniżmu. Issa huwa l-mument illi l-interess nazz-

jonali jipprevali u jiġi qabel kull interess partiġjan ieħor. Il-Prim Ministru Abela wera maturità kbira meta f’isem il-Gvern Malti għamel apoloġija. Waqt li l-Prim Ministru kien qiegħed jagħmel din id-dikjarazzjoni, Bernard Grech u sħabu kienu qed iħejju biex imorru jipprotestaw flimkien ma’ tar-Repubblika. Għaliex ir-Repubblika għandha l-appoġġ tal-PN qal Bernard Grech. Kellu għalfejn jgħidilna? Ir-rapport tal-inkjesta aċċettajna l-konklużjonijiet tiegħu u rridu naħdmu biex ikunu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-Oppożizzjoni trid tkun partiġjana. Iżda fuq dan il-

Bħala Gvern aħna nagħrfu li dan mhuwiex mument tal-partiġjaniżmu. Issa huwa l-mument illi l-interess nazzjonali jipprevali u jiġi qabel kull interess partiġjan ieħor

Gvern tista’ tgħid ħafna affarijiet, ħlief li tirrenja l-arja tal-impunità għaliex l-awtoritajiet urew bil-fatti li numru ta’ persuni li allegatament kienu involuti fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, tressqu l-Qorti u hemm persuna waħda li ammettiet u diġà kienet issentenzjata. Hawnhekk ma nistax ma ninnotax fejn hi l-impunità fi żminijiet oħra. L-assassinju ta’ Karen Grech kien qtil politiku li baqa’ mhux solvut. Il-qtil ta’ Raymond Caruana wkoll kien qtil politiku li baqa’ mhux solvut. Il-qtil makabru ta’ Wilfred Cardona li allegatament kien se jikxef affarijiet dwar l-assoċjazzjonijiet tal-PN ma’ ċrieki. Għaliex min wettaq dawn id-delitti qatt ma nstab? Dan qed ngħidu biss bħala eżempju għaliex l-amministrazzjoni trid tmexxi bl-eżempju. Mhumiex se jaqbduna fit-tartarun, anke jekk imorru jiċċelebraw ir-rapport tal-inkjesta għaliex jaħsbu li qabduna fuq sieq waħda. Aħna Gvern matur li nafu x’inhu l-interess nazzjonali u x’jirrikjedi minna llum il-pajjiż.

TBATIJA KKAWŻATA MILL-ĦASIL TAL-MOĦĦ

MARIAH MELI Parteċipanta tal-Programm LEAD

Fis-soċjetà nsibu numru ta’ familji fejn il-ġenituri bijoloġiċi ma jkunux flimkien u xi drabi t-tfal jispiċċaw jintużaw bħala arma biex iweġġgħu lil xulxin. It-tattiċi tal-aljenazzjoni bejn il-ġenituri jintużaw biex konxjament jew le, jgħaddu emozzjonijiet negattivi għand il-minuri, waqt li l-ġenitur vittma ta’ dawn it-tattiċi jħossu bla setgħa fil-mod kif is-sistema tal-ġustizzja tkun qed tiġi mmanipulata mill-aljenatur. Il-bżonn ta’ bidliet leġiżlattivi huwa definittivament it-triq ’il quddiem sabiex tissaħħaħ l-awtorità tal-qrati tagħna u toffri ġustizzja lill-partijiet li jistħoqqilhom, speċjalment f’każijiet sensit-

tivi bħal dawn. Psikjatra u studjuż tal-forensika u tat-tfal Dr Richard Gardnery, kien l-ewwel li ddefinixxa l-Aljenazzjoni tal-Ġenituri bħala sindromu li fih il-ġenitur li jaljena jgħallem lit-tfal jirrifjutaw lill-ġenitur li jkun vittma permezz ta’ metodi diversi, fosthom il-ħasil tal-moħħ. Madankollu, dan għad irid jiġi aċċettat bħala sindromu mill-professjonisti tas-saħħa mentali u mniżżel fid-dokument DSM-5 sabiex ikun ikkunsidrat bil-qawwa fil-qrati. Minkejja dan il-fatt, il-qorti tal-Istati Uniti u r-Renju Unit diġà tikkunsidra prattiċi t’aljenazzjoni mingħand il-ġenituri bbażati fuq opinjonijiet differenti ta’ diversi professjonisti tas-saħħa mentali. Deċiżjonijiet bħal dawn jinkludu li l-minuri joqgħod mal-ġenitur li jkun vittma, waqt li l-ġenituri jattendu terapija individwali jew bħala familja. Żjarat stretti jiġu infurzati sabiex il-ġenitur li jaljena jikkonforma mal-ordnijiet tal-qorti. Il-minuri jkun ordnat ibiddel ir-residenza mal-ġenitur li jkun vittma, filwaqt li ma tittieħed l-ebda azzjoni sakemm l-aljenazzjoni tiġi solvuta. Il-mod imsemmi ta’ kif xi

qrati barra minn pajjiżna jipproċedu f’każijiet t’aljenazzjoni bejn il-ġenituri, huwa rarament użat fil-qrati tal-familja tagħna u wasal iż-żmien sabiex il-ġudikaturi tagħna għandhom jingħatalhom taħriġ biex f’każijiet bħal dawn jagħrfu aħjar li l-minuri li jitkellem ikun taħt l-effett tal-aljenazzjoni (ħasil tal-moħħ). Għalhekk, l-għażla li tinqaleb il-kustodja fuq il-ġenitur li jkun vittma għandha tkun ordnata b’mod kunfidenti minflok tkun konklużiva skont dak li l-minuri jkun jixtieq. B’hekk ir-relazzajoni bejn it-tifel jew it-tifla u l-ġenitur li jkun vittma tkun tista’ terġa’ tinbena flimkien mat-terapija mogħtija minħabba l-implikazzjonijiet negattivi magħmula mill-ġenituri aljenanti. NGO nazzjonali magħrufa bħala Happy Parenting Malta, toffri appoġġ u informazzjoni meħtieġa lil individwi li jisfaw vittmi tal-aljenazzjoni bejn il-ġenituri u li jħossuhom waħedhom sakemm jibdew jifhmu x’inhu għaddej. Il-ġenituri li jaljenaw normalment jemmnu li huma l-ġenituri li jħobbu verament iżda fil-realtà huma jkunu dawk li jabbużaw. Dan iwassal sabiex il-minuri jikbru jħossuhom mitlufin,

mingħajr ma jkunu jafu min huma tassew. Barra minn hekk, il-minuri li jisfaw vittma ta’ dan is-sindromu jsibuha iktar diffiċli biex jibnu relazzjonijiet ma’ ħaddieħor meta jikbru. Il-ġenituri għandhom jaġġixxu b’mod matur u jifhmu r-responsabbiltajiet u d-drittijiet li jġorru bħala omm jew missier ta’ wliedhom minkejja r-relazzjoni li tkun preżenti bejniethom. It-tama għandha dejjem tkun preżenti sabiex ir-relazzjoni mmanipulata bejn il-ġenitur li jkun vittma u l-minuri tkun tista’ tinbidel b’mod pożittiv. F’Ottubru li għadda, il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Ministeru għall-Familja waqqfu Kumitat Tekniku Nazzjonali ppresedut minn Dr. Andy Ellul biex jilħaq l-għanijiet sabiex pajjiżna jamministra din il-problema li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qiegħda tikber u għalhekk hija tat-tħassib. It-tliet għanijiet ewlenin immirati sabiex jintlaħqu b’suċċess huma: 1. Il-ħtieġa t’intervent leġiżlattiv billi jiġu emendati liġijiet bħall-Kodiċi Ċivili u liġijiet oħra meħtieġa, 2. Tingħata importanza li l-minuri jkollhom aċċess t’appoġġ professjonali neċessarju sabiex jerġgħu jibnu relazzjoni

tajba mal-ġenituri tagħhom u 3. L-għan fundamentali huwa t-taħriġ offrut lis-sistema ġudizzjarja, lill-avukati u lill-professjonisti l-oħra li jkollhom jittrattaw każijiet bħal dawn. Dan huwa l-uniku mod kif is-sistema ġudizzjarja tagħna tista’ tkun iktar ġusta ma’ kulħadd. L-artiklu 7 tal-konvenzjoni dwar id-drittijiet għat-tfal jiddikjara li l-minuri għandhom id-dritt li jkunu jafu min huma l-ġenituri tagħhom u dawn l-istess ġenituri għandhom iddmir li jieħdu ħsiebhom. Għalhekk il-ġenituri għandhom iżommu f’moħħhom l-aħjar interess tat-tfal u mhux l-interess personali tagħhom. Il-ħsara kkawżata lill-minuri involuti fl-aljenazzjoni bejn il-ġenituri kultant hija irreparabbli. Rigward dan is-‘sindromu’ Amy Baker qalet li meta ddawwar minuri kontra ġenitur, tkun qed iddawwar lill-minuri kontrik stess. Billi nattrezzaw u nappoġġjaw is-servizzi tagħna bl-għodda t-tajba, bħala nazzjon inkunu nistgħu ngħinu lin-nies vittmi tal-aljenazzjoni bejn il-ġenituri għaliex hemm bżonn li n-nies ikunu konxji ta’ din il-problema li qiegħda tolqot bosta ġenituri.


14

01.08.2021

IŻ-ŻONQOR J Ftit qabel il-11:00 tal-bieraħ filgħodu tmexxiet operazzjoni delikata biex il-patrol boat P33, li kienet isservi lill-Forzi Armati ta’ Malta sa mis-snin 90, ġiet mgħarrqa fil-baħar ’il barra mill-ponta taż-Żonqor f’Wied il-Għajn. Il-P33 kienet inġiebet mill-Ġermanja biex isservi fil-flotta tal-forzi militari u l-ħidma marittima tagħhom. Minkejja dan, kien wasal iż-żmien li ċċedi postha wara għexieren ta’ snin u investimenti multimiljunarji millGvern fl-aħħar snin f’opri tal-baħar ġodda. Din issa se tkun qed isservi ta’


01.08.2021

JILQA’ L-P33! attrazzjoni għall-bugħaddasa Maltin u barranin, li jagħmlu niċċa importanti fis-settur turistiku ta’ pajjiżna. L-operazzjoni, li ġiet esegwita mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) u l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Għadis Professjonali ta’ Malta, ġiet segwita mill-qrib mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, li fisser l-importanza tal-industrija tal-għadis għall-gżejjer tagħna. Opri tal-baħar simili f’qiegħ il-baħar huma t’attrazzjoni għad-dilettanti kollha, waqt li joffru kenn għal speċi ta’ ħut u ħlejjaq marittimi oħrajn.

15


16

01.08.2021

GVERN LI MA QATAX QALB IL-POPLU FELIX BUSUTTIL

KANDIDAT GĦAT-8 U L-10 DISTRETT MIN HU FELIX BUSUTTIL? Għawdxi. Kburi li Malti. Laburist, Soċjalist, Progressiv. Lest jissielet għal dawk li jħossuhom iktar vulnerabbli. Iħobb l-annimali. Jgħożż l-ugwaljanza u l-ġustizzja. Qalb kbira u ġeneruża. Jemmen fil-pożittività, iddixxiplina u l-qawwa tal-fidi. PROFESSJONI - Direttur. Koreografu, għalliem u artist. Żeffien. Konsulent Artistiku. STAT – F’relazzjoni LOKALITÀ FEJN TGĦIX – Mosta IKEL FAVORIT – Gambli u patata l-forn. U kull xorta

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista?

ta’ ħelu! PASSATEMP – Nikteb. Naqra. Inpinġi. U nivvjaġġa. KTIEB FAVORIT – The Secret. Awtriċi: Rhonda Byrne ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – Dak kollu li jeżisti, jeżisti għax kien maħsub u emmnut. Għix ħajja pożittiva li dejjem temmen u taħseb fit-tajjeb. U dak kollu li tixtieq u li temmen li ser ikun f’ħajtek jekk temmen jasal għandek f’waqtu. Bliktar paċenzja. Mimli bit-tama u b’sens ta’ gratitudni, karità u mħabba.

sar familti – li jħaddan il-prinċipji li nħaddan jien. Prinċipji bbażati fuq is-solidarjetà soċjali, il-ġustizzja Kien Partit li emmen fija. Li tani ċans ugwali għal kull individwu ta’ rieda u opportunità. Partit li wrieni kemm tajba u mħabba qawwija nazzjonali u jien ugwali. Kulħadd għandu d-dritt mhux partiġġjana. għall-imħabba – li nibni familja. Wara li tani l-opportunità (meta ma kontx Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għadni politiku mwelled) u tkel- għamel Gvern Laburista fl-aħħar limt waqt mass meeting in-Naxxar snin? jien hawnhekk irrealizzat kemm hi miftuħa l-qalb tal-Partit Soċjalista. Bla dubju ta’ xejn (għax din taffettwa U għalhekk beda l-vjaġġ tiegħi poli- direttament lili u dawj qrib tiegħi) tiku u wara biss disa’ xhur fid-dinja huma l-kisbiet kbar li għamel pajjiżpolitika nikkontesta l-Elezzjoniji- na fir-rigward tad-drittijiet ċivili. Qaet tal-Parlament Ewropew tas-sena beż għal min hu inviżibbli u għaraf 2019, bir-riżultati li rċevejt tani aktar li għal kulħadd m’hemmx isbaħ li kuraġġ sabiex nikkontesta l-Elezzjon- tagħti lil kull persuna d-dritt li takkjiet Ġenerali li jmiss. Ma’ partit li issa wista l-kuntentizza personali. Ħadd

ma jista’ jisraq is-sens ta’ dinjità, ta’ Għamel riformi integrità u ta’ rispett. Ħadd ma jista’ finanzjarji kbarjkasbar jew jgħajjar mingħajr konsegwenzi. ambjentali, legali u Kull persuna teħtieġ protezzjoni soċjali u legali. Kulħadd għandu ġudizzjarji, ċivili u soċjali. d-dritt wisq għoli jingħaqad f’familja fejn hu jew hi ssib kumdità, kumpani- U għalhekk għandu dawn ja u sapport. Dan hu Gvern li jwiegħed ir-riżultati kbar u jwettaq. Gvern li akkost ta’ mewġ sodisfaċenti – għax kien konservattiv jasal sakemm ikun fil-quċċata ta’ kompassjoni, tolleranPartit li qatt ma staġna. za u inklużjoni. Gvern li matul l-aħħar snin ħaseb għal min għal ħafna snin Qatt ma waqaf. Qatt kien inqas – l-anzjani, il-fqar, il-koma raqad munità LGTBIQ, l-annimali, l-ambjent u l-arja, il-persuni b’diżabilità u dawk li ma setgħux ikollhom tfal. Sirna poplu modern, liberali, miftuħ. sidji. Vouchers sabiex l-ekonomija tirpilja. Sostenn lill-qasam turistiku, Kif baqa’ jiġġedded il-Partit artistiku u l-SMEs. Kull deċiżjoni iebLaburista matul is-snin? sa li ħa kienet akkumpanjata minn għajnuna finanzjarja sabiex jingħaIr-riforma qatt ma tinżel tajjeb fil-bi- ta kumpens. Kien Gvern fuq kollox du. Għax il-bniedem iħobb dak li ma li qatt ma qata’ qalb il-poplu – anzi joħloqx taqlib. Imma l-vera uma- inkoraġġieh. Grazzi lil Robert, Chris nità hi dik li għandha sens ta’ riskju u l-awtorità tas-saħħa konna kapaċi kkalkulat u xejn biża’. Meta persu- nieħdu impatt iżgħar nazzjonali u na jew soċjetà teħtieġ riforma din negħlbu l-għadu inviżibbli. trid tgħaddi minn perjodi ta’ tbatija u sagrifiċċji. Kull riforma titwieled X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? mid-diskussjoni, mill-konvinzjoni u minn ħafna edukazzjoni. Li Malta tibqa’ ħanina. Li pajjiżna U għalhekk il-Partit Laburista huwa jħobb dak li hu ġust. Anke jekk diffiċpartit suċċess. Għamel riformi finanz- li. Li nkomplu naħdmu sabiex ikollna jarji kbar - ambjentali, legali u ġudizz- politika nadifa u trasparenti. Li Malta jarji, ċivili u soċjali. U għalhekk għan- u Għawdex ikunu aktar ħodor – fejn du dawn ir-riżultati kbar sodisfaċenti uliedna u wlied uliedna jkollhom arja – għax kien Partit li qatt ma staġna. nadifa. Spazji miftuħa. Ambjent nadif. Qatt ma waqaf. Qatt ma raqad. Li l-annimali huma parti minn familtna – jeħtieġu protezzjoni, imħabba u X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet rispett. li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Li nkomplu nedukaw – naqsmu l-esperjenza artistika u kulturali. Li Bħal ħafna jien ukoll esperjenzajt nibqgħu ngħożżu politika liberali u diffikultà meta l-iskola tiegħi kell- miftuħa fejn naċettaw u nagħtu opha tagħlaq darbtejn matul dawn portunità lil kull individwu. Li dak li is-sentejn. Żgur ma kinitx deċiżjoni huwa Malti u Għawdxi jingħata biss faċli li joħorġu liġijiet fejn l-ewwel ġieħ – għax dan hu l-wirt u l-legat jeħtieġ nipproteġu s-saħħa nazzjona- tagħna. li. U ħafna aktar mhix faċli ssib bilanċ U dan ser nakkwistawh biss jekk bejn li ngħixu u bejn l-għajxien. Iżda Malta tibqa’ taħt tmexxija Laburista. dan kien Gvern li għen u ssapportja. Għax li tkun Laburist ifisser li tkun riGvern li ta u għadu jagħti s-sus- formist. Altruwist. Patrijott.


17

01.08.2021

PM TA’ KURAĠĠ U GĦAQAL KBIR AUDREY DEMICOLI KANDIDATA GĦAT-3 DISTRETT

MIN HI L-PERIT AUDREY DEMICOLI? Jien omm, ħaddiema u għandi tifla ta’ 18-il sena li jisimha Francesca. Il-familja tiegħi hija miż-Żejtun u minn Raħal Ġdid u jien trabbejt f’dawn l-irħula Maltin bil-valuri tradizzjonali. Jien dejjem ħdimt u stinkajt biex nikseb dak li nixtieq f’ħajti. Gradwata bħala Perit b’Baċellerat fl-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili mill-Università ta’ Malta, b’Masters fit-Traffiku u t-Trasport mill-Università ta’ Nottingham Trent flIngilterra u b’Dottorat f’qasam relatat ma’ disinn u sigurtà fit-toroq mal-Università ta’ Malta flimkien mal-Università t’Ateni. F’dawn it-22 sena ħdimt fis-settur pubbliku fejn ikkollaborajt ma’ diversi entitajiet, organizzazzjonijiet u kont f’kuntatt kontinwu man-nies.

STAT – Xebba LOKALITÀ FEJN TGĦIX – Żejtun IKEL FAVORIT - Frott tal-baħar PASSATEMP – Insajjar u nagħmel diversi tipi ta’ xogħol tal-idejn KTIEB FAVORIT – Inħobb kotba dwar l-istorja u l-arti klassika ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – Jien dejjem ngħid lil binti, “Always be kind” irrispettivament minn dak kollu li jkun ġara jew li qed jiġri.

PROFESSJONI - Perit u Traffic Engineer

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Jien iddeċidejt li nikkontesta l-elezzjoni ġenerali għax irrid inkun parti mill-iżvilupp u mit-tkabbir ta’ dan ilpajjiż. Jien nemmen li l-ġid lejn il-pajjiż isir bix-xogħol u għalhekk jien irrid naħdem biex l-imħabba lejn pajjiżi nsarrafha f’impenn u f’dedikazzjoni. Nemmen fl-importanza li ninvestu fin-nies f’kull aspett tal-ħajja, kemm dik bħala ħaddiema kif ukoll fil-ħajja ta’ kuljum ta’ kull individwu. It-tliet aspetti li huma għal qalbi u li nixtieq nagħti kontibut biex inkomplu nsaħħu pajjiżna huma dawk relatati mal-pjaga tal-vjolenza domestika, mas-saħħa mentali speċjalment fiż-żgħażagħ u fl-anzjani u li nkomplu nixprunaw lin-nisa ’l fuq. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? Gvern Laburista kien kapaċi joħroġ lil pajjiżna minn sitwazzjoni ta’ staġnar ekonomiku, politiku u soċjali. Minkejja l-impatt tal-pandemija, huwa mbassar li Malta ser ikollha tkabbir ekonomiku qawwi pparagunat ma’ pajjiżi oħrajn fl-Ewropa u qed naraw il-listi tal-qgħad dejjem jonqsu. Il-miżuri li jsaħħu l-ugwaljanza, li ġew introdotti minn Gvern Laburista, huma bla preċedent f’pajjiżna. Ir-riformi fejn kien hemm bżonn f’kull qasam tal-istituzzjonijiet saru b’determinazzjoni u b’għaqal. L-investiment fil-pajjiż jidher kull fejn tħares b’xogħlijiet għaddejjin f’kull settur biex insaħħu l-infrastruttura minn kull aspett tagħha. Gvern Laburista qajjem lil pajjiżna fuq saqajh biex nistgħu nilqgħu għall-isfidi u nibqgħu għaddejjin b’saħħitna. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin? It-tiġdid kontinwu minn dejjem kien dak li mexxa lill-Partit Laburista u li

wassal għal partit b’saħħtu u magħqud li baqa’ relevanti fil-pajjiż. Dan il-partit dejjem saħaq fuq l-importanza tassaħħa ta’ poplu magħqud li jaħdem flimkien għall-ġid tal-pajjiż. Il-Partit Laburista ma jħarisx lejn l-uċuħ u dejjem saħħaħ il-kuntatt man-nies u sema’ dak li jrid il-poplu. B’hekk biss seta’ jiġġedded u jiżviluppa kontinwament bil-pass mas-soċjetà. Din il-politka tal-Partit Laburista tagħti valur u turi rispett lejn il-poplu u s-sondaġġi li jsiru jikkonfermaw il-fiduċja tal-poplu fil-partit u fil-mexxej. X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Fil-Prim Ministru tagħna rajt mexxej ta’ pajjiż li ma beżax jieħu d-deċiżjonijiet diffiċli biex jipproteġi s-saħħa, l-impjiegi u l-għajxien tal-Maltin u l-Għawdxin f’dan iż-żmien iebes fejn

għaddejna minn emerġenza ta’ saħħa nazzjonali minħabba l-virus talCOVID-19. Fil-Prim Ministru jien rajt mexxej ta’ pajjiż b’kuraġġ u għaqal kbir lejn pajjiżu u lejn il-poplu fejn refa’ r-responsabbiltà u għamel dak kollu li seta’ biex għen lill-ħaddiem u lin-negozji. Dr Abela wera maturità politika u karattru deċiż u determinat biex pajjiżna jkun l-aħjar possibbli u baqa’ dejjem jirsisti minkejja l-isfidi kollha li sab ma’ wiċċu. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Jien irrid nara l-pajjiż ikompli jsaħħaħ u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tas-setturi l-aktar vulnerabbli u ta’ dawk li l-aktar li batew. Noħlom f’pajjiż aktar tolleranti u b’soċjetà aktar inklussiva fejn is-solidarjetà tgħaqqad lill-poplu u twassal il-ġid f’kull tarf tal-pajjiż.

Il-Partit Laburista ma jħarisx lejn l-uċuħ u dejjem saħħaħ il-kuntatt man-nies u sema’ dak li jrid il-poplu. B’hekk biss seta’ jiġġedded u jiżviluppa kontinwament bil-pass mas-soċjetà


18

01.08.2021

IL-ĠIMGĦA EWROPEA GĦALL-IBLIET U R-REĠJUNI vestiment Ewropej u programmi oħrajn tal-UE. Kif beda dan l-avveniment

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Fl-2003, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġ­ jonali u lokali, stieden rappreżentanzi reġ­ jonali u lokali għall-Unjoni Ewropea bbażati fi Brussell biex jiftħu l-bibien tagħhom fl-ist­ ess żmien, bħala parti minn kunċett komu­ ni ta’ “Jiem għall-Pubbliku”. Matul is-snin, l-inizjattiva żviluppat f’avveniment annwali ewlieni li jinvolvi l-Kummissjoni Ewropea u partijiet interessati oħra. Fl-2016, ingħata l-isem ġdid “Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet”, u ma baqħetx tintuża r-referenza għal “Jiem għall-Pub­ bliku”. Dan sar biex tiġi evitata konfuż­ joni mal-avvenimenti annwali ta’ “Bibien miftuħa”/“Jum għall-Pubbliku” organizzati kull sena fi Brussell f’Mejju mill-istituzzjoni­ jiet kollha tal-UE b’rabta ma’ Jum l-Ewropa, kif ukoll ma’ avvenimenti simili organiz­ zati mir-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni fl-Istati Membri fl-istess okkażjoni.

Il-Ġimgha Ewropea għall-bliet u r-reġjuni (#EURegionsWeek) hija l-akbar avveni­ ment annwali bbażat fi Brussell u ddedikat għall-politika reġjonali. L-avveniment kiber u sar pjattaforma unika ta’ komunikazzjoni u networking, li tlaqqa’ flimkien reġjuni u bliet mill-Ewro­ pa kollha, inklużi r-rappreżentanti politiċi, l-uffiċjali, l-esperti u l-akkademiċi tagħhom. Matul dawn l-aħħar 17-il sena, twettqet ħafna ħidma biex tippromwovi l-mod kif Struttura ta’ programm ir-reġjuni u l-bliet jużaw il-fondi tal-UE biex Il-programm jitfassal fuq slowgan ewlieni itejbu l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini. u għadd ta’ temi sekondarji. Is-sessjonijiet ta’ ħidma jew id-dibattiti jiġu organizzati X’jiġri fil-fatt minn tliet kategoriji ta’ msieħba: 1. Sħubiji­ Fil-bidu ta’ Ottubru, aktar minn 9,000 et reġjonali komposti minn reġjuni jew bliet parteċipant, inklużi aktar minn 1,000 Ewropej; 2. Imsieħba istituzzjonali tal-UE; kelliem mill-Ewropa kollha u lil hinn u 3. Kumpaniji, istituzzjonijiet finanzjarji u minnha, jiltaqgħu fi Brussell biex jieħdu assoċjazzjonijiet lokali u Ewropej. Il-parteċi­ sehem fi programm ta’ aktar minn 300 ses­ panti u l-kelliema jiċċirkolaw bejn il-postiji­ sjoni ta’ ħidma, wirja u avveniment ta’ net­ et differenti fi Brussell: il-postijiet tal-kon­ working dwar l-iżvilupp reġjonali u lokali. ferenza, il-postijiet tal-imsieħba reġjonali, Il-programm jiġi adattat kull sena skont ir-rappreżentazzjonijiet tal-Istati Membri u il-kuntest speċifiku tal-aġenda tal-UE. binjiet possibbli oħrajn. Il-parteċipazzjoni fl-avveniment hija b’xejn. Min jattendi Għaliex din il-ħtieġa L-udjenza hija interessata b’mod speċifiku Ir-reġjuni u l-bliet huma involuti fit-tfassil fil-politika reġjonali u urbana, u għalhekk tal-biċċa l-kbira tal-politiki tal-UE. L-awtor­ tkun magħmula l-iżjed minn uffiċjali fil-liv­ itajiet pubbliċi sottonazzjonali fl-UE huma ell lokali, reġjonali, nazzjonali u dak tal-UE. responsabbli għal terz tal-infiq pubbliku Il-parteċipant tipiku huwa minn amminis­ (€2,100 biljun fis-sena) u żewġ terzi tal-in­ trazzjoni reġjonali jew lokali, jieħu sehem vestiment pubbliku (madwar €200 biljun), fl-avveniment għall-ewwel darba u jivvjaġġa fejn dan tal-aħħar ta’ spiss irid jintuża lejn Brussell speċifikament għall-avveni­ b’konformità mad-dispożizzjonijiet legali ment. tal-UE. X’ inhu l-impatt tagħha Min jorganizzaha L-impatt tal-avveniment ġie evalwat b’mod Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet sistematiku mill-bidu nett. Il-parteċipanti hija organizzata mill-Kumitat Ewropew enfasizzaw b’mod partikolari s-siwi tal-in­ tar-Reġjuni (KtR) u mid-Direttorat Ġen­ formazzjoni miksuba mill-istituzzjonijiet erali għall-Politika Reġjonali u Urbana tal-UE b’rabta mal-ġestjoni professjonali tal-Kummissjoni Ewropea (DĠ REGIO). tagħhom tal-fondi tal-UE, u n-networking Kmieni fis-sena, ġeneralment f’Jannar, ma’ kollegi minn pajjiżi oħrajn. L-importan­ titnieda sejħa għall-imsieħba. Wara s-se­ za ta’ dan l-avveniment toħroġ ukoll milljħa, jintgħażlu ’l fuq minn 500 imsieħeb fatt li għandu impatt sostanzjali fil-midja. mill-Ewropa kollha: reġjuni u bliet, l-iżjed Għal numru ta’ snin issa, ’il fuq minn 300 imqassmin f’konsorzji b’temi kondiviżi ġurnalist mill-Ewropa kollha, involuti fil-qa­ (sħubijiet reġjonali), kumpaniji, istituzz­ sam tal-mezzi tax-xandir stampati, ir-radju, jonijiet finanzjarji, assoċjazzjonijiet inter­ it-televiżjoni u l-midja online jiġu Brussell nazzjonali jew organizzazzjonijiet akka­ biex ikopru dan l-avveniment. demiċi. L-imsieħba huma mitlubin jorganizzaw Għal aktar dettalji, wieħed jista’ jaċċessa seminars dwar kwistjonijiet ta’ interess s-sit eletroniku tal-Kumitat tar-Reġjuni, komuni, ħafna drabi relatati mal-impli­ kemm biex jissieħeb kif ukoll biex jirreġistra mentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ In­ u jipparteċipa.

Sur Editur, Ara tgħidlix li mqabbad magħhom ta, imma emminni ma nif­ laħhomx! Mhux mill-piż, għax mur erfgħu fuq spalltek lil dak il-min­ fuh bih innifsu Manwel Delia! Ma niflaħhomx għax jaħsbu li d-dinja ddur magħhom dawn. U li huma xi partit politiku elett bid-dritt li jidħlu fil-Parlament xħin iridu huma, jieħdu sehem fid-diskussjoni parlamentari u jkunu huma li jagħtu d-deċiżjonijiet. U mhux fil-Par­ lament biss ta – imma f’kull ħaġa li jidhrilhom huma. Ara kemm qegħdin sew! Għax il-Prim tagħna ppubblika l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia u talab biex jitlaqqa’ l-Parlament ħalli ssir diskussjoni dwaru, mill-ewwel qabżu dawn il-minfuħin u qalu li Repubblika trid tatten­ di l-Parlament għad-diskussjoni dwar l-inkjesta. Ara vera għandhom arroganza grassa dawn ta! Kultant niżbalja jien, Sur Editur, imma aħjar minflok neħħew dawk il-vapuri abbandunati fil-Port il-Kbir, iduru dawra u jneħħu l-imħuħ abbandunati minn sidhom, għax jagħmlu festa! X’kull waħda wkoll. Mela dil-ġimgħa l-Kap tagħhom għamel laqgħa għad-Deputati u l-Kandidati kollha tal-Partit. Dil-laqgħa semmieha ‘Nirbħu l-qlub u nikkonvinċu l-imħuħ’. Nimmaġinah ħassu qisu San Valentinu talImħuħ Abbandunati, la qegħdin fiha! U biex tgħaxxaq lill-Madalena, taf min kien fl-organizzazzjoni ta’ dil-laqgħa? Xejn inqas minn David Għarukaża. Ajma ħej, David Casa għen biex il-partit tagħhom jorga­ nizza laqgħa dwar l-imħuħ! Aħjar, Mulej nixxifli lsieni, jara fejn qiegħed tiegħu l-ewwel dan! Ħa ngħidlek għalfejn qed nikteb hekk, Sur Editur. Mela waqt illaqgħa qalu li Bernard Grech saħaq li bħala familja waħda, il-Kan­ didati għandhom jisimgħu l-qalb tħabbat tan-nies u dan jista’ jseħħ bħala Partit magħqud. Imbagħad dan Casa qal lill-Kandidati li jinsa­ bu bħala tim wieħed wara Bernard Grech, ippreparati għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Taf x’ma qalulhomx lil dawk it-tużżana pastizzi tal-ħaxu li kien hemm quddiemhom, li l-elezzjoni għall-Eżekuttiv tal-Partit Nazzj­ onalista, li saret bejn is-16 u s-17 ta’ Lulju li għadda kienet ikkaratter­ izzata minn block vote. Dik għaqda, Sur Editur! Dak Tim Wieħed ta’ ras għajni, Sur Editur! Tim ta’ intriċċi imma, b’Nazzjonalisti jimmi­ naw Nazzjonalisti oħra. Mela jimminaw lil xulxin, jimminaw lil pajjiżna mal-barranin u allura aħseb ftit kemm mhux se jiddejqu jimminaw lil dawk li ma jaqblux magħhom. Imħuħ vojta u abbandunati nerġa’ ngħid. Għax ukoll qed niftakar fi Schiavone. Mela meta ħareġ is-sondaġġ ta’ bejn il-partiti li fih għal darb’oħra wera s-saħħa tiegħu l-partit tagħna u l-Mexxej tagħna, taf xi skuża ġab dan Schiavone? Qal li s-sondaġġ sar f’mument fejn il-poplu Malti kien moħħu fil-futbol, għalhekk ġie fuq quddiem sew il-Partit Laburista u Robert tagħna. Għax in-nies kienu qed jaraw il-futbol. Ħanina dinja! Ara naqra ta! X’kull waħda joħorġu biha wkoll! Mhux ta’ b’xejn meta tara dan kollu li bejn il-Prim tagħna u l-Kap tagħhom hemm distakk qawwi fil-fiduċja. U din in-nuqqas ta’ fiduċja f’Bernie tpoġġi mistoqsija oħra, Sur Editur. Kif qed iħossuhom issa dawk li jappoġġjaw lil Delia? Li huwa żgur huwa li dawn għadhom irrabjati għall-mod kif warrbulhom lil Delia. X’tim wieħed! X’għaqda, għaqda! Tifrik, tkissir, gambetti, kalunji, nuqqas ta’ kredibilità u as­ solutament vojt kbir bejn widnejhom. U minn fuq s’isfel ta! Din sieħeb dawk il-ġurnalisti li għandhom magħhom. Ibellgħu l-mikrofonu lill-Ministri tagħna, jistaqsuhom l-affarijiet, imma f’moħħhom l-abbandunat li għandhom, diġà jkollhom ir-rapport lest u jgħawġu l-kliem tal-Ministri tagħna għal dak li jkunu diġà kit­ bu. Povra dawk li għadhom jaraw l-aħbarijiet tagħhom dawn. Jien ma nafx, imma għandu jkun dawn in-Nazzjonalisti jaħsbu li kulħadd moħħu vojt bħal tagħhom. Li dawk li jaraw it-televixin u ji­ simgħu r-radju u jaqraw il-gazzetti ma jafux janalizzaw, jgħarblu u joħorġu bil-konklużjonijiet tagħhom, x’kull waħda! Ħa nieqaf hawn għal-lum, Sur Editur, għax Melda tiegħi qalbet u aħjar immur mill-ewwel mal-mejda. Għad-dieħla!


19

01.08.2021

JINGĦALAQ L-IMPJANT 31 TA’ MARZU F’BIRŻEBBUĠA TITWETTAQ WEGĦDA ELETTORALI OĦRA

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Tkellimt maċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Enemed, is-Sur Kevin Chircop dwar pass importanti mhux biss favur ir-residenti ta’ Birżebbuġa, iżda wkoll favur ambjent aktar nadif. Dan permezz tal-għeluq tal-impjant 31 ta’ Marzu. Xi jfisser l-għeluq tal-impjant 31 ta’ Marzu? L-għeluq tal-impjant 31 ta’ Marzu 1979 huwa wieħed mill-proġetti f’kullana ta’ inizjattivi illi ttieħdu mill-awtoritajiet sabiex żona li fil-bidu tas-seklu 20 kienet identifikata mill-kumpaniji privati li kienu qed jibdew joperaw hawn Malta sabiex tkun dedikata għal ħażna tal-fuel, terġa’ tiġi restawrata bħala sit residenzjali. Niftrakru li sa ftit żmien ilu, f’Birżebbuġa kien hawn il-ħażna tal-Petrol, Diesel, Jet Fuel, Gass (LPG) u anke Heavy Fuel Oil li jintuża għall-bunkering. Illum nistgħu ngħidu li bl-għeluq ta’ dan l-impjant, Birżebbuġa m’għadhiex sit industrijali kif kienet sa ftit snin ilu. Għall-kumpanija Enemed, dan kien ifisser investiment totali ta’ aktar minn €85 miljun peress li biex tingħalaq din il-faċilità kellu jsir investiment f’ħażna ta’ Jet Fuel fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta minbarra ċentru ta’ distribuzzjoni ġdid f’Ħas-Saptan. Il-proġetti l-ġodda huma ta’ benefiċċju għall-kumpanija minħabba li sistemi moderni li qed jintużaw inaqqsu r-riskji li jġibu magħhom industriji taż-żejt u huma effiċjenti fejn għandu x’jaqsam it-tqassim tal-fuel għall-karozzi. Kif se jibbenefikaw minn dan il-pass ir-residenti ta’ Birżebbuġa? Li jkollok sit industrijali fil-qalba ta’ residenzi ġġorr magħha storbju u inkonvenjent li għalkemm tagħmel minn kollox biex tnaqqsu jibqa’ hemm; irwejjaħ, storbju ta’ makkinarju fil-btieħi tal-impjant u anke t-traġitt ta’ bowsers deħlin u ħerġin mis-sit b’mod kontinwu. Dawn l-inkonvenjenzi jistgħu jinħassu mill-ewwel mir-residenti tal-madwar b’effett immedjat. Għall-bqija tar-residenti ta’ Birżebbuġa fl-immedjat jistgħu jinnutaw li t-traffiku tal-bowsers waqaf ħesrem kif ukoll va-

puri li s-soltu jidħlu fil-qalba tal-bajja s-sabiħa sabiex iħottu l-petrol ukoll mhux se jibqgħu jarawhom. Għalkemm il-pjanijiet għal dan is-sit għadhom iridu jiġu studjati, għandhom iċ-ċertezza li mhux se tintuża għal skopijiet industrijali. Għalhekk, anke l-valur ta’ djarhom se jarawh jiżdied minħabba dan. Kif saret it-tranżizzjoni lejn Ħas-Saptan? Il-proġett ta’ Ħas-Saptan u l-ħażna fl-ajruport ilhom li bdew sa mill-2014. L-ewwel saru d-disinji u l-istudji fuq l-impatt ambjentali u pataflun ta’ studji oħra hekk kif mitluba mill-awtoritajiet, imbagħad għaddejna għall-fażi li ħriġna t-tenders u nbeda x-xogħol meta ħarġu l-permessi fl-2017. Is-sena li għaddiet ftaħna u bdejna nużaw il-faċilitajiet tal-ajruport sabiex sena u nofs wara bdejna noperaw ukoll minn Ħas-Saptan. Il-proġett ta’ Ħas-Saptan fir-realtà huwa żewġ proġetti f’wieħed. Proġett li ffoka fuq ir-refurbishment ta’ tankijiet li jinsabu 45 metru taħt l-art. Tankijiet fejn jinħażen il-fuel li jinħatt mid-dolphin li hemm fil-daħla ta’ Marsaxlokk. Dawn it-tankijiet għandhom dijametru ta’ 20 metru u tul ta’ 220 metru (tul ta’ żewġ grounds tal-futbol). Barra minn hekk, kien hemm tliet tankijiet li riedu jiġu konvertiti sabiex fihom ikun jista’ jinħażen il-petrol. Il-proġett l-ieħor kien fuq l-art fejn inbena Ċentru ġdid ta’ Distribuzzjoni tal-fuel bħal E-Unleaded, E-Diesel u l-EPower brands tal-petrol u diesel.

Barra ċ-ċentru ta’ distribuzzjoni nbnew ukoll workshops u laboratorju ikbar għat-testijiet ta’ kwalità li jsiru kuljum fuq il-prodotti li nipproduċu għall-konsumatur Malti. Miegħu bnejna wkoll Head Offices ġodda li jixirqu lill-ħaddiema tagħna.

Kif għedt, pjanijiet ta’ x’se jsir fil-futur minn dan is-sit għadhom iridu jiġu studjati u identifikati. Dan primarjament għaliex is-sit irid jingħata lura lill-Enemalta Plc li hija s-sid ta’ dan il-post. Però anke minħabba li għadhom iridu jsiru studji tal-livelli ta’ kontiminazzjoni li hemm fis-sit li huwa antik. Għaliex dan il-pass huwa ta’ Ir-riżultati ta’ dawn l-istudji benefiċċju anke għal arja se jindikaw l-ammont ta’ xogaħjar? ħol li jrid isir sabiex is-sit jitnaddaf. Li hu ċert hu li dan is-sit Għalkemm l-Enemed dejjem mhux se jintuża aktar bħala sit ħadet ħsieb li tnaqqas it-tniġġis industrijali. tal-arja kemm jista’ jkun permezz ta’ apparat li jissejjaħ va- Il-ħidma minn issa pour recovery unit, is-sistemi ’l quddiem... antiki li kellha ma kinux jippermettu li waqt li qed jimtela Dan is-sit se jinżamm on l-bowser, id-dħaħen li joħorġu cold standby sal-aħħar tas-semill-bowser jiġu maqbuda milli na meta mbagħad nerġgħu jaħarbu fl-arja. nibagħtu l-bowsers ibattlu Is-sistemi ġodda li qed jin- t-tankijiet tal-ħażna mill-fuel tużaw f’Ħas-Saptan ma jipper- kollu. Wara li jitbattlu t-tankimettux li bowser jimtela jekk jiet, is-sit jinġieb fi stat ta’ is-sistema ma tkunx komple- “rendered safe and unoperatament magħluqa. Din l-istess tional” biex b’hekk il-liċenzja sistema qed tintuża mill-pompi biex is-sit jopera bħala depot tal-petrol kollha li diġà għam- tal-fuel tkun tista’ tiġi irtirata. lu l-upgrade u eventwalment Minn hemm jingħata lura lil mill-pompi kollha ta’ Malta Enemalta Plc u jinbeda l-pjan u Għawdex. Dan kien iffiss- ta’ żmantellar u dekontamier li l-bowsers kollha fil-flotta nazzjoni taż-żona. tal-kumpanija kellhom jinbidIl-Ministru għall-Enerġilu kif ukoll dawk li jintużaw ja, l-Intrapriża u l-Iżvilupp minn kumpaniji oħra biex jix- Sostenibbli Miriam Dalli tru l-fuel mingħand l-Enemed, saħqet magħna li l-għeluq kellhom jiġu upgraded. Għal- tal-impjant 31 ta’ Marzu jfisser hekk, nistgħu ngħidu li b’dan realtà ġdida għar-residenti ta’ il-proġett, it-tniġġis fl-arja mill- Birżebbuġa u l-madwar. Hija ħatt u tgħabija tal-fuel waqaf implimentazzjoni ta’ wegħda kompletament. Ovvjament, elettorali li tant ilha mistenqed nirreferi biss għall-faċilita- nija fejn b’investiment qawwi jiet li għandha l-Enemed. ta’ €70 miljun, ġiet imċaqalqa l-ħażna tal-fuel minn ġol qalba ta’ Birżebbuġa lejn Ħas-SapDan il-post li anke nistgħu tan, liema proġett se jkun innsejħulu storiku, x’ser ikun awgurat uffiċjalment fix-xhur qed isir minnu?

li ġejjin. “F’Birżebbuġa, ir-residenti qed jgħixu realtà differenti. Meta 100 sena ilu s-sit kien ġie identifikat għall-ħażna tal-fuel, il-madwar kien vojt. Mal-medda taż-żmien bdew jersqu aktar residenti lejn Birżebbuġa u dan fisser il-bini ta’ aktar postijiet residenzjali. Birżebbuża saret il-lokalità li fiha trabbi familja. Ma baqgħetx post ta’ villeġġjatura. Għalhekk, irridu nagħtu Birżebbuġa kif tixraq lir-residenti. Ifisser li bl-għeluq qed innaqqsu minn tal-inqas 44 vjaġġ ta’ trakk tal-fuel kuljum. Ifisser li minn Birżebbuġa, se nkunu qed niffrankaw mal4.5 tunnellata ta’ emissjonijiet CO2 fis-sena. Se jispiċċaw l-irwejjaħ ta’ fuel li joħorġu kull darba li jimtela tank tal-ħażna. L-investiment li għamilna biex għalaqna dan l-impjant hu investiment fl-ambjent, f’arja nadifa u fis-saħħa tan-nies. Meta se nżarmaw it-tankijiet, se nkunu qed intejbu wkoll id-dehra fil-qalba tal-lokal. Din il-ġimgħa stess rajna għall-aħħar darba vapur bil-fuel mal-Pont tax-Shell, kif inhu magħruf mar-residenti. Dan il-proġett, flimkien ma’ proġetti oħra bħalma huwa l-ħolqien ta’ Park tal-Familja ġdid ta’ Bengħajsa, jixhdu l-impenn ta’ dan il-Gvern biex nirriġeneraw in-naħa t’isfel ta’ Malta. Qed ninvestu fin-nies u se nkomplu ninvestu fin-nies,” saħqet il-Ministru Miriam Dalli.


20

01.08.2021

META L-QALB TĦABBAT GĦAL MALTA “Twelidt fil-qilla tal-bumbardamenti fuq Malta fit-28 ta’ Settembru 1942. Minn dik l-istraġi u ħerba ta’ umanità bla rażan għal fuq umanità mansweta ma niftakar xejn! Madankollu trabbejt Ħ’Attard - ir-raħal li sirt inħobb b’passjoni – iżda tal-età ta’ sena biss, il-familja ntbagħtet lejn l-Ingilterra, pajjiż missieri, peress li hu kien Ingliż ingaġġat fid-Dejma Brittanika, evakwati mill-ibbumbardjar aħrax li kienet tinsab taħtu Malta dak iż-żmien. Morna ngħixu man-nannu Bovingdon f’Yorkshire, fitTramuntana tal-Ingilterra. Ftit taż-żmien wara ġarrejna lejn post jismu Water End; viċin ix-xmara Ouse. Il-familja damet toqgħod l-Ingilterra kważi ħames snin.” Hekk bdiet it-taħdita tiegħi ma’ RIGU BOVINGDON, li sirt nafu tard fil-ħajja, iżda apprezzajtu ferm għall-ġibda li għandu kemm lejn pajjiżna kif ukoll lejn ilsienna, għalkemm bin nisel Ingliż. Minnu ksibt dan it-tagħrif. Minn CHARLES B. SPITERI jegati tas-Servizzi Ingliżi per- Għajnuna minn Mabel ikani kienu xi sitta jew tmieness li Ħ’Attard kien hemm ja biss u kienu l-istaff perl-ajruport militari ta’ Ta’ Qali Kien hemm imbagħad Mabel sonali tal-Ammirall tas-Sitt u l-Kwartieri tas-suldati Ta’ Strickland, li għal xi żmien Flotta Amerikana (tal-MediVnezja. L-isem tal-ħanut, li kienet toqgħod f’Villa Bolo- terran) u kellhom Villa Apap kien ilu stabbilit żmien qa- gna sakemm ġarret lejn il-vil- Bologna mikrija għandhom. bel ma faqqgħet il-gwerra, la tagħha f’Ħal Lija u peress Allura kienu jmorru fil-ħaqabelxejn kien bl-Ingliż għax li meta ommu kienet xebba nut iqattgħu s-sigħat jitmid-dehra l-influwenza In- kienet taħdem ta’ assisten- kellmu, jixorbu u jilagħbu. gliża kienet ilha li bdiet tin- ta personali tagħha, Miss Kien mingħandhom li l-ewfirex fil-pajjiż, u wkoll sabiex Strickland kienet ta’ kultant wel sema’ l-aċċent Amerikan takkomoda l-klijentela Ingliża tgħaddi l-ħanut biex tgħid u b’kantanti kbar bħalma li kienet tonfoq flusha hemm. kelma magħha u fl-istess kienu Nat King Cole, Al Jolson Terġa’ l-frażi Half Way kienet ħin tistaqsiha fuq il-familja u The Platters! U tabilħaqq minħabba li r-raħal ta’ Ħ’At- biex tara kellhomx bżonn ta’ ukoll kien mingħand dawk tard jinsab preċiż fiċ-ċentru xi għajnuna, peress li kienu l-Amerikani l-ewwel darba li ta’ Malta. Imbagħad House familja numeruża. sema’ kanzunetta Maltija tatgħax fir-realtà kien parti inPersunaġġ Ingliż ieħor li tip 78rpm. trinsika mid-dar innifisha u jiftakar sew bi klijent tal-ħaMalta ta’ dakinhar kienet bar biex dak li jkun, ikun jaf li nut tagħhom kien Mr Pearce. pajjiż totalment differenti hemm ġew seta’ jitrejjaq b’xi Ibnu kien jilgħab il-cricket milli hi llum. Ħ’Attard kien bibita ta’ xorb spirituż jew lu- mat-tfal tar-raħal fil-pjazza post kwiet immens; ambjent minata. ta’ wara l-knisja parrokkjali. li kien jogħġob wisq lis-sinjuParti sinifikanti oħra Kien hemm personalitajiet ri ta’ Malta, b’popolazzjoni li tal-klijentela tal-Half Way oħrajn distinti wkoll; mhux biex tlaħħaq l-2,000 ruħ kont House Bar kienet tinkludi in- kollha kienu frustieri jew in- trid tgħodd magħha l-pazdividwi tal-klassi għolja. Għax gaġġati mal-Armata Ingliża. jenti tal-isptar Ta’ Frankuni. Ħ’Attard minn dejjem kellu Ġieli wkoll kien jinqala’ xi Mill-bqija kulħadd jaf lil bħala parti mdaqqsa mir-res- Irlandiż, Awstraljan jew Ka- kulħadd. identi antiki tiegħu, nies nadiż. In-nies ta’ Ħ’Attard minn minn dawn. Fosthom jiftakar Meta l-Ingliżi bdew ima- dejjem jafhom nofshom nies sew lis-Sur Reynaud, l-Avu- jnaw fil-għadd, waslu l-Amer- tax-xogħol, ħawtiela ferm kat tal-Kuruna li kien jgħaddi ikani. F’Ħ’Attard kienu u n-nofs l-ieħor nies benjieħu grokk kuljum hu u sejj- sabu ċentru żgħir fil-ħanut estanti, uħud fost l-eqdem Ħanut fid-dar er lejn id-dar tiegħu, hekk kif tagħhom, peress li missieru familji nobbli ta’ Malta jasal ir-raħal mill-Belt, aktarx kien Ingliż u kien jingwalaha bħall-familji De Piro, CaruaFilgħodu, il-parti ta’ quddi- b’karozzin. sew magħhom. Dawn l-Amer- na Gatto, De Trafford, Laferla, em tad-dar kienet tintuża b’ħanut iservi l-ħtiġiet tattfal tal-iskola primarja li kien hemm ftit ’l isfel minnhom. Min-nofsinhar sa filgħaxijiet, il-klijentela kienet tinqaleb għall-irġiel xjuħ tar-raħal, għal xarba nbid tal-bettija, iqattgħu ħin iparlaw beMalta ta’ dakinhar kienet pajjiż totalment jniethom fuq xi logħba karti u mbagħad erħilhom jirtiraw differenti milli hi llum. Ħ’Attard kien post kwiet immens; lejn djarhom mas-sigħalejn ambjent li kien jogħġob wisq lis-sinjuri ta’ Malta, (siegħa mil-lejl) jew teluwiet (tal-imwiet) għar-raqda. b’popolazzjoni li biex tlaħħaq l-2,000 ruħ kont trid Il-ħanut kien jismu Half Way House Bar, li fi żmienu tgħodd magħha l-pazjenti tal-isptar Ta’ Frankuni kien magħruf sew mal-imp-

Roderick kien il-fustani fost sebat aħwa lkoll Ingliżi. Ċkejken, qatt ma sema’ kelma waħda bil-Malti, għalkemm ommu kienet Maltija, waqt li l-Ingliż li kien jitkellem kien bix-xejra ta’ Yorkshire; mill-ambjent soċjali li kien jinsab fih. Fi tfulitu jiftakar xi priġunieri Ġermaniżi tat-Tieni Gwerra jgħixu qrib tagħhom, li għalkemm kienu konfinati fil-kwartieri tagħhom, ma kinux maqfulin, anzi kienu liberi kważi għalkollox. Huma tant kienu dħulin li lilu u lil ħuh il-kbir, Reggie ħadmulhom karretta biex jilagħbu biha. Lil ħutu l-bniet għamlulhom pramm bil-pupa! Meta ntemmet il-gwerra, familtu reġgħet ġiet Malta, f’Ħ’Attard, f’dar kbira ta’ 14-il kamra mikrija liz-zitu Manann (Marjanna), oħt nanntu Nina. F’dik id-dar, li għadha teżisti sal-lum, u li tinsab eżatt quddiem l-għassa tal-pulizija u biswit Villa Barbaro f’numru 8 Triq il-Kbira, twieled u trabba bħal ħutu ta’ warajh.

Bencini, Tagliaferro, Testaferrata, Apap Bologna u sintendi Strickland. Qabdu l-Malti Ftit biss wara li waslu lura Malta ta’ tfal li kienu, hu u ħutu ma damux ma bdew jitħaddtu bil-Malti daqs innies tal-post. Moħħ it-tfal bħal sponża; il-ġdid mill-ewwel jixorbuh! U saru Saraċini daqs it-tfal ta’ Ħ’Attard kollha. Reġgħu ġew Malta għal xi l-ħabta tal-1947 u baqgħu joqogħdu hawn sa Diċembru tal-1958; is-sena meta siefru lejn Sydney, l-Awstralja. Minkejja li l-ewwel trobbija ta’ Rigu kienet għalkollox Ingliża, fil-11-il sena ta’ tfulija li qatta’ Malta, inserixxa ruħu sa għeruqu fil-ħajja lokali u ma damx ma daħal b’ruħu u b’ġismu fil-ħajja ta’ dak irraħal rurali. Tant daħlet fih il-ħajja tagħna, li matul is-snin li ilu jgħix fil-kontinent Awstraljan, minn dejjem spikka fost ta’ quddiem nett fil-komunità ta’ Sydney fit-tmexxija talKawża Maltija fl-art il-ġdida. Matul il-perjodu bikri u formanti f’ħajtu kien imdeffes f’kull attività li kien hemm fir-raħal. Daħal ma’ tal-Mużew, għadda xi ħames snin abbati, kien student is-Seminarju tal-Furjana… Fil-btajjel tas-sajf kien spiss ikun il-knisja jgħin lissagristan speċjalment meta tkun riesqa l-festa ta’ Santa Marija. F’xi vjatku arah mas-subien tar-raħal imorru jiġru l-knisja biex jilħqu suttana u spellizza ħa jilbsu. Kull purċissjoni u festa li jinqalgħu kont issibu hemm. Mhux għaġeb mela li meta beda jitfarfar ried immur qassis u


21

01.08.2021 daħal is-Seminarju. Logħob fit-triq Meta s-subien tar-raħal ma kinux ikunu l-Mużew, il-knisja jew l-iskola, kienu jew jiġġerrew mat-toroq b’xi karettun li jibnu huma stess bl-injam tal-kaxxi u bil-borrejs, inkella b’xi skuter jew jilagħbu l-ballun f’nofs it-triq għax karozzi rari kienu jgħaddu. Inkella jinżlu sa Wied is-Sewda jfittxu ż-żrinġijiet. Meta daħal is-Seminarju fl-1955 ħadha bis-serjetà ħafna l-ħajja t’hemm ġew. Tant, li kull sena kien jispiċċa mal-ewwel sitta fil-klassi fl-eżamijiet; għax kien jispiċċa jistudja ħafna u minn qalbu. Imma mis-Seminarju kellu jħalli qabel il-waqt; anzi ħesrem. Kien għadu kemm beda l-kwarta meta missieru, li kien mar l-Awstralja mattliet ħutu l-kbar sena qabel, bagħat għalihom appena xtara dar għall-familja. Malta kienu baqgħu ommu u t-tliet ħutu ta’ warajh. Milied abbord bastiment Siefru fit-18 ta’ Diċembru 1958. Il-Milied iċċelebrawh abbord il-vapur Queen Frederika tan-National Hellenic American Line ta’ 30,000 tunnellata. Appena telqu mis-Ceylon, illum Sri Lanka, l-oċean ried jiblagħhom sa ma waslu fil-port ta’ Perth, fil-Punent tal-Awstralja. Meta waslu Sydney, għamel l-ewwel ġimgħa jixtieq jerġa’ lura lejn Malta. Imbagħad, wara xi disa’ snin, wara li żżewweġ Maltija bħalu, issokta l-istudji mnejn kien ħalla. Daħal l-iskola ta’ billejl u f’sena ta l-matrikola f’sitt suġġetti. Sintendi dan għamlu kollu part-time filgħaxijiet wara x-xogħol. Iżda ma kienx kuntent għalkollox biċ-ċertifikat tal-matrikola. Kien għadu ma ssodisfax lilu nnifsu fix-xenqa kbira li kellu biex joqgħod ukoll għall-eżami fil-Malti. Mal-Awstralja kollha ma kien hemm l-ebda faċilità edukattiva fejn wieħed seta’ jistudjah. U ebda persuna li setgħet tmexxih fil-passi li xtaq isegwi! Wara bosta taqtigħ il-qalb, ikkomunika mal-Professur Ġużè Aquilina li kien jokkupa l-Katedra tal-Malti, barra milli kien ukoll id-Dekan tal-Fakultà tal-Arti u Viċi Kanċellier tal-Università ta’ Malta. Aquilina pprova jakkwistalu l-permess biex jagħti l-eżami tal-GCE fil-Malti bil-korrispondenza mal-Università ta’ Malta. Ma rnexxilux iġibha żewġ. Waqt li Rigu ma ċediex, baqa’ f’kuntatt miegħu. Fl-aħħar bagħat

jgħidlu jikteb lill-Oxford Delegacy of Local Examinations. Dawn fil-pront bagħtulu kurriklu, biblijografija tal-kotba li kellu bżonn u xi karti tal-eżamijiet tal-Malti tal-imgħoddi bħala kampjuni. Oxford tawh permess jagħti l-eżami bil-kundizzjoni li jsib università fl-Awstralja li lesta tieħu r-responsabbiltà għalih billi timpjega persuna akkademika mill-istaff tagħha sabiex tinviġila miegħu waqt l-eżamijiet. Diffikultajiet enormi Ferħan sa jtir bagħat għall-kotba minn Malta – eżerċizzju xejn faċli. Dik il-ħabta ma kienx hawn l-internet. Il-korrispondenza ma’ Malta kienet iddum ħafna. Biex ħa tweġiba, dewmien ieħor meta wkoll ma kienu jwieġbu xejn għax ma setgħux jemmnu li fl-Awstralja kien hemm persuna akkanita li xtaqet tagħti l-eżamijiet tal-Malti fil-livell ta’ Oxford. Dik kienet anatema. Kien hemm ukoll xi wħud mil-librara tal-bikri li riedu jbellgħulu l-kotba li ma setgħux ibigħu! Ħafna intoppi li ma jitwemmnux jekk ma jġarrabhomx dak li jkun. B’xorti tajba kien hemm dawk li fehmu u kienu ta’ għajnuna kbira. Fl-aħħar akkwista ċ-ċertifikat li tant kien tħabat għalih. Għamel kważi l-impossibbli. Mhux hekk biss iżda ċ-ċertifikat li kien dirett minn Oxford mhux minn Malta; bil-firma tal-Vice Chancellor ta’ Oxford University! Pijunier fl-istudji avvanzati Issa kien aktar ferħan; mhux biss għax laħaq il-mira tiegħu iżda għax b’dik l-inizjattiva fetaħ il-bieb għal kull Malti fl-Awstralja li xtaq jagħmel bħalu. B’hekk ukoll kien sar il-pijunier għall-istudji avvanzati fil-Malti fl-Awstralja. Meta wieħed iqis ukoll li saħansitra, anke qabel dik l-inizjattiva kien fetaħ l-ewwel klassijiet formali għattagħlim tal-Malti fid-dinja kollha barra minn Malta fl1968, għandu jifhem kemm tassew kellu għal qalbu din il-mira; kemm għas-sodisfazzjon tiegħu u iktar minn hekk, bħala risposta ta’ kburija nazzjonali Maltija lill-Awstraljani, li ċ-ċkejkna Malta wkoll kellha l-lingwa u l-letteratura tagħha! Dak il-perjodu f’ħajtu kien fl-ewwel snin taż-żwieġ tiegħu ma’ xbejba Maltija mill-Gżira; Iris Pace li aktar tard saret martu! Iltaqgħu f’Sydney waqt festin għand xi ħbieb Maltin. Kienet Miss

Malta ta’ Sydney fil-komunità Maltija għal sentejn infila. Iżżewġu, u fejn marru joqogħdu inzerta subborg b’għadd kbir ta’ Maltin, f’Fairfield fi New South Wales. Hu dak li xtaq, għax ħassu aktar qrib Malta u beda jistinka għallMaltin tal-inħawi. Waqqfu soċjetà ġdida Maltija bl-isem Fairfield Melita Drama Company u tant kellhom suċċess enormi malMaltin tal-inħawi, li minn teatrin bdew jorganizzaw minn kollox għall-komunità tal-ħara tagħhom – teatrini, xalati, ballijiet, tombli, barbeques… U ma waqfux hemm! Bħala s-segretarju, mimli ħeġġa u qlubija daħħal kemm żgħażagħ Maltin beda jsib. Kibru u għamlu ħoss fid-distrett. F’isem l-għaqda beda jistieden u jinvolvi nies prominenti bħas-Sindku talpost Frank Calabro, il-Konslu Malti f’Sydney Eucharist Barbara, lill-Kardinal Gil-

roy, lill-Kummissarju Malti f’Canberra u r-rappreżentant parlamentari tad-distrett Eric Bedford - ilkoll patruni tas-soċjetà. L-Għaqda Kittieba Maltin Waqqaf fi ħdan l-istess soċjetà - biex ma joħloqx kunflitti u fl-istess ħin iwessa’ l-iskop tal-għaqda - il-Għaqda Kittieba Maltija tagħhom. Bdew jagħmlu wirjiet kulturali Maltin u fetħu l-ewwel esibizzjoni ta’ kotba Maltin fl-Awstralja taħt il-ħarsien tiegħu. Għal din l-okkażjoni stiednu lil Gough Whitlam, li aktar tard laħaq Prim Ministru tal-Awstralja, lill-Ministru tal-Edukazzjoni ta’ NSW Eric Bedford u lill-Professur ħabib tiegħu Colin MacLaurin. DalProfs. Awstraljan li studja Cambridge kien speċjalista fil-Lingwa Ugaritika – lingwa Semitika ftit magħrufa anke fl-istess dinja akkademika.

Permezz ta’ dik l-ewwel wirja ta’ kotba Maltin li qatt saret fl-Awstralja, irnexxielhom jiftħu triq oħra, li biha taw spinta lil-letteratura Maltija minkejja ċ-ċokon tal-gżira. Bħala professjoni dak iż-żmien kellu diġà dik ta’ Infermier Psikjatriku (Registered Psychiatric Nurse); ekwivalenti għal B.Sc., fletà ta’ 22 sena. Imbagħad la kien fir-rankatura tal-istudju baqa’ għaddej bi kwalifika wara l-oħra sa ma kiseb ħames kwalifiki oħrajn f’aspetti differenti tal-infermerija (Ġerjatrija, Infermerija Ġenerali, Toraċika, Pedjatrija Psikjatrika u Operazzjonijiet). Bħala karriera swewlu qatigħ għax mexa ’l quddiem ġmielu, iżda meta bdew jitwieldu l-ulied, ittrasferixxa ruħu mad-Dipartiment tal-Ippjanar fejn baqa’ sakemm irtira.


22

01.08.2021

SARAH BARTOLO

ARTISTA LI TGĦIX FL-AWSTRALJA IŻDA B’KONNESSJONIJIET MALTIN Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Dan l-aħħar waqt li kont qed naqra u nqalleb fl-internet, sirt naf b’attriċi, kantanta u kittieba li għalkemm tgħix fl-Awstralja, għandha l-familjari tagħha Maltin. Qrajt dwarha u tista’ tgħid li hija artista enerġetika b’ħafna talenti. Minn dejjem interessajt ruħi dwar talenti b’konnessjonijiet Maltin, iżda li jgħixu ’l bogħod minna. Tiskanta għalkemm ikunu qatgħu minn Malta, xorta jibqgħu b’qalbhom marbuta ma’ Malta. Interessajt ruħi sabiex insir nafha aktar u fuq kollox inkun naf dwar il-karriera tagħha u l-konnessjonijiet tagħha ma’ Malta. B’hekk irnexxieli nagħmel kuntatt magħha, fejn nista’ ngħid li wara ftit tal-ħin bagħtitli lura u ftehemna sabiex inħejju kollox għal din l-intervista flimkien. Bla dubju li l-mappa tal-Awstralja hija enormi, iżda ħaġa tal-iskantament, dejjem nissorprendi ruħi kemm hemm talenti lokali mifruxa malpajjiż. Ninteressa ruħi ħafna dwar il-konnessjonijiet tagħhom ma’ Malta – xi wħud qatt ma jkunu ġew Malta għalkemm ikollhom l-għeruq Maltin, u ssib oħrajn li ta’ kultant żmien iżuru lil Malta u jżommu l-kuntatti familjari tagħhom fuq bażi regolari. Minn dejjem interessawni Maltin li jibnu u jgħixu ħajjithom barra minn pajjiżna. Din id-darba tkellimt ma’ artista li tgħix l-Awstralja, iżda b’konnessjonijiet Maltin, Sarah Bartolo. Għandha 37 sena u toqgħod Melbourne, l-Awstralja. Tħobb tgħaddi l-ħin liberu tagħha billi tara l-films, u tattendi għal wirjiet tat-teatru live, kif ukoll issajjar u tiekol mal-familja, safar jew sempliċement taqra xi ktieb f ’xi ġnien f ’ġurnata xemxija. Tipikament ħajja rilassata għall-aħħar. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna kreattiva u lesta li tilqa’ diversi sfidi u esperjenzi ġodda bħal kull żagħżugħ u żagħżugħa oħra. Lesta li tilqa’ kull sfida filħajja, l-aktar opportunitajiet u esperjenzi ġodda – u aktar

ma jkollhom sfidi interessanti fihom aktar tidħlilhom b’ruħha u b’ġisimha. Aktar ma jkollha opportunitajiet f ’daqqa, aktar tieħu gost u tispiċċa torganizza ruħha aktar b’aktar konċentrazzjoni. Ridt inkun naf dwar il-konnessjoni tagħha ma’ Malta, u fil-fatt spjegatli li missierha mwieled Malta, filwaqt li ommha hija Awstraljana bint ġenituri Maltin. Il-familja tagħha kollha huma Maltin u hi għandha ċittadinanza Maltija. “Lil Malta nħobbha ħafna, u nista’ ngħid li żortha kemm-il darba, u sinċerament nixtieq li jerġa’ jkolli l-opportunità biex niġi Malta dalwaqt. Ma’ kull żjara li nagħmel dejjem affaxinatni u dejjem niskopri u ngawdi xi ħaġa ġdida fuq din il-gżira sabiħa,” bdiet tgħidli Sarah. Minn dejjem kienet tħobb tallegra lil ħaddieħor Ta’ min jgħid li qabel ma marret tgħix f ’Melbourne, Sarah għamlet xi żmien tgħix New York. Tgħid li minn dejjem kienet tħobb tallegra lil ħaddieħor, u bdiet tkanta mindu kellha xi ħames snin. “Niftakarni nkanta kanzunetti tal-Milied waqt waħda mill-attivitajiet tal-Maltese Cultural Centre f ’Adelaide. Minn dak iż-żmien ’l hawn kont ħassejt li din ser tkun il-passjoni tiegħi. Fil-fatt, kont bdejt nistudja r-reċtar u kont nieħu sehem f ’teatri lokali meta kelli dawk l-għoxrinijiet u qatt ma ħarist lura. Maż-żmien, indunajt li jekk nikteb u nipproduċi l-materjal tiegħi stess, inkun kompluta. Tant hu hekk li nkun l-aktar persuna kuntenta meta nkun qed nirreċta,” stqarret miegħi. Sarah infurmatni li bħalissa qed tiffoka l-aktar fuq ir-reċtar u l-kitba ta’ screenwriting. Minħabba l-fatt li mhux dejjem ikun hemm sejħiet għall-auditions, issibha sew li tiffoka fuq il-kitba ta’ proġetti tagħha stess. Bħalissa fil-fatt qed tikteb l-ewwel novella tagħha, kif ukoll kitbet żewġ piloti għat-televixin – wieħed għall-Amerka u l-ieħor għall-Awstralja.

Ta’ min jgħid ukoll li ħadmet f ’diversi xogħol teatrali fosthom Dorothy f ’The Wizard of Oz, kif ukoll f ’żewġ solo cabaret shows The misadventures of Miss Bouzy Rouge u They Say The Neon

Lights are Bright, kif ukoll kantat f ’Carnegie Hall sabiex tippromwovi l-film Florence Foster Jenkins. Bejn l-Amerka u l-Awstralja, Sarah żvelat miegħi li huwa aktar faċli li ssib

xogħol fil-qasam tagħha fl-Amerka milli fl-Awstralja, aktar u aktar jekk ikollha aġent. Però tirringrazzja ’l Alla li fl-Awstralja għaddejja b’pass tajjeb xorta waħda fil-karriera tagħha.

Il-ħajja ta’ performer żgur li mhix daqstant attraenti daqskemm tidher hemm barra. Hija żgur sfida kbira għal kull artist. Aħna l-artisti ninvestu ħafna ħin u enerġija f’din il-linja. Però kollox ma’ kollox, hija ħajja inkredibbli, u ma nibdilha ma’ xejn aktar


08.11.2020 01.08.2021

23

SKEDA ONE 12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:15 15:23 15:30 15:35 17:30

ONE News Teftif Telebejgħ Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta Teżori Primetime Preview ONE News Espresso Flimkien ma’ Nancy

18:30 19:17 19:20 19:30 20:07 20:15 20:30 21:00 22:29 23:30

Pjazza TNEJN Tentufiet 02-08 ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Dak kien żmien?! Cash Ride Division 7 ONE News

06:15 ONE News 06:47 Moda l-istorja 07:15 ONE News 07:30 Durella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Il-kostruzzjoni 10:30 Mad-Daqqa t’Ghajn 11:20 Tentufiet 11:50 Durella

12:10 12:30 12:40 12:45 13:00 13:55 14:47 15:30 15:35 17:37 18:10

Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Durella

18:30 19:14 19:16 19:30 20:07 20:15 21:00 22:00 22:29 23:30 23:45

Pjazza Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Fish on Follow Up Niftakru Division 7 ONE News Division 7 - ikompli

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:36 12:14

12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:35 18:07 18:30

ONE News Teftif Teżori Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ħabrikt Pjazza

19:13 Tentufiet ERBGĦA 19:20 ONE Sports 04-08 & Temp 19:30 ONE News 20:08 Primetime Preview 20:18 Pajjiżi 20:30 Melodija Taljana 21:00 Tonight 22:23 Division 7 23:40 ONE News

06:15 ONE News 06:45 Tul il-Kosta Maltija 07:15 ONE News 07:30 Durella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:31 Pjazza 09:16 Telebejgħ 10:08 The Local Traveller 10:45 Pink Panther 11:30 Ħabrikt

12:07 12:30 12:35 12:48 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00

Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Moda L-Istorja

18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 22:17 22:00 23:30 23:45

Pjazza Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Pirotekniċi Tentufiet Division 7 ONE News Division 7 - ikompli

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:30 12:10

12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00 18:30

ONE News Teftif Teżori Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Il-Kostruzzjoni Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:15 20:30 21:00 22:00 22:30 23:30

ĠIMGĦA Tentufiet ONE Sports 06-08 & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Country Jamboree Mad-Daqqa t’Għajn Tentufiet Division 7 ONE News

06:15 ONE News 06:45 Melodija Taljana 07:15 ONE News 07:30 Durella 07:55 Teftufiet 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 Ħabrikt

10:00 10:30 11:30 12:30 12:35 12:45 14:00 15:00

Telebejgħ Flimkien ma’ Nancy Mad-Daqqa t’Ghajn ONE News Teftif Klassi Għalina Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta

15:30 15:35 16:30 16:50 19:20 19:30 20:15 21:00

ONE News Fish on Taste & Travel Pirotekniċi ONE Sport & Temp ONE News Music Legends Hazzzard

06:15 06:45 07:15 07:30 07:39 08:00 08:40 10:00 10:45

11:55 12:30 12:35 12:45 14:00 15:00 15:30 15:35 16:20

Reboot ONE News Teftif Klassi Ghalina Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Ondroad Arani Issa

19:15 19:30 20:15 20:35 21:20 23:30 23:30

One Sport & Temp ONE News Nifatkru Attivita’ Politika Cash Ride ONE News Klassi Għalina

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:30 11:50

ONE News Il-Kostruzzjoni ONE News Durrella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Country Jamboree Better Living Tul il-Kosta Maltija Ulied Maltin

TLIETA 03-08

ONE News Country Jamboree ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak Kien Żmien?! Flimkien ma’ Nancy Moda L-Istorja Ulied Maltin

ĦAMIS 05-08

L-għaxqa tagħha taħdem fuq diversi produzzjonijiet Ta’ min jgħid li Sarah ħadet sehem f ’solo cabaret show, produzzjonijiet televiżivi, films u anke fi produzzjonijiet kummerċjali. “L-għaxqa tiegħi naħdem fuq diversi produzzjonijiet għax niġi ispirata b’diversi modi u dejjem hemm aktar x’nitgħallem f ’dan il-qasam. Għalkemm din il-ħajja hija stressanti speċjalment meta f ’xi ġimgħa waħda jkolli ħafna auditions, xorta waħda nixtieq li din il-ħajja xi darba tkun xogħli full-time, milli jkolli nirrikorri għal diversi xogħlijiet part-time kif qed nagħmel bħalissa,” saħqet miegħi Sarah.

Jekk wieħed jagħti titwila lejn il-website personali tagħha, malajr jitpaxxa bid-diversi vidjows li hemm fuq il-portafoll tagħha b’reklami li ħadmet fihom. Innotajt l-aċċent brillanti tal-Ingliż tagħha. Bla dubju essenzjali fil-karriera tagħha. Fl-aħħar nett, Sarah xtaqet tgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Ilħajja ta’ performer żgur li mhix daqstant attraenti daqskemm tidher hemm barra. Hija żgur sfida kbira għal kull artist. Aħna l-artisti ninvestu ħafna ħin u enerġija f ’din il-linja. Però kollox ma’ kollox, hija ħajja inkredibbli, u ma nibdilha ma’ xejn aktar,” temmet tgħid.

ONE News Niftakru ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Melodija Taljana Indhouse Taste & Travel Ulied Maltin

SIBT 07-08

ONE News Dak kien Żmien ONE News Duurella Ħabrikt Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Attivita’ Politika Indhouse

ĦADD 08-08


24

01.08.2021

reċensjoni tal-ktieb

L-AVUKAT L-Avukat Joseph Grech huwa mfittex ħafna speċjalment biex jiddefendi lill-minuri li jkunu għaddejjin minn problemi kbar. Hu l-persuna ideali biex tifhimhom għaliex l-istess uġigħ ġarrbu fi tfulitu u żgħożitu. Minn fomm l-Avukat innifsu nsiru nafu kif in-nisġa ta’ ġrajjiet u ħsibijietu sawret minnu avukat tar-ruħ, missier ta’ familja, u l-aqwa difensur ta’ dak li huwa tajjeb. In-narratur qatt ma seta’ jifhem kif l-omm bijoloġika tiegħu abbandunatu, qisu qatt ma kien jifforma parti minnha. Imma t-tfajjel ma ngħalaqx fih innifsu, iżda fittex l-għajnuna. Il-ġlieda f’dan ittifel timmanifesta ruħha kemm-il darba hekk kif kien qed jikber u jimmatura. X’hemm lest għalih? Id-destin se jerġa’ jlaqqgħu ma’ ommu sabiex forsi fl-aħħar jirnexxilu jħaddanha miegħu u jgawdiha?

Mistoqsija: Minn abbandunah fi tfulitu? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb L-AVUKAT. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 8 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb EASEFUL DEATH hija:

D. BRIFFA - ŻEJTUN

05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’ħabbret il-kumpanija farmaċewtika BioNTech SE?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

01.08.2021

IL-‘BLACK WIDOW KILLER’

Jill Coit toqtol lit-tmien raġel tagħha wara li sar jaf min kienet fil-verità Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Jill Lonita Coit hi qattiela Amerikana li nstabet ħatja għall-qtil tat-tmien raġel tagħha, Gerald Boggs, u hemm suspett fost il-pulizija li hi qatlet ukoll lit-tielet raġel tagħha, William Clark Coit Jr. Coit kienet tiżżewweġ irġiel waqt li tkun għadha miżżewġa ma’ rġiel oħrajn u dan il-fatt kien wieħed mill-fatturi li wassal għall-firda minn ma’ Boggs u għall-qtil tiegħu. Min kienet Jill Coit Jill Lonita Coit, kunjom xbubitha Billiot, twieldet fil-11 ta’ Ġunju tal-1943 f’Lafayette f’Louisiana iżda trabbiet f’New Orleans. Ma jidhirx li kien hemm xi affarijiet li ħallew impatt negattiv fuqha waqt it-trobbija tagħha u huwa magħruf li kienet poplari fl-iskola li kienet tattendi. Minkejja l-popolarità u s-sbuħija tagħha, Coit ma kinitx tmur tajjeb akkademikament u waqfet tistudja. Fl-1961, meta kellha biss 17-il sena, Coit iżżewġet lill-ewwel raġel tagħha iżda ddivorzjatu f’inqas minn sena. Wara t-tmiem ta’ dan iż-żwieġ, Coit iżżewġet lit-tieni raġel tagħha, Steven Moore u fl-1964 kellhom tifel. Ftit wara t-twelid ta’ binha, Coit għamlet talba biex tiddivorzja lil Moore. Waqt li legalment kienet għadha miżżewġa lil Moore, Coit iżżewġet lit-tielet raġel tagħha, l-Inġinier William Clark Coit Jr f’Jannar tal-1966 f’Louisiana. William Clark Coit addotta lit-tifel li kellha Coit miż-żwieġ ta’ qabel u flimkien kellhom żewġ subien oħrajn. Jinqatel it-tielet raġel ta’ Coit William Coit Jr inqatel fid-29 ta’ Marzu tal-1972 b’żewġ tiri f’dahru. Il-qtil seħħ ftit wara li William Coit Jr talab biex

jiddivorzja lil martu. Jill Coit kienet suspettata għall-qtil ta’ żewġha iżda l-pulizija ma sabu l-ebda evidenza kontriha u spiċċat daħlet fi sptar tal-moħħ biex tevita li jsirulha iktar mistoqsijiet dwar il-qtil ta’ żewġha. Coit ma qatgħetx qalbha miż-żwiġijiet u fl-1973 iżżewġet lil Donald Charles Brodie, uffiċjal tal-U.S. Marine Corps. Wara sentejn biss miżżewġin, il-koppja ddivorzjat. Wara li ddivorzjat minn ma’ Brodie, Coit iżżewġet lil wieħed mill-avukati li beda jidher għaliha fuq il-qtil ta’ William Coit Jr. Hi żżewġet lil Louis DiRosa darbtejn u ddivorzjatu darbtejn. Il-kobba kompliet titħabbel hekk kif Coit, li kienet għadha għaddejja bis-separazzjoni minn ma’ DiRosa, reġgħet iżżewġet lil Eldon Duane Metzger f’Ohio. Fl-1983, Coit reġgħet iżżewġet raġel ieħor li kien jaħdem bħala għalliem f’Indiana. Jinqatel it-tmien raġel ta’ Coit Waqt li Coit kienet qed tirranġa akkomodazzjoni turistika, hi kienet ta’ spiss tmur tixtri mingħand il-ħanut ta’ Gerald Boggs fi Steamboat Springs f’Colorado. It-tnejn inġibdu lejn xulxin u Boggs iżżewweġ lil Coit fl-1991. Li ma kienx jaf Boggs hu li hu kien it-tmien raġel ta’ Coit u li hi kienet għadha legalment marbuta biż-żwieġ mar-raġel li kellha qablu. Boggs kien jissuspetta mill-indħil ta’ martu fuq il-finanzi tiegħu u ma kienx konvint minn dak li kien jaf dwarha u l-passat tagħha. Kien għalhekk li qabbad investigatur privat biex ifittex fuq martu. L-investigatur privat sar jaf li Coit gidbet fuq l-età tagħha u li kienet miżżewġa disa’ darbiet, tnejn minnhom mal-istess

raġel. Sar magħruf ukoll Coit ma setax ikollha tfal wara li għamlet l-isterektomija mentri hi kienet qaltlu li kienet tqila bit-tarbija tiegħu. Hekk kif sar jaf min vera kienet Jill Coit, Boggs talab għall-annullament taż-żwieġ tagħhom. Wara l-annullament, Coit u Boggs spiċċaw fi ġlieda legali minħabba l-akkomodazzjoni li kellha għax hu kien silifha 100,000$ biex tirranġa fiha. Sakemm kienu f’din il-ġlieda legali, Coit iżżewġet għad-disa’ darba iżda ftit wara bdiet relazzjoni ma’ Michael Backus. Coit talbet lil Backus biex jgħinha teħles minn Boggs u dan tal-aħħar aċċetta. F’Ottubru tal-1993, Coit u Backus libsu differenti biex ma jintgħarfux u daħlu fid-dar ta’ Boggs u qagħdu jistennewh. Kif Boggs wasal id-dar, hu ġie xxokkjat bi stun gun, qala’ diversi daqqiet b’pala u fl-aħħar qatluh b’tliet tiri ta’ pistola. Coit kienet l-ewwel suspettata speċjalment minħabba l-fatt li Boggs inqatel ftit qabel kellu jidher il-qorti fuq il-kwistjoni tal-akkomodazzjoni. Coit u Backus ħarbu lejn il-Messiku wara li qatlu lil Boggs. Waqt li kienet maħruba, Coit ċemplet lil binha ż-żgħir u qaltlu bil-qtil ta’ Boggs u talbitu jgħinha iżda minflok mar għand il-pulizija. F’Diċembru tal-1993, Coit ġiet arrestata flimkien ma’ Backus. Sar magħruf ukoll li Coit kienet pruvat tqabbad lil xi nies fis-sajf tal-1993 biex joqtlu lil Boggs. Coit instabet ħatja ta’ qtil tal-ewwel grad u fuq konfoffa biex jinqatel Boggs u weħlet għomor il-ħabs mingħajr parole u 47 sena oħra ħabs fuq ikkonfoffar. Backus weħel għomru l-ħabs. Jill Coit għadha sal-lum il-ġurnata sservi s-sentenza tagħha fid-Denver Women’s Correctional Facility.

Jill Coit kienet suspettata għall-qtil ta’ żewġha, iżda l-pulizija ma sabu l-ebda evidenza kontriha u spiċċat daħlet fi sptar tal-moħħ biex tevita li jsirulha iktar mistoqsijiet dwar il-qtil ta’ żewġha

JILL COIT MA’ GERALD BOGGS


26

01.08.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

01.08.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 392

L. DELIA - SANTA LUĊIJA

Bi 3 NUMRI 004 028 098 122 145 231 240 332 409 582 630 640

659 700 702 703 753 827 858 860 879 971 997 999

B’4 NUMRI 0230 1428 1439 2492 2823 2969 3260 3288 3603 3658 3745 4034

4234 4427 4966 4990 5193 5357 5404 5668 5952 6754 7253 8089 8179

8439 8643 8719 9877 9921

42343 44339 66860 69277 78599 85465 89067 89320 94015 99318

B’5 NUMRI 00338 19024 19924 22793 39716 B’6 NUMRI 40627 007677

224560 269802 315374 341081 366937 390617 717756 759467 815675 825146 927219 933322 953710

MIMDUDIN: 7,19. Il-ludo biha 1. Kompli l-qawl: jintlagħab (5) F’_______ aħsad 9,18. Jiddi billejl (5) imqar kien 10. Ġibed plejju (5) l-attenzjoni (6) 4. Jista’ jkun tal-karti 12. Frotta (6) tal-logħob (4) 16,21W. Isem (6)

18. 19. 20. 21. 23. 24.

Ara 9 Ara 7 Jispiċċa (5) Żmien (3) Ara 12 wieqfa Ara 5

WEQFIN: 6,11. 1. Post l-annimali (6) 8. 2. Ġurnata (3) 11. 3. Ursula Darmanin 12,23. Sultana (1,1,1) 13. 5,24. Entużjasta (8) 14.

15. 17. 21. 22.

tafu sew! (6) Frotta (6) Ontoloġija mqassra (3) Ara 16 ...... Marija (3)

Jittieklu ħafna mal-għaġin (5) Kif tidher (9) Ara 6 Biċċiet (6) Lemħet (3) Jekk taf b’dan

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Iħoss, 4.Ġlud, 7,21M. Kburi, 9.Art, 10.Arkata, 12.Naħżen, 16.Ama, 18.Hi, 20.Falla, 24.Nsibu

WEQFIN: 1.Iżarma, 2,23.Ostaklu, 3,19.Skarta, 5,12W. Luana, 6.DMA, 8.Brażiljan, 11,13.Saħħa, 14.Nrabbi, 15.Battlu, 17,22.Merill, 21.Uża


28

01.08.2021

LEZZJONIJIET X’JITTIEĦDU Editorjal

Ovvjament mhuwiex atteġġjament ġdid mill-Oppożizzjoni li diġà tilfet iżjed minn okkażjoni waħda fl-aħħar xhur biex tgħin fl-iżvilupp u t-tisħiħ tal-Istat Malti, inkluż kif irrakkomandat fir-rapport tal-inkjesta

Ir-rapport mill-inkjesta pubbli­ ka dwar jekk setax kellu xi rwol l-Istat Malti fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia din il-ġimgħa ġibed, fost l-oħrajn, l-attenzjoni sħiħa tal-klassi politika lokali u ħoloq l-atmosfera perfetta għal riflessjoni fil-fond, kif kien jixraq. Mill-konklużjonijiet tat-tliet imħallfin, li mexxewha, joħroġ li ċerti affarijiet fil-pajjiż riedu jinbidlu kemm fil-fatt kif ukoll fil-ħsieb, anke jekk dawn setgħu kienu ilhom hekk għal żmien twil iżżejjed u preċedentement ħadd qatt ma kien għaddielu minn moħħu li jisfidahom jew saħan­sitra jibdilhom, sa issa. Kif seta’ josserva tajjeb ħafna kulħadd, ma kienx hemm tidwir mal-lewż fir-reazzjoni tal-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, anzi ppubblika r-rapport bla telf ta’ żmien appena dan wasal għandu. Iżjed minn hekk talab minnufih biex l-għada ssir diskussjoni miftuħa fl-ogħla istituzzjoni nazzjonali, minkejja li l-obbligu tiegħu kien jasal biss biex ipoġġi kopja tar-rapport fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati. Minkejja wkoll li r-rapport

tal-inkjesta jikkonkludi b’mod ċar li l-Istat ma kellu l-ebda rwol f’dan id-delitt makabru, hawn reġgħet spikkat il-maturità politika ta’ Dr Abela bħala Prim Ministru, jew aħjar bħala statista. Jekk xejn, kemm fi kliemu daqskemm fl-atteġġja­ ment tiegħu fil-konferenza tal-aħ­barijiet il-Ħamis u filPar­­la­ment il-Ġimgħa filgħodu, fl-ebda ħin ma pprova jaħrab mill-konklużjonijiet esposti. Dr Abela ħass li kellu jibda billi jweġibhom b’apoloġija lill-familja Ca­­ruana Galizia, li aktar tard ukoll laqgħet id-diskors tiegħu. It-tieni impenja ruħu li jkun hu li jmidd riġlejh l-ewwel biex jittieħdu inkonsi­derazzjoni, isiru taħditiet ne­ċessarji ma’ speċjalisti u stakeholders oħrajn involuti, u eventwalment jitwettqu. Mhux l-istess jingħad għallatteġ­ġjament tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista li, għalkemm għandha wkoll mexxej relatti­ vament ġdid, reġgħet uriet li m’għandha l-ebda rieda politi­ ka u morali li tara li l-pajjiż jikber permezz tal-lezzjonijiet li jingħataw mir-rapport. Minflok, hu ċar minn kliemha li se tibqa’ fl-istess pożizzjoni staġ-

nata, anke jekk “l-Istat” ifisser l-involviment tagħha wkoll. Kontra l-pożizzjoni tal-qraba tal-vittma nfushom, smaj­na lid-deputati li tħallew jitkellmu iżjed moħħhom biex ipoġġu f’dubju l-ġenwinità tal-Gvern milli biex naslu għal bidla filmen­talità u titfejjaq il-ġerħa. Bernard Grech innifsu saħansitra ttimbra d-diskors tal-Prim Ministru bħala surrea­li u “out of touch”. Ovvjament mhuwiex atteġġjament ġdid mill-Oppożizzjoni li diġà tilfet iżjed minn okkażjoni waħda fl-aħħar xhur biex tgħin fl-iżvilupp u t-tisħiħ tal-Istat Malti, inkluż kif irrakkomandat fir-rapport tal-inkjesta. Bħalma nafu, ma kinitx mal-Gvern fir-riforma fil-mod kif jinħatar Kummissarju ġdid tal-Pu­lizija, fejn għall-ewwel darba f’200 sena ta’ storja talKorp il-pożizzjoni mtliet wara proċess trasparenti u ta’ skrutinju kbir, kif riedet ukoll il-Kummissjoni Venezja. Setgħu jkunu kredibbli billi taw sehemhom għal riforma simili li ssaħħaħ il-governanza t-tajba u s-saltna tad-dritt, li jħambqu dwarha. Iżjed riċenti wkoll ivvotaw kontra abbozz ta’ liġi, li kien

jeħtieġ l-appoġġ ta’ żewġ terzi tal-Parlament, bl-iskop li je­ men­da l-Kostituzzjoni ħalli jissaħħu iżjed l-awtoritajiet amministrattivi jew regolatorji. L-emenda speċifika kienet se żżid il-poteri tal-awtoritajiet, bħall-FIAU, biex ikunu jistgħu joħorġu multi ogħla lil min ma jkunx konformi mal-liġi jew jimponu sanzjonijiet f’każi bħal ħasil ta’ flus. M’għandniex għax infakk­ ru wkoll fil-modus operandi tal-istess Partit li, ilbieraħ daqskemm illum, ukoll jikkontribwixxi mingħajr l-iċken dubju għall-ambjent fil-pajjiż li enfasizzaw sew fuqu l-imħallfin. Minflok juru kull intenzjoni li jogħlew ’il fuq mil-“logħob” politiku li ma jagħmilx ġieħ jew rispett lill-istess inkjesta pubblika u wisq inqas lill-poplu Malti u Għawdxi, jinkixfu tassew x’intenzjonijiet għandhom. Minkejja dan, il-poplu huwa ffukat li jkompli javvanza fittriq li qabad fl-aħħar xhur. U meta tqis li, f’kull demokrazija, ma jistax ikollok xi ħaġa aktar sovrana mill-fehma taċ-ċittadini tiegħek, allura l-konklużjoni ma tistax tkun iżjed sempliċi minn hekk.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.