1 minute read

IL-POPLU BL-AQWA FIDUĊJA FIL-GVERN

■ Skont l-Ewrobarometru, l-amministrazzjoni ta’ pajjiżna żammet l-akbar appoġġ popolari fl-istorja … il-KullĦadd tanalizza l-fiduċja rreġistrata lokalment minn kemm ilu jsir dan l-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea mill-2004 lil hawn

■ Maġġoranza assoluta tal-poplu tiddikjara li Malta u l-ekonomija nazzjonali jinsabu fit-triq it-tajba; li l-pajjiż kellu l-aħjar rispons matul il-pandemija u wara li bdiet il-Gwerra fl-Ukrajna; u li l-qagħda finanzjarja personali hija tajba wkoll

Advertisement

L-istħarriġ tal-Ewrobarometru, li għamlet il-Kummissjoni Ewropea bejn Jannar u Frar li għadda, jikkonferma kif minkejja l-isfidi kbar internazzjonali, f’pajjiżna xorta hawn livell qawwi ta’ ottimiżmu u fiduċja. Fil-fatt, dan l-istħarriġ ikkonkluda li 63% tal-Maltin u l-Għawdxin jafdaw fil-Gvern, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela.

Dan il-livell ta’ fiduċja llum mhuwiex biss kważi d-doppju tal-medja Ewropea, iżda wkoll ferm aħjar meta mqabbel mal-perjodu tal-kriżi finanzjarja ferm iżgħar li kien iffaċċja l-aħħar Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi bejn l-2008 u l-2013.

Dan joħroġ ċar f’analiżi li din il-gazzetta għamlet ta’ kull stħarriġ tal-Ewrobarometru li ilu jsir f’pajjiżna darbtejn fis-sena (fis-sajf u fix-xitwa) sa mill-2004, is-sena li Malta saret membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea.

Tkompli f’paġni 4 u 5

This article is from: