2 minute read
IL-PAJJIŻ, L-EKONOMIJA U L-ĦAJJA
Il-fiduċja tal-poplu fil-Gvern minn kemm ilu jsir l-istħarriġ tal-Ewrobarometru
Taħt it-tmexxija tal-Gvern ta’ Robert Abela, il-maġġoranza assoluta tal-poplu temmen li l-pajjiż inġenerali u l-ħajja personali jinsabu fit-triq it-tajba u li se jkomplu jitjiebu
Advertisement
Tkompli minn paġna 1
Qabel l-Elezzjoni Ġenerali ta’ għaxar snin ilu, il-fiduċja fil-Gvern Malti kienet tlaħħaq l-34% biss, u fil-fatt kienet taħt il-medja Ewropea. Din il-fiduċja sparat ’il fuq għal 59% ftit wara l-bidla fl-amministrazzjoni f’Marzu tal-2013.
F’Novembru tal-2011 l-amministrazzjoni GonziPN kienet saħansitra “misset il-qiegħ” fil-fiduċja mal-poplu, tant li kienet irreġistrat l-inqas livell fl-istorja (27%) mill-2004 ’l hawn.
Bil-maqlub, skont analiżi talKullĦadd f’kull Ewrobarometru ppubblikat dwar Malta fl-aħħar 19-il sena, il-livell ta’ fiduċja preżenti fil-Gvern hi l-aqwa li qatt ġiet osservata u baqgħet kostanti f’dawn l-aħħar żewġ rapporti Ewropej, dak maħruġ din il-ġimgħa u dak preċedenti f’Lulju tas-sena l-oħra.
Skont dan l-aħħar stħarriġ estensiv, 93% tal-Maltin u Għawdxin qalu li huma kuntenti bil-miżuri li ħa l-Gvern biex jikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19.
Din hi qabża ferm akbar mis-sentiment fil-bqija tal-UE fejn il-medja ta’ dawk sodisfatti bil-miżuri fil-pajjiżi rispettivi tagħhom kienet ta’ 58%, biċċittadini f’pajjiżna kienu l-aktar pożittivi f’dan ir-rigward.
Anke fejn tidħol ir-risposta tal-Gvern għall-Gwerra fl-Ukrajna, 70% tal-Maltin u l-Għawdxin ikkonfermaw li huma so- disfatti, kontra l-55% fl-UE.
Kważi sitta minn kull għaxar Maltin u Għawdxin intervistati sostnew li jemmnu li l-affarijiet f’pajjiżna sejrin fid-direzzjoni t-tajba. Dan meta madwar l-Ewropa inqas minn tlieta minn kull għaxra huma konvinti li l-affarijiet f’pajjiżhom jinsabu f’din id-direzzjoni.
Il-proporzjon ta’ dawk li jaħsbu li pajjiżna sejjer f’direzzjoni tajba jammonta għad-doppju ta’ dak li kien hemm flaħħar tal-2012.
Tliet kwarti tal-Maltin u l-Għawdxin jemmnu li s-sitwazzjoni ekonomika f’pajjiżna hi tajba, kontra terz tal-persuni madwar l-UE. L-ottimiżmu ekonomiku li hawn f’pajjiżna reġa’ lura għal dak li kien hawn qabel il-pandemija fl-2019, differenti minn dak li qed jiġri madwar l-Ewropa.
Waqt li, skont l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-familji f’pajjiżna hi mwiegħra, l-istħarriġ tal-Ewrobarometru sab li 91% tal-familji fostna ddikjaraw li l-qagħda finanzjarja tagħhom hi tajba. Fl-istess ħin, 80% tal-Maltin u l-Għawdxin qalu li l-qasam tal-impjiegi lokali wkoll sejjer tajjeb.
Minbarra hekk, 41% ta’ dawk intervistati jantiċipaw li s-sitwazzjoni ekonomika f’Malta se titjieb fis-sena li ġejja. Madwar l-UE kienu biss 19% tal-familji li kienu l-istess pożittivi dwar l-ekonomija ta’ pajjiżhom.
Ta’ min jinnota li, mill-analiżi li saret tar-rapporti kollha tal-Ewrobarometru dwar pajjiżna, fl-2012 kien hemm terz tal-familji li kienu inkwetati dwar l-ekonomija lokali, iżda llum dan il-proporzjon waqa’ għal 10%, minkejja l-kriżi internazzjonali.
Filwaqt li fl-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista fl-2012 kważi kwart ta’ dawk intervistati kienu mħassbin bid-dejn nazzjonali, dan issa naqas għal 11%. F’pajjiżna bħalissa hawn ftit li xejn biża’ dwar il-qgħad fost il-familji – 4%, kontra l-medja ta’ 10% fl-UE.
Dawn ir-riżultati tal-Ewrobarometru jikkonfermaw kemm hawn sens ta’ fiduċja fost il-familji f’pajjiżna. Minkejja l-isfidi li ġejjin minn żviluppi internazzjonali, il-qagħda finanzjarja tal-familji tagħna tidher ħafna aħjar minn dik ta’ familji madwar l-Ewropa. Il-livell ta’ fiduċja fl-istituzzjonijiet nazzjonali wkoll tinsab f’livelli rekord u tirrifletti sodisfazzjon bil-mod kif ġiet immaniġġjata l-pandemija u l-istabbiltà li nġiebet fil-prezzijiet tal-enerġija, grazzi għallinterventi b’saħħithom tal-Gvern Laburista.
Is-sitwazzjoni nazzjonali
B’rabta mal-qagħda nazzjonali, il-maġġoranza assoluta tal-poplu hi favorevoli mat-triq li qabad pajjiżna. Waqt li l-Mal-