3 minute read
JIDDISTINGWU
tal-isptarijiet lil Steward Healthcare
Għaldaqstant, fil-kwistjoni kollha joħorġu wkoll il-prijoritajiet tal-Gvern, fuq nett li s-servizz tas-saħħa pprovdut f’pajjiżna jkun salvagwardjat.
Advertisement
B’hekk il-Mexxej Laburista ta serħan il-moħħ fuq tliet affarijiet fejn jidħol is-servizz tas-saħħa f’dawn l-isptarijiet. L-ewwel, li kull deċiżjoni li tittieħed se tkun xprunata mill-interess nazzjonali. It-tieni, li l-impjiegi kollha tal-impjegati f’dawn l-isptarijiet huma garantiti, għax pajjiżna għandu bżonn is-servizz tagħhom. It-tielet, u forsi l-aktar wieħed importanti, li s-servizzi tassaħħa li jingħataw minn dawn l-isptarijiet se jibqgħu għaddejjin b’mod normali, inkluż bi pjan li diġà tħejja minn qabel għal din l-eventwalità.
L-atteġġjament tal-Oppożizzjoni fil-kwistjoni kollha, iżda, kienet totalment opposta u l-aktar li spikka kien li, filwaqt li fil-każ ġudizzjarju li tressaq minn Adrian Delia dak iżżmien bħala Kap tal-Oppożizzjoni, il-Grupp Parlamentari kien ħallieh għalkollox waħdu. Appena ħarġet id-deċiżjoni, deputati u esponenti, inklużi dawk li kienu l-perċimes biex iqalftu lill-istess Delia mill-ogħla kariga fil-Partit, rikbu fuq ilkawża għal skopijiet politiċi partiġjani.
Angele Cuschieri u Rennie Zerafa quddiem il-binja fil-qalba ta’ Londra, li bdiet tiġi rranġata fl-aħħar ġranet
Tibda Ti I Kkonvertita
“DAR CALVAGNA” F’LONDRA
L-appartamenti fil-qalba ta’ Londra li nxtraw minn Puttinu Cares bl-appoġġ tal-poplu u l-Gvern mistennija jitlestew sa tmiem l-2024 twil però flimkien naslu,” kompliet l-istqarrija, waqt li għalqet b’appell għall-għaqda filĠimgħa l-Kbira “ħalli ngħinu aktar pazjenti u nagħmlu din il-ħolma realtà”.
Bdew ix-xogħlijiet fuq il-blokka ta’ appartamenti fil-qalba ta’ Londra, li nxtrat minn Puttinu Cares, biex tiġi rranġata u kkonvertita ħalli tkun tista’ takkomoda bla ħlas aktar ċittadini lokali li jkollhom bżonn il-kura hemmhekk, inkluż għall-kanċer.
L-għaqal tal-Gvern joħroġ ukoll meta fl-istess dibattitu
Parlamentari d-Deputat Prim
Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li, kieku l-Istat qagħad fuq dak li riedet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista u jkeċċi lil Steward Healthcare mill-konċessjoni tal-isptarijiet b’mod immedjat, il-pajjiż kien ikollu joħroġ €100 miljun. Minflok, il-Gvern ħalla l-istituzzjonijiet jaħdmu u stenna l-eżitu tad-deċiżjoni tal-Qrati.
“Kieku Bernard Grech sar Prim Ministru, qabad u keċċa lil Steward Healthcare, jew kieku l-Gvern għażel li jisma’ minnu, allura Steward kienu jispiċċaw jitilqu, imma b’€100 miljun fil-but,” tenna Mr Fearne, waqt li fakkar li fl-istess perjodu l-pajjiż kien għaddej ukoll mill-akbar pandemija f’għexieren ta’ snin, bħall-bqija tad-dinja.
Mario Galea kien ċar u ddeskriva lillGrupp Parlamentari u t-tmexxija Nazzjonalista bħala “oqbra mbajda”. Fuq il-midja soċjali, Galea kkummenta dwar kif sagħtejn wara li ngħatat id-deċiżjoni millImħallef Francesco Depasquale, il-PN tella’ konferenza tal-aħbarijiet bis-sehem tal-esponenti ewlenin tal-establishment u akkuża lil Bernard Grech innifsu li qed jieħu “rikba b’xejn”.
L-editorjal tal-ġurnal L-orizzont nhar l-Erbgħa li għadda wkoll semma kif is-sentenza tal-Qorti sempliċiment mhux se ssolvi xejn fil-PN, anzi se tkompli toħloq iżjed qasmiet u konflitti milli diġà jeżistu.
Dan partikolarment għax, bid-deċiżjoni tal-Qorti, il-fazzjoni ta’ Adrian Delia reġgħet issaħħet fil-PN, waqt li l-establishment, li bħalissa għandu l-kontroll sħiħ tal-Partit, qed jipprova jnaqqaslu l-importanza tiegħu fil-każ kollu.
Dikjarazzjonijiet tal-elementi ewlenin tal-establishment stess indikaw kif “Adrian Delia jaħseb u jittama biss li b’dak li għamel jista’ jiġi riabilitat filPN.”
Il-binja kbira qrib Regent’s Park u allura ftit minuti bogħod mill-isptarijiet ewlenin fil-kapitali Ingliża nxtrat u qed tiġi kkonvertita grazzi għad-donazzjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin u għotja mill-Gvern Malti ta’ €5 miljun, li ġejjin mill-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) u self b’rata ta’ interessi vantaġġuża mill-Bank Of Valletta biex ikunu koperti l-ispejjeż.
Stqarrija, iffirmata minn Angele Cuschieri u Rennie Zerafa, nhar il-Ħamis li għadda tat l-aħbar ta’ dan l-aħħar żvilupp fil-proċess biex binja ta’ 24 appartament tiġi kkonvertita kif jirrikjedu l-esiġenzi fil-ħidma ta’ Puttinu Cares u fl-istess ħin kif nhar is-7 ta’ April, il-Ġimgħa l-Kbira, se tkun qed tittella’ maratona ta’ ġbir ta’ fondi biex tkompli ħidma sfiqa f’dan ir-rigward.
Il-proġett li se jiswa mal-£20 miljun (€22.6 miljun) se jwassal għall-ħolqien ta’ akkomodazzjoni msemmija “Dar Calvagna”, b’tifkira ta’ Dr Victor Calvagna, kofundatur ta’ Puttinu, li miet f’inċident tat-traffiku fil-bidu tal-2022.
“L-imħabba li turu ma’ ħutna fil-bżonn ma tmut qatt. Illum ġejna Londra u qed insegwu l-progress tal-binja li nxtrat biex il-poplu Malti u Għawdxi jista’ jużaha bla ħlas f’mumenti ta’ bżonn. Wara tfittxija ta’ seba’ snin irnexxielna nsibu din il-proprjetà għaxar minuti mixi mill-isptarijiet fiċ-ċentru ta’ Londra,” qalu Cuschieri u Zerafa, waqt li enfasizzaw li l-proprjetà hi bla ċens biex din tibqa’ ta’ Malta u talMaltin għal dejjem.
“Flus li nġabru mid-donazzjonijiet tiegħek ġew investiti b’għaqal, b’onestà u b’serjetà kbira. Ix-xogħol miexi ġmielu. Qed inġibuha ġebel u saqaf minn ġewwa u applikajna għal sular ieħor biex nakkomodaw iżjed nies. Proċess
F’Ġunju tas-sena li għaddiet, Dr Lydia Abela, mart il-Prim Ministru, ippresediet l-iffirmar tal-kuntratt fil-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra għax-xiri tal-binja fejn l-organizzazzjoni filantropika kienet rappreżentata minn Cuschieri u Zerafa, President u Kap Uffiċjal Eżekuttiv ta’ Puttinu Cares rispettivament.
B’hekk il-binja, qrib l-Isptar Great Ormond u l-istazzjonijiet tal-ferrovija Kings Cross u St Pancras, għaddiet f’idejn il-Fondazzjoni u żdiedet mal-proprjetajiet li din diġà għandha f’Sutton, ’il barra miċ-ċentru ta’ Londra. Dawn tal-aħħar jospitaw 20 appartament ieħor li jaqdu lil dawk li jieħdu kura fl-Isptar Royal Marsden.
Dakinhar tal-iffirmar l-organizzazzjoni kienet qalet li “Puttinu hu xhieda li, fejn tidħol it-tbatija, pajjiżna hu wieħed mill-iżjed postijiet ġenerużi fid-dinja. Inħossuna responsabbli tal-fiduċja li l-poplu Malti u Għawdxi dejjem wera fina u rridu nħallu wirt li jibqa’ jintuża mill-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Dan il-proġett għandu jkun ta’ unur għal pajjiżna fejn anke l-barranin jistagħġbu bl-għaqal tal-poplu tagħna.”
Ingħad li l-iskop ta’ dawn l-appartamenti dejjem jibqa’ biex il-pazjenti u qrabathom jiffokaw fuq it-trattament u l-fejqan, filwaqt li Puttinu jerfa’ biċċa mill-piż tat-tbatija tagħhom billi joffrilhom serħan il-moħħ li se jsibu appartament dinjituż jistenniehom bla ma jħallsu xejn.
Dr Abela kienet irrimarkat li “dan hu investiment li jmur lil hinn mill-binja nnifisha, iżda hu investiment f’kull familja li tgħix f’pajjiżna li ma tkunx taf jekk hux se tasal jew meta se tasal is-siegħa tal-bżonn tagħha”. Ħeġġet lill-poplu Malti u Għawdxi kollu biex jibqa’ jkun ta’ spalla għal Puttinu Cares kif dejjem ikun hu fl-aktar mumenti ta’ bżonn.