1 minute read

LAQGĦAT ĠENERALI ANNWALI

Fil-ġimgħa li ġejja se jissoktaw il-Laqgħat Ġenerali Annwali talkumitati lokali bħala parti mill-ħidma amministrattiva tal-Partit Laburista. Rappreżentanti u uffiċjali tal-Partit se jkunu qed iduru l-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex biex jattendu għal dawn il-laqgħat statutorji, li jsiru fiċ-ċentri rispettivi tal-lokalitajiet.

Advertisement

Il-Laqgħat Ġenerali Annwali tad-distretti, li jibdew minn nofs dan ix-xahar, huma skedati li jsiru f’wieħed miċ-ċentri tal-lokalitajiet li jiformaw parti mill-istess distrett rispettivament.

Il-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-lokalitajiet u tad-distrett (fejn indikat), li se jsiru sal-Ħadd li ġej, huma:

It-Tnejn 6 ta’ Marzu: Ħal Kirkop, il-Gżira, l-Imsida u l-Għarb;

It-Tlieta 7 ta’ Marzu: in-Naxxar, il-Fgura, il-Ħamrun u ż-Żebbuġ;

L-Erbgħa 8 ta’ Marzu: il-Furjana, il-Gudja, Marsaskala u x-Xagħra;

Il-Ħamis 9 ta’ Marzu: San Pawl il-Baħar, ix-Xgħajra, Santa Luċija u l-Marsa;

Il-Ġimgħa 10 ta’ Marzu: iż-Żurrieq, Ħal Luqa, Santa Venera u l-Birgu; jingħaqad ma’ xogħlijiet li l-Korporazzjoni qed tagħmel f’lokalitajiet oħrajn.

Il-Ħadd 12 ta’ Marzu: Ħal Għaxaq, il-Mellieħa, Birkirkara, Birżebbuġa u r-Rabat, Għawdex (Kumitat Distrettwali).

Max-Xatt ta’ Ta’ Xbiex qed twettaq proġett ta’ madwar €1 miljun ikkofinanzjat mill-UE biex tinstalla sistema ġdida tad-drenaġġ u ttaffi l-problemi li din iż-żona kienet ilha tifaċċja minħabba l-infrastruttura qadima li kien hemm qabel.

Xogħlijiet oħrajn għaddejjin Ħal Qormi u l-Marsa, fejn il-Korporazzjoni qed tpoġġi medda ta’ katusi ġodda f’tul ta’ 1.6 kilometri ħalli tilqa’ għaż-żieda fid-domanda f’dawn l-inħawi u ttejjeb il-flessibilità tas-sistema f’każ ta’ ħsarat jew manutenzjoni.

Proġett ieħor b’investiment ta’ €2.7 miljun li għaddej bħalissa fl-inħawi tan-Naxxar u s-Salini se jwassal biex il-WSC tibdel 3.6 kilometri oħra ta’ katusi taddrenaġġ fiż-żmien li ġej.

This article is from: