1 minute read
QEGĦDIN JIĠU IDENTIFIKATI SOLUZZJONIJIET GĦAT-TRAFFIKU
Bil-għan li jindirizza l-isfidi tat-trafku f’Malta, b’mod partikolari fl-aktar ħinijiet beżlin (rush hour), il-Gvern qed jaħdem biex jidentifika l-aħjar prattiċi għal soluzzjonijiet ta’ benefiċċju.
Waqt laqgħa dwar dawn it-temi bejn ilMinisteru għat-Trasport u l-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji, il-Kap Eżekuttiv ta’ din talaħħar Abigail Mamo qalet li t-trafku jaffettwa lill-membri kollha tagħha u għalhekk tilqa’ l-konsultazzjoni wiesgħa bl-intenzjoni ċara li titjieb is-sitwazzjoni.
Advertisement
Mamo rrikonoxxiet li kulħadd jeħtieġ li jerfa’ r-responsabbiltà, flimkien mas-settur privat, li hu msieħeb importanti, waqt li esprimiet l-impenn tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji biex tipparteċipa u tikkontribwixxi fil-proċess. “Flimkien mal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji u l-imsieħba tagħhom, iddiskutejna l-proposti li qegħdin inressqu. Hemm appoġġ u ideat li qed jiġu bihom u nħares ’il quddiem biex kif nifnalizzaw il-proposti nkunu tassew nistgħu nimplimentawhom,” qal il-Ministru Farrugia. Hu tenna wkoll li dawn il-laqgħat, immexxija mill-konsulent u akkademiku l-Professur Gordon Sammut, mistennija jħallu l-frott hekk kif qed ikunu involuti l-partijiet interessati kollha.