2 minute read
MIT-TKABBIR GĦAL KWALITÀ TA’ ĦAJJA AĦJAR
taż-żona ewro u tisboq dak li kien qed jiġi mbassar minn istituzzjonijiet barranin.
Dan l-istħarriġ jixhed ir-reżiljenza tan-negozji li minkejja l-pandemija u l-konsegwenzi kollha li qed iġġib magħha l-gwerra fl-Ukrajna dejjem sabu s-sostenn tal-Gvern u baqgħu kapaċi jilqgħu għall-isfidi bla preċedent.
Advertisement
Din il-ġimgħa rajna statistika oħra pożittiva għal pajjiżna hekk kif skont ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, juru li s-sena li għaddiet l-ekonomija Maltija kibret bi kważi 7% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
Din hija aħbar pożittiva ħafna meta tqis li din ir-rata hija d-doppju tal-medja
Insemmi eżempju kif fi żmien il-pandemija, il-Gvern ta serħan il-moħħ lin-negozji u lill-ħaddiema anke meta ġie mbassar li ser jintilfu 50,000 impjieg hekk kif ingħataw iktar minn €1.6 biljun f’għajnuniet.
F’pajjiżi Ewropej oħra ftit ’il bogħod minna n-negozji qed jiġu mwaqqfa milli jkomplu jaħdmu billi tinqatgħalhom il-provvista tal-elettriku minħabba l-kriżi fil-qasam tal-enerġija.
Malta m’għandhiex din il-problema għaliex għand- na Gvern b’saħħtu bi prijoritajiet ċari u l-intrapriżi qed jibqgħu jaħdmu mingħajr xkiel għax qed jirċievu sussidji mingħand il-Gvern f’dan il-qasam.
Bħala s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, f’dawn il-ġimgħat kont impenjat inżur diversi intrapriżi u postijiet tax-xogħol.
Wara li tkellimt man-negozjanti u l-ħaddiema komplejt nikkonferma kemm hija importanti l-għajnuna li l-Gvern jagħti lin-negozji mhux biex għaliex qed tkompli tigi msaħħa l-ekonomija Maltija imma wkoll għax qegħdin jiġu ġġenerati aktar impjieġi ta’ kwalità b’kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin.
Il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema minn dejjem kienu ferm għal qalb dan il-Gvern u dan jidher biċ-ċar fid-diversi inizjattivi u miżuri li l-Gvern ħa sabiex ikompli jtejjeb il-kwalità ta’ ħajjithom. Biss biss insemmi kif is-sena li għaddiet id-dħul tal-ħaddiema tela’ bi kważi €650 miljun.
(f’Ċipru, ma jingħatawx din is-salvagwardja u bil-maqlub huma rreġistrati bħala housekeepers).
L-Istati Membri individwali għandhom jagħmlu ħilithom biex iħaddnu strateġiji li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, jistabbilixxu politiki biex itejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ u biex jidħlu f’kampanji ta’ informazzjoni interġenerazzjonali.
Bi pjaċir nirrapporta li għalkemm mhumiex perfetti, ir-rappreżentanti tal-istati membri l-oħra rrimarkaw b’mod favorevoli fuq l-isforzi ta’ Malta f’dan is-settur.
L-istrateġija nazzjonali tagħna għat-tixjiħ attiv bil-pilastri tagħha ta’ inklużjoni, tixjiħ b’saħħtu u promozzjoni tad-diversità, hija meqjusa tajjeb ħafna. Is-servizzi tagħna bbażati fil-komunità, li jinkludu l-helpline tad-dimensja fost ħafna oħrajn, u l-ispinta tagħna biex nippromwovu proġetti interġenerazzjonali bħal “Adopt a Granny” qed jiġbdu kummenti pożittivi.
Aħna ħerqana li naħdmu aktar flimkien.
Apparti hekk rajna li ndaħħlu fis-seħħ liġijiet ġodda li jagħtu aktar bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol. Għaliex filwaqt li x-xogħol huwa importanti, tajjeb ukoll li jkollna ħin sabiex ingawdu lil dawk l-aktar għeżież għalina.
Għax aħna viċin in-nies u ta’ kuljum nisimgħu l-isfidi li jiffaċċjaw. Stajna nindirizzaw ukoll il-problemi li kien hemm f’ċerti setturi tax-xogħol, pereżempju kif għamilna permezz tal-liġi li daħħalna dwar il-ħaddiema ta’ pjattaforma diġitali.
Issa dawn il-ħaddiema għandhom kundizzjonijiet ferm aħjar u qegħdin joperaw f’suq regolarizzat. L-istess approċċ qegħdin nużaw bħalissa hekk kif qegħdin naħdmu fuq ir-reviżjoni tal-
Wage Regulation Orders u anke wkoll il-liġi li tirregola t-temping agencies. Snin ilu, meta dan il-Gvern ħa fi tmun tiegħu t-tmexxija ta’ dan il-pajjiż, il-ħidma tagħna kienet iffukata sabiex niġġeneraw aktar impjiegi hekk kif ir-rata ta’ qgħad fl2013 kienet ta’ 6.4%.
Illum il-ġurnata s-sitwazzjoni hija differenti għaliex għandna l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna, dik ta’ 3%. F’dan ir-rigward, fil-kuntest tad-dinja tax-xogħol jekk fil-passat kienu jgħidu li għal kull għadma hawn mitt kelb, illum għal kull kelb hawn mitt għadma.
B’hekk huwa d-dmir tagħna li nkomplu nsaħħu d-drittijiet tal-ħaddiema mhux biss sabiex is-suq tax-xogħol ikompli jattira l-aqwa talent imma wkoll sabiex il-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin tkompli titjieb.