1 minute read
LEJN SERVIZZ AĦJAR FIT-TURIŻMU
fis-servizz, il-komunikazzjoni bażika u l-etika huma fatturi ewlenin li jistgħu jkunu determinanti fl-esperjenza pożittiva jew anqas fost il-viżitaturi.
Il-kompetittività ta’ pajjiżna fis-settur turistiku qiegħda kontinwament tiżdied għal ħafna pajjiżi, inkluż Malta. Il-pandemija kienet opportunità biex kwalunkwe pajjiż jirrikonoxxi kif ser itejjeb ilmudell turistiku tiegħu abbażi tad-domanda u l-esiġenza li qiegħed jitlobna t-turist tal-lum.
Advertisement
Nifhmu li iżjed minn qatt qabel it-turisti qegħdin iħarsu iżjed lejn esperjenza ħolistika turistika li tkun waħda ospitabbli. Il-kwalità
Għalhekk, il-Gvern flimkien mal-Istitut tal-Istudji Turistiċi welled skola ta’ taħriġ fi ħdan l-istess istituzzjoni bil-għan li din tindirizza n-nuqqasijiet ta’ ħiliet kemm fl-industrija tal-ospitalità u t-turiżmu lokali kif ukoll internazzjonali permezz ta’ programmi ta’ taħriġ innovattivi u ta’ kwalità għolja li jtejbu l-ħiliet tal- ħaddiema u jtejbu l-provvista tal-kwalità tas-servizz fl-industrija.
Il-programmi ser jiżgu- raw li l-professjonisti mħarrġa mill-iskola ta’ taħriġ tal-ITS jilħqu u jaqbżu l-aspettattivi tal-klijenti kif ukoll tal-kumpanija. L-enfasi tal-iskola ta’ taħriġ hija li tipprovdi korsijiet ta’ taħriġ ta’ kwalità, aġġornati u relevanti; tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-klijenti tagħha; l-adozzjoni ta’ skeda ta’ taħriġ flessibbli biex tilħaq l-iskeda tal-klijenti; u t-twettiq ta’ taħriġ eċċellenti. Nifhmu li approċċ wieħed għal kulħadd mhuwiex possibbli peress li t-taħriġ, l-iskedi, u l-pass tat-tagħlim tal-impjegati jistgħu jvarjaw. Għalhekk, din l-istess skola ser toffri skedi ta’ taħriġ flessibbli li ser ikun qiegħed isir fil-faċilitajiet preżenti tal-ITS jew saħansitra fuq ilpost tax-xogħol tagħhom stess.
Din l-iskola ser toffri wkoll rapidità fil-programmi ta’ taħriġ lesti u korsijiet qosra li jistgħu jiġu adattati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-għanijiet speċifiċi ta’ min iħaddem u tal-impjegati. Għalhekk, l-iskola ser tkun maqsuma f’ħames taqsimiet li jinkludu: Immaniġġjar fil-lukandi, ikel u xorb, vjaġġar u turiżmu, avvenimenti, sports, divertiment u programmi oħra ta’ taħriġ li jafu jiġu ta’ neċessità fiż-żmien li ġej.
Dawn il-programmi huma
Din l-iskola ser toffri wkoll rapidità fil-programmi ta’ taħriġ lesti u korsijiet qosra li jistgħu jiġu addattati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-għanijiet speċifiċi ta’ min iħaddem u tal-impjegati