1 minute read

ATTITUDNI LI PPROVOKAT IL-FOLLA

Fil-ħin li nhar il-Ħamis is-seduta Parlamentari kienet sospiża, deputati tal-Partit Nazzjonalista bdew jisfidaw għall-ġlied u saħansitra d-Deputat Chris Said kellu jinżamm milli jibqa’ sejjer għannaħa tal-Gvern. Fuq quddiem nett ta’ din l-attitudni konfrontattiva kien hemm ukoll il-Kap Bernard Grech, Karol Aquilina u David Agius.

Jikkonfermaw dan provi li għandha f’idejha l-gazzetta KullĦadd u ritratti li qegħdin nippubblikaw. Ir-ritratti juru li fost dawk li l-aktar bdew isaħħnu l-irjus kien hemm il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, li meta ħareġ mill-Parlament imbagħad beda jinstiga lill-folla bl-istess mod billi jgħidilha “qumu minn hemm!”. B’reazzjoni għal dak li beda jagħmel Bernard Grech, il-folla bdiet tkun aggressiva, inkluż fil-konfront tal-ġurnalisti, tant li l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) kellu joħroġ kundanna għall-aġir ta’ wħud minn dawk preżenti.

Advertisement

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia kellu jissospendi s-seduta Parlamentari waqt li kien qed jitkellem ilPrim Ministru Robert Abela fuq mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-isptarijiet. Hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela beda jesponi qerq min-naħa tal-Oppożizzjoni, fil-Kamra qamet kommossjoni sħiħa bid-Deputat Adrian Delia ma jħallix lill-Prim Minsitru jitkellem.

Dan wassal biex kellha tieqaf għal xi ħin ix-xandira, u flok innaħa tal-Oppożizzjoni kkalmat aktar kompliet toħloq inkwiet bid-Deputat Chris Said deher jipponta s-swaba’ u jkun aggressiv fil-konfront tal-membri tal-Gvern.

Saħansitra mar biex jaqsam il-Kamra u kellu jkun il-Ministru Byron Camilleri li, bil-kalma kollha, żammu milli jagħmel dan. Fl-istess ħin beda jgħajjat il-kliem

“ejja ejja!”. Bħalu Bernard Grech u David Agius b’aġir aggressiv, ħafna għajjat u tixjir tal-idejn. F’mument minnhom il-Whip tal-Grupp Nazzjonalista Robert Cutajar deher imur jipprova jkellem lill-Kap Bernard Grech, x’aktarx konxju li dak mhux aġir ta’ Kap ta’ partit li jaspi- ra li jsir Prim Ministru. Eventwalment is-seduta kompliet u ħareġ ċar li l-pjan tal-PN kien li jħarbat is-seduta tant li wara dawn l-interruzzjonijiet kollha min-naħa tiegħu, għamilha ċara li ma kienx lest idum jiddiskuti aktar mis-7:00 ta’ filgħaxija, għax ried jitlaq ’il barra. Dan minkejja li l-mozzjoni ressaqha hu. U xħin telaq ’il barra fost ħafna storbju, għajjat u tgħajjir lejn is-sedja, kompla bl-istess attitudni.

Intant, l-aġir tal-Oppożizzjoni fil-Parlament kien ġustifikat mid-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg li fuq il-midja soċjali rreaġixxa għall-kumment dwar iċ-ċirkostanzi tad-Deputat Whip tan-naħa tal-Gvern Naomi Cachia kif irrapportat minn Lovin’ Malta u qal li dak miktub “huwa biased”. Saħansitra qal li ħadd mhu se jwaqqaf lill-Oppożizzjoni jew isikkitha, anke jekk deher ċar li kienet l-Oppożizzjoni li pprovat issikket lill-Gvern tant li saħansitra ma riditux jemenda mozzjoni kif kellu kull dritt.

This article is from: