2 minute read
ĠGANTI
L-ulied kienu jinġabru fl-isbaħ wied tal-gżira; xi wħud kienu jinxteħtu b’ruħhom u b’ġisimhom fuq il-ħaxix ifewwaħ bin-nida għodwija, oħrajn kienu jerħulha jħufu qalb il-qasab iqarmeċ. Imbagħad, fil-qiegħa umduża tal-wied, kienu jilagħbu bilħaġar – dak il-ħaġar kbir li kien jitrembel millġnub għoljin waqt xi lejl ta’ xita qliel.
Bil-ħaġar kien jirnexxilhom joħolqu kull sura ta’ logħba. L-għors tagħhom kien meta jpoġġu l-ħaġriet fuq xulxin, waħda fuq l-oħra, biex jaraw min minnhom kellu l-ħila jtella’ l-itwal torri. U meta l-qamar kien ikun sħiħ, il-logħba kienet tiħrax aktar mis-soltu. F’dak il-jum biss, il-Kbir tal-Ġemgħa kien jiġi, jara u jkejjel ... biex imbagħad idewwaq biċċa xehda tqattar l-għasel lill-bennej tal-itwal torri.
Advertisement
It-torrijiet tal-ħaġar, imferrxin matul il-wied kollu, kienu joffru spettaklu mill-isbaħ. Kull torri kien ipaxxi l-għajn – aktar ma jkun twil, aktar kien fih x’tammira. Ħaġra fuq ħaġra fuq ħaġra, bl-aktar waħda mdaqqsa fil-qiegħ sabiex it-torri jitla’ sod u kemm jista’ jkun dritt, u bl-iżgħar u l-eħfef waħda mpoġġija fuq nett bit-tama li ma titlifx il-bilanċ ta’ sħabha taħtha. Iżda l-ispettaklu mhux dejjem kien jitgawda fit-tul; ma kinitx tkun l-ewwel darba li meta wieħed mill-ulied kien ikun qed jiġġebbed fuq ponot subgħajh biex iżid saff ġdid fit-torri tiegħu, il-ħaġar kollu kien jibda jiġġenneb u jitmejjel bilmod il-mod sakemm, fost il-ħafna għajjat u storbju tal-ulied, kien jinżel b’tisbita qalila u jinxtered ma’ kullimkien ... U mhux l-ewwel darba li ħaġra minnhom laqtet xi skantat li fettillu ntasab fil-qrib!
Tanu kien isibha diffiċli ferm biex jibni torri twil – hu kien l-iqsar minn sħabu li dejjem kienu jilħqu jirbħu qablu. U biex tgħaxxaqha, siequ x-xellugija, ftit iqsar mil-leminija, kienet dejjem ittelliflu l-bilanċ – l-aktar meta kien jiġi biex ipoġġi l-ħaġar fl-għoli. Minkejja dan, Tanu kien baqa’ jinżel il- wied jittanta xortih. Ried li xi darba – imqar darba – ikun imiss lilu li jgħaddas snienu fix-xema’ għasli tax-xehda u jħoss dak il-likwidu dehbi nieżel idellek ma’ geddumu. Iżda jipprova kemm jipprova, Tanu qatt ma kien jirnexxilu. Spiss, kien imur jibki għand ommu li kienet tfarrġu b’ħafna tmellis tal-qoffa nokkli ħomor li kellu fuq rasu. Suna kienet tħobbu daqs dawl għajnejha u ma riditu jsewwed qalbu għal ebda raġuni.
Darba waħda, wara li bil-ħlewwa ressqitlu b’idha n-nokklu mqareb li kien iħobb jiddendel quddiem għajnejh, qamet bilwieqfa u ħeġġitu biex jimxi warajha.
“Ħa mmorru nfittxu xehd’ għasel, ma?”
“Taf daqsi li dik ma nistgħux …”
“Naf, naf.”
“L-għasel qiegħed kollu fl-Għar il-Kbir u hemm ħadd ma jista’ jidħol ħlief …”
“U iwa naf ma, mela fej’ sejrin?”
Suna kienet tħobb itterraq waħedha madwar ilgżira, l-aktar f’dawk il-meded ma jispiċċaw qatt ta’ matul il-kosta. Mhux soltu li kien ikollha lil binha f’dawn il-mixjiet twal; beżgħet li se jegħja imma Tanu, minkejja li kellu jħaffef biex ilaħħaq mal-passi kbar tagħha, ma gergirx – għalkemm izappap, Tanu kien daħħalha f’rasu li ma jaqa’ lura f’xejn.
“Ħa nieħdok f’post ġdid fej’ se nagħmlu xi ħaġa mhux tas-soltu,” qaltlu ommu meta ratu miexi b’tant ħerqa imma fis-skiet. Fil-ħemda tal-bajja, li kienet tinkiser biss miċ-ċafċifa kajmana, Tanu ħassu fis-seba’ sema. U meta mbagħad rifes għall-ewwel darba fuq ir-ramel, Tanu ħassu bħal f’ħolma – qatt qabel ma mess dik l-irtubija kollha bil-paliet ta’ saqajh; għall-ewwel ħaseb li kien se jibqa’ nieżel bit-toqol tiegħu stess; imbagħad midd pass ieħor, imbagħad ieħor, sakemm telaq jiġri, ifaqqa’ d-daħk u jħares lura lejn ommu filwaqt li bil-paliet wiesgħa ta’ saqajh kien qed itajjar ir-ramel f’kull direzzjoni.
Mistoqsija: X’kienu jużaw biex joħolqu tipi ta’ logħob differenti?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ĠGANTI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 26 ta’ Marzu.
Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb DIN XI PJANETA HI? hija:
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Fix-xahar ta’ Frar kemm-il passiġġier ivvjaġġa bil-karozza tal-linja?
Isem:
Numru tat-telefown:
Tweġiba:
Indirizz: