3 minute read

PROTEZZJONI TAL-MINURI

tal-minuri qed tipproponi li jista’ jkun hemm aktar minn bord wieħed sabiex ix-xogħol jimxi b’aktar effiċjenza.

qegħdin nipproponu bħalissa.

Advertisement

Ħbieb, qegħdin hawn għal kulħadd. Ikun żball jekk xi darba nieqfu niġġeddu, jew li nkella ma nagħtux kas ta’ ċerti każijiet, għax m’hemmx mijiet jew eluf bħalhom. Wara kull każ, hemm persuna, hemm familja. Dan il-Ministeru Soċjali ser jibqa’ kommess li jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lil kulħadd. Irridu nkomplu nilqgħu għal realtajiet soċjali ġodda.

Perfetti m’aħniex, nirrikonoxxu li kien hemm fejn stajna għamilna aħjar. Quddiem dan kollu iżda, xorta nemmen li wettaqna ħafna, li tajna stimolu pożittiv lill-qagħda soċjali ta’ pajjiżna. Ma jistax jonqos li se nkomplu naraw fejn nistgħu ntejbu, għax nirrikonoxxu li fadal nies li mhumiex ilaħħqu mal-ħajja jew ma jistgħux jagħmlu kapriċċi. Dawn l-aħħar 10 snin huma l-pedament t’aktar xogħol u ġid soċjali, ġid illi dan il-Gvern kommess li jkompli jtejjeb sabiex jagħmel id-differenza għall-aħjar fil-ħajja tan-nies.

Illum xtaqt niddiskuti magħkom din l-emenda tant importanti fil-liġi li proprju tħares lill-minuri, lil dawk it-tfal li m’għandhomx vuċi. Bla dubju t-tfal kollha huma l-mimmi ta’ għajnejna u waħda mir-raġunijiet li jiena ġejt eletta fil-Parlament, hija proprju sabiex inkun il-leħen ta’ dawk li m’għandhomx min jitkellem għalihom.

Din hija r-raġuni għalfejn jien qiegħda nirrappreżentakom. Inħoss sodisfazzjon kbir li nista’ nagħmel id-differenza fil-ħajja ta’ min jeħtieġ l-għajnuna, u wkoll apparti l-ħidma tiegħi, irrid li nħalli legat għal dawk li għadhom iridu jmexxu lil pajjiżna fil-futur.

Fost l-emendi li qegħdin naħdmu fuqhom bħalissa, qed ikun propost funzjonament aħjar tal-Bord tar-Reviżjoni. L-emenda favur il-ħarsien

Permezz t’hekk nassiguraw li min qiegħed jiddependi fuq deċiżjonijiet tal-bord, ma jdumx aktar milli hemm bżonn minħabba ammont kbir ta’ xogħol f’popolazzjoni li qiegħda dejjem tiżdied. Il-pjan ta’ ħarsien jew kif inhu normalment imsejjaħ bl-Ingliż fostna l-Maltin, il-care plan huwa hemm biex jassigura li d-deċiżjonijiet illi ttieħdu ser jitwettqu proprju għall-ġid ta’ dawn ittfal.

Minħabba ċirkostanzi li jista’ jkun jinsabu fihom dawn it-tfal, hemm il-bżonn li dawn il-careplans ikunu flessibbli u li għaldaqstant isiru reviżjonijiet perjodiċi kif u meta jkun meħtieġ. Sabiex isir dan kollu kif suppost hemm bżonn ir-riżorsi u għaldaqstant hemm bżonn li jiżdied l-ammont ta’ bordijiet li jagħmlu dan ix-xogħol sabiex kull deċiżjoni jew bidla li għandha ssir għall-ġid tat-tfal issir mingħajr dewmien u mingħajr ma jbati ħadd.

Għal dan il-għan ser inkomplu għaddejjin bid-devoluzzjoni tal-poteri, għaliex fl-emendi li kellna qabel f’din il-liġi konna għaddejna dawn il-poteri lid-Direttur għall-Ħarsien tatTfal flok il-Ministru kkoncernat. L-irwol ta’ dan id-Direttur issa ġie ċċarat f’din l-emenda li

Il-funzjonijiet huma bosta u nixtieq li nsemmilkom uħud, sabiex tkunu tafuhom u wkoll tanalizzaw il-ħidma tagħna f’dan ir-rigward. Fost dawn insibu li d-Direttur għall-Ħarsien tat-Tfal huwa fil-fatt ukoll ir-Reġistratur skont l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni għall-Protezzjoni tal-Minuri. Dan ifisser illi d-Direttur irid iżomm b’mod sikur u aġġornat dan ir-reġistru.

Irid ukoll jaġġorna dan ir-reġistru skont l-ordnijiet mogħtija mill-Qrati u mit-Tribunali ta’ Malta kif ukoll kwalunkwe Qorti kompetenti oħra. Id-Direttur irid ukoll jipproċessa talbiet għar-rilaxx ta’ ċertifikati ta’ kondotta nadifa fir-rigward ta’ abbuż ta’ minuri.

Irid ukoll jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex iżomm ir-reġistru sikur skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data. Qegħdin ukoll nipproponu li d-Direttur ikollu s-setgħa li jitlob l-informazzjoni minn entitajiet fir-rigward taż-żamma tar-Reġistru. Kif qegħdin taqraw, tifhmu kemm hemm obbligi f’dan il-qasam u wkoll kemm hemm responsabbiltà f’dak li huwa ħarsien. Ukoll, f’dawn il-funzjonijiet, qegħdin naraw li hemm bżonn il-kollaborazzjoni ta’ diversi entitajiet sabiex ix-xogħol ta’ dan id-Direttorat ikun iffaċilitat. Il-qofol u l-importanza f’dan kollu huwa li nżommu t-tfal fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni li nieħdu. Tajjeb illi ngħid li fl-iżvilupp tat-tfal, ftit jiem jafu jagħmlu differenza kbira. Għaldaqstant, il-ħin fejn jidħlu dawn il-kwistjonijiet huwa imprezzabbli u ma jistax jiġi kkalkulat bl-istess mod ta’ kif nikkalkulaw il-ħin fostna l-adulti.

Punt ieħor importanti f’dan ir-rigward huwa il-protezzjoni tad-data fejn jidħlu t-tfal. Dak kollu li huwa kunfidenzjali rridu naraw li jibqa’ kunfidenzjali. Huwa inutli li nkunu għamilna ħafna xogħol jekk ikun hemm informazzjoni li tasal fejn ma għandhiex tasal. Huwa essenzjali li dan il-punt ikun ċar ta’ kif tintuża u minn min għandha tintuża informazzjoni li hija tant sensittiva. Huwa importanti ferm li nidħlu fid-dettal tagħha u għaliex din il-liġi daħlet fis-seħħ.

Għalhekk huwa tajjeb li nifhmu x’inhi l-importanza tal-protezzjoni li toffri din illiġi fejn tidħol il-protezzjoni tad-data u informazzjoni oħra. Fejn jidħlu t-tfal m’hemmx kompromessi.

Il-bżonn ta’ taħriġ u żvilupp professjonali kontinwu huwa essenzjali. L-importanza tattaħriġ f’dan ir-rigward huwa fundamentali. Huwa importanti li wieħed joqgħod attent ħafna u li jkun jaf jiddistingwi r-rwoli differenti tal-profess- jonisti f’dawn l-oqsma.

Apparti dan id-dettall u l-fatti li ktibt sabiex ikollna għarfien f’dan kollu, irrid ukoll insemmi l-inċentivi b’saħħithom li qed jagħti l-Gvern fejn jidħlu t-tfal. Apparti minn żieda kontinwa fil-children’s allowance, u l-proviżjoni ta’ kull bżonn għat-tfal li għandhom bżonnijiet fl-iskejjel tagħna, rajna wkoll sinjal ċar li post it-tfal kemm jista’ jkun huwa fi ħdan il-familja.

Għaldaqstant, rajna żieda fl-allowances għall-foster carers li rrid ngħid jgħaddu minn skrutinju sewwa qabel ma dawn jiġu fdati b’dan l-inkarigu. Rajna wkoll żieda fl-allowances għal min jiddeċiedi li jaddotta t-tfal.

Minn qalbi nsellem b’mod partikolari lis-sorijiet li jagħmluha ta’ ġenituri għal bosta tfal fi djar residenzjali u nirringrazzjahom tax-xogħol li jagħmlu b’ tant u tant imħabba u għożża.

Minbarra dan kollu naċċenna li għandna nkunu aħna ta’ spalla sabiex lit-tfal nagħmluhom tassew iċ-ċentru tad-deċiżjonijiet illi jikkonċernaw lilhom. Ser inkunu aħna stess li nkomplu ntejbu l-liġijiet tagħna b’mod kontinwu kif qegħdin nagħmlu sabiex kulħadd iħossu parti minn din is-soċjetà tagħna, li fl-aħħar mill-aħħar huwa dritt ta’ kulħadd.

This article is from: