2 minute read

MEDJA TA’ 50 PERSUNA RIKOVERATI B’ATTAKK TAL-ĠEBLA KULL XAHAR

F’Malta, il-ġebel fil-kliewi huma l-aktar problema uroloġika komuni fid-dipartiment ta’ l-emerġenza, fejn kull ġimgħa jkun hemm madwar 32 każ. Minn dawn, madwar 50 pazjent fix-xahar jiddaħħlu l-isptar għal aktar trattament fosthom intervent kirurġiku u b’kollox, f’Malta l-uroloġisti jwettqu madwar 600 proċedura fis-sena sabiex ineħħu l-ġebel mill-kliewi.

Dan ħareġ waqt konferenza organizzata minn Vivian Corporation li ddiskutiet it-trattament u l-immaniġġjar tal-ġebla fil-kliewi. L-attività saret sabiex ikun imniedi l-ewwel prodott ta’ Devicare f’Malta, prodott maħsub għall-prevenzjoni sekondarja tal-ġebla fil-kliewi kif ukoll għall-prevenzjoni wara operazzjoni.

Advertisement

F’dak li għandu x’jaqsam mal-ġebla fil-kliewi, Malta tiffaċċja diversi sfidi, fosthom limitazzjonijiet fl-analiżi talġebla u nuqqas ta’ informazzjoni kwantitattiva. Minħabba l-fatt li ċerti testijiet għadhom isiru barra minn Malta, hemm nuqqas ta’ data marbuta malepidemoloġija u l-ġenetika, waqt li kliniċi tan-nefroloġija u l-uroloġija diġà mħabbtin ħafna. Minbarra dan, għad hemm ħafna nuqqas t’għarfien dwar din il-kundizzjoni u kif tista’ tiġi evitata.

Għaldaqstant, teżisti statistika li turi kif 70% ta’ dawk li jbatu bil-ġebla fil-kliewi kellhom inaqqsu x-xogħol tagħhom b’50%, filwaqt li 32% esperjenzaw disfunzjoni sesswali. “Ħafna pazjenti għadhom ma jafux li sakemm il-ġebel fil-kliewi ma jkunx kbir tant li jkun hemm bżonn li jitneħħew b’operazzjoni, il-kumplikazzjoni ta’ ġebla fil-kliewi hi xi ħaġa li tista’ tkun immaniġġjata mingħajr il-ħtieġa ta’ intervent kirurġiku,” spjegat Daniela Magro, Urology Business Unit Lead ta’ Vivian.

“Għalkemm dan in-numru mhuwiex daqshekk għoli meta mqabbel ma’ ċifri f’pajjiżi oħrajn, din il-kundizzjoni xorta tfisser uġigħ għall-pazjent, meta dan jista’ faċilment ikun evitat, biex ma nsemmux il-kura u t-trattament fl-isptar li jkompli jkun ta’ iżjed piż fuq is-sistema tas-saħħa,” kompliet Magro.

Tajjeb tkun taf …

■ Xi kultant jiffurmaw bħal kristalli fid-demm u dawn jinġabru fil-kliewi. Biż-żmien, dawn jinġemgħu u jiffurmaw f’ħaġa solida li tissejjaħ ġebla tal-kliewi.

■ Il-ġebel fil-kliewi jistgħu jinġemgħu f’kilwa jew fit-tnejn u, ħafna drabi, jaffettwaw persuni ta’ bejn it-30 u s-60 sena, b’possibbiltà ta’ wġigħ kbir.

■ Ħafna mill-ġebel fil-kliewi jkun żgħir ħafna u jgħaddi mill-ewwel bla bżonn ta’ xi intervent, iżda meta jkunu kbar, ikollhom bżonn jitkissru bl-użu ta’ proċeduri differenti skont il-bżonn. Xi kultant ikun hemm bżonn ta’ keyhole surgery biex il-ġebliet jitkissru b’mod dirett.

■ Biex tevita l-ġebel fil-kliewi, ixrob kemm jista’ jkun ilma (2/3 litri kuljum) biex iżżid il-volum tal-awrina u traqqaqha kemm jista’ jkun. Naqqas l-ammont ta’ sodju, proteini u oxalate, billi żżomm ammont kostanti ta’ kalċju (madwar 1g kuljum) u b’eżerċizzju regolari.

Corporation. Devicare hi kumpanija bijoteknika Spanjola li diġà hi preżenti f’65 pajjiż fejn tiżviluppa trattamenti mediċi fil-qasam tal-uroloġija.

“Fi Spanja, il-patoloġija tal-uroloġija marbuta mal-ġebel fil-kliewi taffettwa lil iżjed minn 2.2 miljun persuna, minbarra t-325,000 każ ġdid kull sena skont ċifri maħruġa mill-Ministeru għasSaħħa Spanjol,” żied jgħid Rosendo Garganta, il-Fundatur u Kap Eżekuttiv ta’ Devicare li kien f’Malta għat-tnedija uffiċjali lokali tad-ditta.

iżjed tagħrif mediku u ħajja aħjar,” żied Garganta.

Il-prodotti ġodda għat-trattament tal-ġebel fil-kliewi, Lit-Control®, huma maħdumin b’mod speċjali skont it-tip ta’ ġebla li jista’ jkollu l-pazjent.

Lit-Control pH Balance inaqqas iċċans ta’ tkabbir ta’ calcium crystal fl-awrina, Lit-Control pH Up inaqqas it-tkabbir uric acid crystal u jżid il-pH fl-awrina, filwaqt li Lit-Control pH Down inaqqas l-iżvilupp ta’ struvite crystal u jnaqqas ukoll il-pH fl-awrina.

L-attività, li għaliha attendew grupp ta’ madwar 35 uroloġista, nefroloġista u esperti fid-dieta, serviet ta’ introduzzjoni għall-kumpanija Devicare li issa hi rappreżentata f’Malta minn Vivian

This article is from: