4 minute read
X’INHU GVERN LOKALI?
ħol tal-Assoċjazzjoni, wieħed jista’ jżur il-paġni diġitali www.lca.org.mt u www. ilkunsill.com.
Kif tista’ tkun kunsillier effettiv?
Advertisement
Uħud ilhom jikkontestaw l-elezzjonijiet lokali għal diversi snin. Oħrajn jistgħu jkunu relattivament ġodda, filwaqt li wħud se jikkontestaw għall-ewwel darba f’Mejju tal-2024, meta pajjiżna jkollu l-elezzjonijiet lokali li jmiss.
Anki kunsilliera kurrenti jkun jeħtiġilhom li kultant jirrevedu ftit il-mod ta’ kif ħadmu fis-snin passati u jekk hemmx bżonn jibdlu l-approċċ tagħhom.
Sur Editur, Kemm ħadt gost nisma’ lill-Prim tagħna, il-Ħamis li għadda! Kemm kien b’saħħtu fi kliemu. Faqgħu l-Parlament. Hekk għedtilha lil Melda tiegħi, li kellna bżonnu diskors imqanqal hekk. U mela banana jew! X’kull waħda.
Prim, sewwa għamilt. Issa avolja diġà xbajt tispjega, imma ma’ dawn l-intamati, trid tispjega, tispjega u terġa’ tispjega. Għax anki s-sewwa magħruf idawru u jħarbtu. U tinduna li kont qed tikxfilhom il-qerq u l-gideb ta, għax seduta sħiħa jgħajtu għajjat isteriku għamlu. Ummi ma xi dwejjaq fihom.
Gvern Lokali huwa l-eqreb awtorità tar-resident. Jieħu deċiżjonijiet li bl-aktar mod dirett jaffettwaw il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħna. Kunsill Lokali mhux biss kunsill għar-residenti iżda tal-kommunitajiet differenti, inklużi dawk tan-negozju, ta’ minoranzi u kulturi differenti. Irridu ngħidu li l-elezzjonijiet lokali huma l-akbar eżerċizzju demokratiku li jseħħ f’kull pajjiż demokratiku. Dan għaliex filwaqt li elezzjoni nazzjonali teleġġi 79 membru rappreżentattiv fuq bażi nazzjonali, l-istess numru ta’ votanti f’elezzjonijiet lokali jeleġġu aktar minn 460 rappreżentant lokali. Dan fi spirtu ta’ tħaddim tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u d-deċentralizzazzjoni, hekk kif spjegat fid-dettall fiċ-Charter tal-Kungress Ewropew għall-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali.
Ir-rwol prinċipali tal-Kunsilli Lokali u Reġjonali jibqa’ dak li jaħdmu ma’ stakeholders u msieħba soċjali oħra.
L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali
Il-membri tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali huma l-membri eletti lokali, filwaqt li l-Eżekuttiv tagħha jiġi elett fi proċess ta’ elezzjonijiet li fihom jipparteċipaw il-membri eletti lokali.
Ix-xogħol primarju tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali huwa li tassigura li l-Gvern Lokali f’pajjiżna jkun b’saħħtu, kredibbli u li jwassal il-vuċi kemm tal-Kunsilliera eletti kif ukoll tar-residenti li nirrappreżentaw. L-għan tagħna huwa li ninfluwenzaw l-aġenda politika lokali fuq materji li nistgħu naħdmu fuqhom u li nemmnu li jistgħu jagħmlu differenza fil-kwalità tal-ħajja tan-nies.
Fil-fatt, lura fl-2019, l-Assoċjazzjoni
Kunsilli Lokali nediet il-viżjoni tagħha, Resident First – Better Quality of Life, li hija bbażata fuq erba’ pilastri ewlenin. Dawn huma mobbiltà sostenibbli, spazji miftuħa, ambjent urban u bliet u rħula intelliġenti. Din hija xi ħaġa li llum qed jitkellem dwarha kulħadd.
L-impenn tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali jibqa’ dak li tagħti sostenn prattiku sabiex l-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali jibqgħu jesploraw u japprofittaw minn opportunitajiet li jġibu progress fil-komunitajiet tagħna.
Għal aktar informazzjoni dwar ix-xog-
Dawk ġodda, ser jibdew jirrikonoxxu aktar id-diversi aspetti li wieħed irid jaħdem fihom sabiex ikun kunsillier effettiv. Speċjalment fil-bidu, kunsilliera ġodda jsibuha diffiċli sakemm isibu saqajhom. Anki għaliex il-partiti ewlenin, jonqsu milli jħarsu lejn il-kwalità u aktar iħarsu lejn in-numri ta’ voti li dak l-individwu jista’ jiġbed.
Anki għaliex hemm vojt fejn jidħol taħriġ għall-kandidati, sabiex jekk effettivament jiġu eletti, dawn ikunu jistgħu jibdew jaħdmu mill-ewwel. Għaldaqstant, l-istil ta’ approċċ li wieħed jaddotta, huwa strumentali sabiex jibda fuq sieq tajba mill-bidu.
X’inhu r-rwol ta’ kunsillier?
Kunsillier għandu numru ta’ responsabbiltajiet li jrid iżomm f’moħħu jekk verament irid jagħmel differenza pożittiva, Uħud huma:
(i) Imexxi u jiżviluppa strateġiji u pjan għal-lokalità tiegħu u jassikura bilanċ bejn il-bżonnijiet differenti tar-residenti u l-lokalità, filwaqt li jidentifika l-prijoritajiet li l-Kunsill Lokali għandu jaħdem fuqhom.
(ii) Jassikura li jkun hemm akkontabbiltà demokratika għas-servizzi pubbliċi offruti u li dawk li jipprovdu servizz lill-Kunsill, ikunu akkontabbli u jipprovdu l-aħjar valur miżjud għal dak li jkunu qed jitħallsu għalih.
(iii) Jinvolvi fil-ħidma tiegħu stakeholders ewlenin sabiex iġib lil kulħadd flimkien sabiex jiġu indirizzati sfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali.
(iv) Isegwi dak li jkun qed jiġri fil-Kunsill Lokali, partikolarment jassikura li jkun hemm skrutinju tajjeb fuq il-ħidma, il-pjanijiet, id-deċiżjonijiet, l-effiċjenza u l-infiq tal-Kunsill Lokali.
(v) Flimkien ma’ sħabu jaġixxi bħala mexxej lokali f’sens li jiffaċilita l-parteċipazzjoni tar-residenti, tal-komunità tan-negozju, ta’ għaqdiet lokali u oħrajn, sabiex dawn ikunu parti mid-deċiżjonijiet meħuda u jirrenja aktar is-sens ċiviku fil-lokalità.
(vi) Jaħdem flimkien ma’ sħabu sabiex flimkien jassiguraw li joħolqu ambjent dejjem isbaħ u aħjar li l-komunità tkun tista’ tgħix fih.
Wieħed irid ifakkar li kunsillier għan du dejjem jaġixxi b’mod trasparenti, responsabbli, inklużiv u ġust.
Dażgur li jkunu isteriċi. U jippruvaw itellfu lill-Prim tagħna milli jitkellem. Għax il-bużżieqa li nefħu fuq din tal-isptarijiet, infaqgħet f’wiċċhom. Għax nefħu, u nefħu u nefħu fiha ta! U ħadu rikba minn fuq dak li għamlulu bħal Ġulju Ċesri. L-ewwel daħħlulu l-istalletti f’dahru, u mbagħad daru miegħu jinċensawh. Ja qatta ipokriti li huma. Di natura u bil-pedigree.
Taf x’ħadt gost ukoll, Sur Editur? Meta l-Prim tagħna qal lil Adrian id-Delia biex joqgħod attent minn ta’ ħdejh. U sewwa qallu. U ħdejh min kien hemm? Dak li ma’ ħuh jaħsbu li huma l-Gran alla. Karol l-Aquilina. Insulta lill-Prim tagħna, ja patetiku li hu. Għandu biex jinsulta wkoll! Miskin. Ma nafx kif jissaportuh ta’ madwaru jien.
U xi tgħid għal Ġulju Adrian id-Delia Ċesri? Mela xħin il-Prim tagħna beda jikxef il-gideb tiegħu, dan id-Delia beda jgħajjat li l-Prim għandu jirtira dak li qal, qallu li gideb. Issa l-Prim beda jikkwota fejn gideb Delia fl-argumenti li għamel, u kull darba d-Delia beda jgħajjat u b’furja ma riedx iħalli lill-Prim tagħna jitkellem.
Dak li huma dawn in-Nazzjonalisti. Iridu jirbħu billi jipprovokaw. Għax hekk magħmulin, bla sustanza. U biex mingħalihom iġibuha favurihom, jipprovokaw biex ikun hemm xi ħadd minn tagħna jaqa’ għall-provokazzjoni. U ħallihom u mbagħad, ipeċilqu li aħna ħamalli, vjolenti u marmalja.
Taf min hu marmalja, Sur Editur? Min mexa wara l-Prim tagħna wara s-seduta Parlamentari, jipprovokah u jissottah. Bħalma għamel dak li qatt ma bbrilla meta kien segretarju ġenerali tagħhom, Pawlu l-Borg Olivier. Kiesaħ ieħor dan, li jekk jgħolli abtu, jistordi bir-riħa li jxomm. Mhux tal-għaraq ta, għax qatt ma qatta’ blat dan l-għaref.
U mbagħad kont qed inqalleb u rajt filmat li kexkixni, Sur Editur. Anzjani quddiem il-Parlament, jobżqu lill-ġurnalisti tal-istazzjon tagħna. Kelli narah darbtejn, tlieta l-filmat, għax lanqas ridt nemmen lil għajnejja. Issa nara jkunx hemm xi ħadd li jikkundannahom lil dawn! Għandhom għalfejn ukoll! Jafu ħajjithom lill-Gvern tagħna dawn. Għax kieku ma kienx il-Labour, kieku la għandhom pensjoni u lanqas kellhom żieda fuq żieda fil-pensjoni. Ġibniehom nies u minfuq jobżqulna. Puuu għal wiċċhom!
Ipokriti dak li huma. Bħall-ipokrisija grassa li ħarġet mal-mewt tal-mibki Edwin tagħna. Missier Karen. Ħallewh ħajtu kollha jittama li xi darba jkun magħruf is-sewwa dwar min qatel lil bintu. U miet mingħajr ma saret ġustizzja miegħu, Alla jagħtih il-glorja tal-ġenna.
Imbasta Eddie! Eddie! Eddie! kien qal li jaf min qatel lil bintu. Imma qatt ma’ sab il-boċċi biex jgħid il-verità. Issa too fakin late.
U wara mewtu, niftaħ it-tħarbixa ta’ gazzetta tagħhom u nsib ritratt ta’ Edwin tagħna u miegħu kitba li l-PeNe sellem il-memorja ta’ Edwin Grech. Ja oqbra mbajda!
U neputih, Bernard il-Grech qal li Edwin tagħna kien il-persuna li ispirah. Ispirah? Ma tgħallimx mill-umiltà u mill-imħabba li Edwin tagħna kellu għall-proxxmu tiegħu, imma ta!
Skużani Sur Editur illum! Imma ma niflaħx narahom quddiem għajnejja lil dawn l-intamati. Ħodor u vendikattivi ma’ tagħhom stess, aħseb u ara magħna. Alla jilliberana milli jerġgħu jkunu filgvern, Sed libera nos a malo. Amen.
Ħa mmur nibla’ waħda tal-pressjoni, ara.
Għad-dieħla!