1 minute read

NOFSTANHAR FIL-PARK

Mijiet jiltaqgħu mal-Prim Ministru fil-Park ta’ San Klement, li minn żona abbandunata u t’abbuż ġiet ikkonvertita fi spazju miftuħ u ta’ rikreazzjoni għall-familja kollha

Għad-dell tas-siġar, f’ambjent naturali qrib il-komunitajiet ta’ Ħaż-Żabbar u l-madwar, il-Park ta’ San Klement illum joffri spazju miftuħ sigur fejn wieħed imur jirrilassa u jgawdi ftit ħin tal-mistrieħ mal-familja tiegħu.

Advertisement

Il-post kompla jiġi rriġenerat u mkabbar fl-aħħar xhur bħala parti mill-impenn tal-Partit Laburista mill-Gvern li jinvesti aktar fi spazji miftuħa. Sal-2020 kien għadu suxxettibbli għal diversi abbużi, minn rimi irresponsabbli ta’ skart goff għal lok ta’ teħid tad-drogi, li allura kien jagħmlu post mistkerrah minn ħafna.

Iżda tliet snin ilu, il-Gvern ħaseb biex din iż-żona mitluqa u żdingata daqs erba’ grounds tal-futbol, magħrufa wkoll bħala l-Foss ta’ Ħaż-Żabbar, inbidlet f’park għall-familja b’investiment ta’ €600,000.

Dakinhar il-post ġie mgħammar minn Parks Malta b’sistema ta’ kameras tas-sigurtà biex ikun żgurat li ż-żona tibqa’ mħarsa, waqt li tħawlu madwar

2,200 siġra u pjanti indiġeni, b’sistema moderna ta’ tisqija.

Ix-xahar li għadda, imbagħad, sar investiment ulterjuri fuq il-post ta’ aktar minn 2,000 metru kwadru biex dan il-park, li sar popolari mar-residenti, ikompli jitgawda. Wara xogħol ta’ riġenerazzjoni minn Project Green, tħawlu aktar minn 250 siġra u arbuxell oħrajn, filwaqt li sar trattament mal-ħajt tal-ground tal-futbol biex jitħaddar ukoll. Minbarra hekk tneħħew l-ispeċi invażivi u tpoġġew bankijiet magħmulin minn materjal sostenibbli.

Bħala parti mill-wegħda l-ġdida tal-Gvern Laburista li jinvesti €700 miljun fi spazji miftuħa u t-twelid tal-aġenzija Project Green, ir-riġenerazzjoni tal-Park ta’ San Klement se jkunu qed igawdu minnu madwar 11,000 resident, li se jkollhom aċċess għalih f’inqas minn għaxar minuti mixi minn fejn jgħixu.

Sadanittant f’ambjent informali, nhar il-Ħadd li għadda, il-Prim Ministru Robert Abela u l-familja tiegħu ltaqgħu u tkellmu ma’ dawk li żaru l-attività organizzata mill-Partit Laburista fl-istess park. Għar-rispons pożittiv dwar dan il-park, il-Prim Ministru nnota kif dan hu wieħed minn diversi proġetti li saru u mill-ħafna li għadhom iridu jsiru hekk kif il-Gvern qed jagħti prijorità akbar minn qatt qabel lill-ispazji fejn wieħed imur jgħaddi ftit tal-ħin ’il bogħod mill-ħajja impenjattiva ta’ kuljum. Inno ta kif ir-ritmu tajjeb li nqabad fl-aħħar xhur se jkun qed jiżdied fiż-żmien li ġej, hekk kif il-Gvern għadu biss fl-ewwel sena minn ħamsa ta’ din il-leġiżlatura l-ġdida.

Din l-attività wkoll ippromwoviet l-artiġjanat Malti, is-sostenibbiltà u s-separazzjoni tal-iskart, fost oħrajn. Waqt li t-tfal setgħu jiddevertu f’attiv itajiet li ġew organizzati speċifikament għalihom, il-ġenituri u n-nanniet segwew jew ħadu sehem f’logħob tradizzjonali Malti, fost oħrajn.

This article is from: