2 minute read
ELSA ROMEI IRTIRAT MIX-XOGĦOL U MID-DRAMA, U DDEDIKAT RUĦHA GĦALL-PITTURA
Il-personalità tal-lum, probabilment in-nies ta’ ċerta età jiftakruha żgur, kemm fuq id-drammi lokali bħala attriċi, kif ukoll fuq it-televixin u r-radju. Qed nirreferi għal Elsa Romei.
Għalkemm twieldet L-Eġittu għexet Malta minn meta kellha 11-il sena, l-ewwel il-Furjana u wara li żżewġet il-Fgura. Twieldet fid-29 ta’ Diċembru 1940 il-Kajr minn omm Maltija u missier Taljan li minnu ġej il-kunjom Romei.
Advertisement
Tgħid li diffiċli wieħed jiddeskrivi lilu nnifsu. “Għad li għandi 82 sena, inħobb nieħu ħsieb ta’ kif nidher, kif ukoll ta’ saħħti. Nipprova nkun pożittiva u nara t-tajjeb fil-bnedmin u fiċ-ċirkostanzi. Kultant mhux faċli, imma l-ħajja tant hi qasira u allura għaliex ma nippruvawx ingawduha,” bdiet tgħidli Elsa.
Mid-drama, televixin u radju, għall-arti biss
Fil-passat konna nsegwu lil Elsa bħala attriċi fuq diversi drammi lokali, kienet ukoll preżentatriċi kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televixin, u forsi ftit li xejn jafu li hija wkoll artista. “Iva, hekk hu. Fil-passat kont attiva ħafna fit-teatru, televixin u radju. Ippreżentajt u pproduċejt kemm programmi ta’ divertiment kif ukoll kulturali. Dan kollu waqt li kont għalliema u rabbejt famil- ja. Imma ftit jafu li l-pittura minn dejjem kienet ġo demmi.
Missieri kien pittur u għad li ma nafux għax il-ġenituri tiegħi isseparaw ftit wara li twelidt, l-arti kienet parti minni. Kont dejjem inpitter u wara li rtirajt mix-xogħol, kif ukoll mid-drama, iddedikajt ruħi għall-pittura. Attendejt korsijiet u ppru- vajt diversi stili ta’ arti u għadni s’issa nesplora triqat ġodda. Għalkemm kollox jinteressani, nippreferi l-arti figurattiva. Uċuħ u iġsma li jgħidu storja u jistednuk biex tikkomunika magħhom.”
Fil-fatt, id-drama kienet dejjem tinteressha. Għamlet snin twal tirreċta u kienet prominenti f’uħud millaqwa produzzjonijiet li kienu
Fil-passat kont attiva ħafna fit-teatru, televixin u radju. Ippreżentajt u pproduċejt programmi kemm ta’ divertiment kif ukoll kulturali. Dan kollu waqt li kont għalliema u rabbejt familja. Imma ftit jafu li l-pittura minn dejjem kienet ġo demmi ttellgħu f’dawk is-snin. Fost id-diversi produzzjonijiet televiżivi li ħadmet fihom niftakru L-Ewwel Jien , Triq Waħda u Undercover . Illum il-ġurnata qed tiffoka biss fuq l-arti.
Esibizzjoni personali f’April li ġej
Tant hu hekk li f’April li ġej ser ittella’ esibizzjoni tal-arti tagħha fil-Kunsill Lokali talBelt Valletta, bl-isem Drama on Canvas. Ħallejt f’idejha sabiex tgħaddili aktar informazzjoni dwar din l-istess esibizzjoni tagħha.
“F’din il-wirja għaqqadt flimkien id-drama mal-arti, billi ħloqt xogħol li huwa kontinwazzjoni ta’ dak li forsi nikkunsidraw bħala drama, imma fuq it-tila. Fil-fatt, semmejtha Drama on Canvas Il-pubbliku jista jattendi mit2 sal-5 t’April, mill-għaxra sa nofsinhar filgħodu u mill-erbgħa sas-sebgħa ta’ filgħaxija. Din il-wirja fiha xogħlijiet ta’ xi snin ilu, kif ukoll l-iktar riċenti li ħafna minnhom saru waqt il-pandemija.”
Peress li Elsa hija mwielda l-Eġittu, fit-tfulija tagħha kienet għamlet tliet snin il-Kajr sa ma kellha seba’ snin. Il-familja tagħha ġiet Malta għal ftit żmien imbagħad marru l-Italja. Minn hemm telqu lejn l-Urugwaj. Dan l-istess vjaġġar fi tfulitha kien wassalha biex titgħallem bosta lingwi. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar dwar dan.
“Mil-lat personali xi nies jiskantaw meta ngħidilhom li minn tifla żgħira kont nitkellem erba’ lingwi - Malti għax oriġini Maltija, Taljan għax oriġini Taljana, Franċiż għax l-Eġittu fejn twelidt u għext sa seba’ snin kienet mitkellma mill-Ewropej li kienu jgħixu hemm, u Ingliż għax in-nannu dejjem kellu f’moħħu li niġu Malta għalhekk kien jgħallimni hu.
Minn meta kelli tmienja sa ħdax-il sena għexna l-Urugwaj u hemmhekk tgħallimt l-Ispanjol. Kemm jiftħu orizzonti li tgħix u żżur diversi pajjiżi ta’