3 minute read

PM: MESSAĠĠ TA’ SERENITÀ U GĦAQDA NAZZJONALI

Quddiem dan l-aġir il-Prim Ministru Robert Abela tkellem fuq ONE Radio lbieraħ fejn qal li l-Gvern se jibqa’ jibgħat messaġġ ta’ serenità u għaqda nazzjonali. “Aħna tassew li nemmnu f’Malta Flimkien, u għalhekk nappella għall-kalma quddiem il-provokazzjoni li l-Oppożizzjoni wriet ġewwa l-kamra u wara li spiċċa d-dibattitu barra l-kamra wkoll. Għandna ħafna xogħol x’nagħmlu u dak ix-xog ħol nistgħu nibqgħu nwet tquh jekk il-pajjiż jibqa’ kalm u seren kif inhu,” qal il-Prim Ministru Robert Abela.

“Il-Ħamis filgħaxija kellna dibattitu fejn rajna Oppożizzjoni li rrappreżentat kif dibattitu m’għandux ikun.

Advertisement

Oppożizzjoni li minn għaxar snin ilu ’l hawn baqgħet ma nbidlet xejn.”

Il-Prim Ministru en fasizza l-arroganza tipika tal-Oppożizzjoni li baqgħet ma nbidlet qatt minkejja l-messaġġ wieħed wara l-ieħor li bagħtilha l-poplu. Hu qal kif fid-diskors tiegħu fil-Parlament spjega l-fatti kif inhuma dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet u mhux l-ispin li qed tipprova tgħaddi l-Oppożizzjoni.

“Aħna tkellimna dwar is-soluzzjonijiet u t-triq ’il qud- diem. Mill-Oppożizzjoni rajna tgħajjir, tisbit, konfront u xejn iżjed. Kont nippretendi li f’mozzjoni mqajma mill-istess Oppożizzjoni li tersaq imqar bi proposta waħda pożittiva dwar it-triq ’il quddiem,” tenna l-Prim Ministru, waqt li saħaq ukoll kif dan il-Gvern se jibqa’ jibgħat messaġġ ta’ serenità u għaqda nazzjonali u jibqa’ jappella għall-kalma quddiem il-provokazzjoni tal-Oppożizzjoni.

Noffru l-aqwa servizz tas-saħħa

“Se nibnu bi prijorità sptar ġdid f’Għawdex immexxi mill-Gvern ta’ Malta u s-servizzi ta’ natura medika ta’ kura akuta għandu jmexxihom ukoll il-Gvern,” qal il-Prim Ministru meta ttratta l-kwistjoni tal-konċessjoni tal-isptarijiet. Hu saħaq ukoll li jekk saru xi pagamenti tul il-konċessjoni kemm lil Vitals jew lil Steward li ma ngħatax lura korrispettiv għalihom, se tkun qed issir azzjoni legali mill-Gvern biex nirkupraw dak l-ammont jekk Steward tirrifjuta li tħallsu. “Ktibt ukoll lill-Awditur Ġenerali u tlabtu jagħmel l-indaġni tiegħu. Diġà għamel żewġ rapporti u jinsab fit-triq lejn il-pubblikazzjoni tat-tielet rapport biex jagħmel din l-investigazzjoni u jara dak li qed tallega l-Oppożizzjoni li l-Gvern ta’ Malta ħallas €400 miljun li tiegħu ma ngħata lura xejn, issa l-Awditur Ġenerali se jara dawk isservizzi kollha li ngħataw, jara l-investiment li twettaq minn Steward u jekk jirriżultaw xi diskrepanzi, allura jsir kif għamilna fil-kwistjoni tattaxxa diġà, fejn kellek kwistjoni ta’ arretrati ta’ taxxi dovuti minn Steward, il-Kummissarju tat-taxxi ħa l-azzjoni meħtieġa fl-interess nazzjonali.”

Robert Abela semma wkoll kif għadu kemm għalaq it-terminu tal-appell wara rikors li kien għamel il-Gvern biex minn

30 jum, jonqos għal 20 jum biex tiġi stabbilita ċertezza dwar din il-konċessjoni u kif se tkun qed issir talba biex il-Qorti tisma’ dawn l-appelli b’urġenza.

“Is-serħan il-moħħ li tajt u li qed nerġa’ nagħti hu li l-awtoritajiet tas-saħħa jinsabu f’qagħda li mill-ewwel jieħdu lura s-servizz f’idejhom u meta jseħħ, se jkollna ‘a seamless transition’ u se jingħata servizz tas-saħħa ta’ eċċellenza li hu magħruf għalih is-settur mediku ta’ pajjiżna.”

Il-Prim Ministru assigura wkoll li l-Gvern se jkun f’pożizzjoni soda fil-konfront ta’ Steward, l-istess pożizzjoni li ntweriet mill-Gvern fl-aħħar tliet snin. Hu qal ukoll kif dan il-Gvern m’għamilx bħall-Gvern Nazzjonalista li fil-proġett tal-bini tal-Isptar Mater Dei ta ħelsien mill-obbligi lill-kumpanija li kienet qed tibni l-isptar fejn kellek kumpanija Żvediża bl-isem ta’ Skanska li rriżulta li bniet b’konkos li hu difettuż u bniet binja li ma kinitx tiflaħ piż strutturali ieħor fuqha u meta l-Gvern induna b’dawk in-nuqqasijiet kollha, flok ipproteġa l-interess nazzjonali, mar għall-iffirmar li bihom ta l-ħelsien lil Skanska milli qatt tista’ tiġi mfittxija u investigata fejn il-konsulent legali kien Adrian Delia (ara rapport f’paġna 4).

Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ dak li mhux kredibbli u l-Gvern wera kemm hu mħejji għat-triq ’il quddiem u mħejji b’soluzzjonijiet biex din il-kwistjoni tiġi magħluqa u jibqa’ jkun hemm servizz ta’ saħħa eċċellenti kif jixraq lill-Maltin u l-Għawdxin.

Kuraġġużi fit-teħid tad-deċiżjonijiet

Waqt l-istess intervista fuq ONE Radio, Dr Abela spjega kif saru l-aqwa deċiżjonijiet ta’ sapport li ngħataw lill-familji u lin-negozji fil-kontijiet tad-dawl, deċiżjonijiet biex inżammu stabbli l-prezzijiet tal-fuel fejn permezz ta’ dawn id-deċiżjonijiet, l-ekonomija ta’ pajjiżna setgħet baqgħet tikber.

“Fl-aħħar sena kellna l-opportunità naħdmu kemm nifilħu biex inwettqu kull miżura tal-manifest Malta Flimkien li l-poplu tana l-fiduċja biex l-1,000 proposta nikkonvertuhom f’1,000 kisba għal pajjiżna. Dik hija d-direzzjoni li tajna lill-poplu, direzzjoni li llum qed naqtgħu ħafna frott pożittiv minnha.”

Il-Prim Ministru semma numru ta’ inizjattivi li wettaq dan il-Gvern fl-aħħar snin li għamlu differenza fil-ħajja tan-nies.

Il-Prim Ministru semma wkoll kif dawn il-miżuri huma katina ma’ għadd ta’ miżuri oħrajn li diġà tħabbru fl-aħħar xhur.

This article is from: