2 minute read

U MAĦMUĠ”

L-esponent ta’ Repubblika u l-Eks Chief of Staff tal-Ministru Austin Gatt, Manuel Delia, infexx jgħajjar lill-Perit Duminku Mintoff bħala miġnun u maħmuġ. Il-moħħ wara l-Arriva, ipprova jirredikola lill-Eks Prim Ministru Laburista u rrefera għalih bħala persuna mħawda … fi kliemu “a flailing walking stick”.

Fi sfond ta’ dawn l-aġġettivi dispreġġjattivi, l-eks kandidat Nazzjonalista qal li l-Perit Mintoff ma kienx denju bħala rappreżentant Malti fil-fora internazzjonali, l-istess bħalma qal għall-Eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici li kompla billi rrefera għalih bħala miġnun.

Advertisement

Ma kinitx l-ewwel darba li Delia, wieħed mill-ewlenin tal-establishment Nazzjonalista, jinfexx f’dawn l-attakki, sintomu tal-arroganza li tirrenja fil-Partit fl-Oppożizzjoni. Arroganza li wkoll qed twassal għal aġir inaċċettabbli, bħal dak li kien hemm quddiem il-Parlament nhar il-Ħamis filgħaxija minn partitarji u esponenti tal-Partit Nazzjonalista.

Fost oħrajn, wieħed fil-folla nfexx jobżoq f’wiċċ il-ġurnalisti ta’ ONE, inċident li ġiegħel lill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) iħeġġeġ lill-Pulizija biex tieħu azzjoni.

ADRIAN DELIA: għaxar snin jiddefendi l-interessi tal-kumpanija Skanska, responsabbli mill-konkos difettuż fl-Isptar Mater Dei

Sejħa għall-Offerti għal 8 liftijiet

Rif. SPD4/2023/020

Sejħa mill-ġdid għall-offerti għall-Provvista, Installazzjoni u Kkummissjonar ta' tmien (8) Liftijiet inkluż iż-żarmar ta’ liftijiet eżistenti u disinn, manifattura, provvista u installazzjoni ta' tlett lift hoistway bi struttura tal-ħadid (Awtorita’ tad-Djar, EU funded).

Laqgħa ta’ kjarifika ser issir mill-Awtorita’ tad-Djar nhar it-Tnejn 20 ta’ Marzu 2023 fid-9 ta’ filgħodu fi Blokka A, Casa Floriani, Lewis Glanville room, Triq Pietro Floriani, Floriana.

L-offerta tagħlaq nhar it-Tnejn, 3 t’April 2023 fid-9:30 ta’ filgħodu.

Id-dokumenti tal-offerta huma bla ħlas u jiġu miksuba, imniżżla u milqugħa BISS minn fuq is-sit eletroniku: http://www.etenders.gov.mt.

ATT TAL- 2016 DWAR IL- PROTEZZJONI TAL- AMBJENT

Regolamenti dwar il- Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (L.S. 549.46)

AVVIŻ DWAR IR-RAPPORT TA ’VALUTAZZJONI TAL-IMPATTI AMBJENTALI

Proposta għ al Kumpless Turistiku ikoniku mqassam differenti minn dak approvat fil-permess PA/2478/16. L-emendi proposti jinkludu gruppi ta ’appartamenti serviced [789 b ’kollox] b ’amenitajiet dedikati, 2 Lukandi ta ’Klassi 3B [Lukandi ta ’124 u 132 kamra], Uffiċċji ta ’Klassi 4A, Sala għal skopijiet varji, Ħwienet ta ’Klassi 4B u 4C, Faċ ilitajiet tal-Ikel u Xorb ta ’Klassi 4D u 3 Livelli ta' Spazju ta' Parkeġġ. Il -massa ġenerali proposta tvarja minn Lukanda li tinsab fil-baxx f’4 livelli taħt il-livell tat-triq għal 2 torrijiet ikoniċi ta' 27 u 34 livell rispettivament.

Villa Rosa, Cresta Quay, Dolphin House, Moynihan House, Triq Santu Wistin, ix-Xatt ta' San Gorg, Triq id-Dragunara, San Giljan.

PA 07254/22 (EA 00002/22)

B’dan qed jiġi avżat li ġie sottomess ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), b ’rabta mal-applikazzjoni msemmija hawn fuq.

Kopji diġitali tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali jistgħu jinkisbu mill-indirizz elettroniku tal-ERA: https://era.org.mt/era-project/pa07254-22/

Il-pubbliku jista ’jara wkoll kopji digitali tal-istess dokument fl-uffiċċji tal-Kunsill Lokali ta ’ San Ġiljan u fl-uffiċċji tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.

Kull min jixtieq jagħmel sottomissjonijiet dwar kwistjonijiet ambjentali għandu jikteb lid-Direttur talAmbjent u r-Riżorsi, l- Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Hexagon House, Telgħet Spencer, Il-Marsa MRS 1441, jew jibgħat e-mail lil eia.malta@era.org.mt, sal-11/04/2023

Data ta’ pubblikazzjoni: 12/03/2023

Disclaimer:

L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data personali u l-privatezza tal-pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12)-ilsiegħa ma tagħtix l-kunsens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d-data personali. B'dana illi f’certu kazijiet l-Awtorità tista', fejn hu meħtieg, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkonforma mal-Liġijiet applikabbli.

This article is from: