2 minute read

JMUT TA’ 94 SENA

L-Eks Ministru għas-Sigurtà Soċjali l-Professur Edwin Grech miet nhar l-Erbgħa li għadda fl-għomor ta’ 94 sena. It-Tabib Grech, li hu missier il-martri tal-politika lokali Karin Grech, li nqatlet b’ittra-bomba indirizzata lilu f’Diċembru tal-1977, ġie deskritt bħala l-politiku li “ta kollox għal pajjiżu”.

Hu kien irrappreżenta lillPartit Laburista fil-Parlament f’żewġ leġiżlaturi, bejn l-1992 u l-1996 u bejn l-1996 u l-1998. Fl-1999, il-Mexxej tal-Partit Laburista u dakinhar Kap tal-Oppożizzjoni, Alfred Sant, kien innomina lill-Professur Grech għall-kariga ta’ President tarRepubblika, imma l-Gvern immexxi minn Eddie Fenech Ada- mi ma kienx aċċetta. fejn iddeskrivieh bħala bniedem li ta kollox għal pajjiżu u għall-pazjenti li tant kellu għal qalbu. “Għamel dan mill-professjoni u mill-politika. Għamel sagrifiċċji kbar u, għax ġab lil ħaddieħor qablu, spiċċa ħallas bil-qtil ta’ bintu Karin,” saħaq Dr Abela.

Advertisement

Fi tmiem l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta, Grech kien iggradwa bħala spiżjar u mbagħad bħala tabib, waqt li speċjalizza bħala Ġinekologu fir-Renju Unit.

F’Awwissu ta’ 46 sena ilu, f’Malta kienet għaddejja kwistjoni industrijali bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tobba (MAM), meta l-Gvern Malti talab lill-Professur Grech jirritorna Malta biex ikompli jagħti s-servizzi tiegħu bħala Konsulent u Kap tad-Dipartiment tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija flIsptar San Luqa, karigi li żamm sal-1987.

Il-Professur kien inizjalment aċċetta li jgħin sakemm tintemm it-tilwima industrijali, iżda din twalet aktar milli maħsub, sakemm seħħet it-traġedja fid-dar tiegħu nhar it-28 ta’ Diċembru tal-1977.

Fl-istess jum kienet twasslet ittra-bomba simili lit-Tabib Paul Chetcuti Caruana, li kien Membru Parlamentari Laburista bejn l-1976 u l-1981. Din, iżda, ma ħaditx bħal fil-każ tal-familja Grech. F’intervista fl-2007, Dr Chetcuti Caruana kien qal li, skont ma qalulu l-esperti, il-bomba indirizzata lilu ma ħaditx għax kien hemm xi molol imsaddin.

Minkejja li għaddew ħafna snin, il-każi u l-qtil ta’ Karin Grech baqgħu mhumiex solvuti u qatt ma ġie stabbilit min seta’ wettaq iddelitt, għalkemm f’Novembru tal2010, il-Qorti ordnat kumpens ta’ €419,287 lill-familja tal-Professur Grech bħala kumpens għall-qtil politiku ta’ Karin.

Il-Partit Laburista qal li Grech jibqa’ mfakkar bħala t-tabib li ġab lil kulħadd qablu u li ħadem b’tant sagrifiċċju għall-pazjenti tiegħu u għal pajjiżu, waqt li bagħat il-kondoljanzi sinċiera lill-familja u lil qrabatu.

Il-President ta’ Malta George Vella qal li Grech kien politiku onest u ġentlom fejn dejjem poġġa l-interess tal-pazjent l-ewwel u qabel kollox. “Sfortunatament ħallas prezz ferm qares meta ried jaqdi l-missjoni tiegħu ta’ tabib. L-għomor lill-qraba u lill-għeżież tiegħu kollha,” qal Dr Vella.

L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia esprima sentimenti ta’ sogħba għall-aħbar, f’ismu u f’isem il-membri kollha tal-Kamra tad-Deputati. Hu sellem il-memorja tiegħu, il-ħidma li wettaq fil-Kamra fis-seba’ u fit-tmien leġiżlaturi bejn l-1992 u l-1998, u s-sagrifiċċju li għadda minnu biex jara lill-pajjiż jimxi ’l quddiem.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap Nazzjonalista Bernard Grech ukoll fakkar il-memorja ta’ zijuh, il-Professur Grech, u qal li kien bniedem li “għamel biss ġid u pattewhulu bl-agħar deni li seta’ jkun, ilqtil tal-għażiża bintu Karin … id-dawl t’għajnejh.”

Ta kollox għal pajjiżu u għall-pazjent … u għax ġab lil ħaddieħor qablu spiċċa ħallas bil-qtil ta’ bintu Karin

Fl-1981, meta kien qed jibni sptar ġdid għattfal maġenb l-Isptar San Luqa fi Gwardamanġa, il-Gvern Laburista kien tah l-isem Sptar Karin Grech. F’San Ġwann, hemm ukoll Ġnien Karin Grech, b’monument tagħha fih, li ta’ kull sena fl-anniversarju talqtil brutali tagħha, tittella’ ċerimonja ta’ tifkira f’ġieħha mill-Partit Laburista.

Sadanittant, bosta sellmu l-memorja tal-Professur Grech.

F’kitba fuq Facebook, il-Prim Ministru Robert Abela sellem il-memorja tal-Professur Grech

Kollegi tiegħu, bħall-Eks Prim Ministru u llum Membru Parlamentari

Ewropew Alfred Sant, l-Eks Deputat Mexxej Charles Mangion u l-Eks Ministru Gavin Gulia, ikkummentaw ma’ ONE News dwar it-telfa ta’ dan il-politiku li spiċċa jħallas l-ogħla prezz għas-servizzi li ta lill-poplu Malti u Għawdxi.

Dr Sant ukoll semma kif “Edwin Grech ta kontribut enormi lejn l-iżvilupp tas-servizzi, ukoll fl-iżvilupp ta’ servizzi ta’ edukazzjoni u saħħa sesswali, li llum neħduhom bħala normali, imma li fiż-żmien kienu meqjusa bħala mbiegħda mis-soċjetà tagħna.”

Flyover Airport/Gudja to Luqa/Qormi

Luqa/Qormi to Marsa/Santa Lucija

Airport/Gudja to Marsa/Santa Lucija

Areas Under Construction

This article is from: