4 minute read
GĦADD TA’ SKEMI TAL-PROPRJETÀ
Tkompli minn paġna 1
Fl-aħħar ħarġa tal-gazzetta żvelajna kif sa tmiem l-2022 kien hemm b’kollox total ta’ 1,319-il xerrej li applikaw mal-Ministeru biex igawdu mill-iffrankar sħiħ tat-taxxa tal-boll, bl-ammont iffrankat jammonta għal kwazi €10.5 miljun.
Advertisement
Il-ġimgħa l-oħra semmejna wkoll kif, sa mill-2017, il-Gvern kien diġà qassam aktar miljuni ta’ ewro f’għotjiet fi skema simili għal din, intitolata “Irrestawra Darek”, fejn first-time buyers ta’ binjiet residenzjali skedati fi Grad 1 u Grad 2, setgħu japplikaw għar-rifużjoni ta’ 70% tal-ispejjeż tax-xogħol ta’ restawr u konservazzjoni fuq il-faċċata u l-intern sa massimu ta’ €100,000.
Sal-lum jirriżulta li fuq din l-iskema biss kien hemm aktar minn 2,245 applikazzjoni li ġew validati u b’aktar minn €8 miljun diġà tqassmu lil madwar 53% minnhom.
L-iskema tirrifondi nfiq li jsir fi proprjetajiet privati f’żoni urbani u djar li ilhom mibnijin aktar minn 20 sena u ilhom vakanti għal iżjed minn seba’ snin. Fl-aħħar sejħa sidien jistgħu japplikaw għal spejjeż relatati li jsiru, bħal materjal, xogħol tas-sengħa, kiri ta’ apparat, ħlasijiet professjonali, applikazzjonijiet għall-permessi jew ħlasijiet oħrajn lill-Gvern.
Dawn huma biss uħud minn diversi skemi li tnedew fl-aħħar snin minn Gvernijiet Laburisti bl-iskop li jgħinu żgħażagħ fix-xiri tal-ewwel proprjetà tagħhom.
Mill-Baġit għal din is-sena, il-Gvern ukoll nieda l-miżura mwiegħda flaħħar manifest elettorali “Malta Flimkien”, li toffri l-għotja ta’ €10,000 fuq għaxar snin għal dawk il-koppji jew individwi kollha li jridu jixtru l-ewwel residenza. Din ma tissostitwixxix skemi oħrajn għall-first-time buyers, bħal dik tal-UCA, imma hi kumplimentari u jistgħu jitgawdew flimkien.
Din il-ġimgħa wkoll, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes ħabbar waqt konferenza stampa li l-Gvern se jkun qed jgħolli l-ammont ta’ self mingħajr imgħax fuq id-depożitu tal10% lill-first-time buyers.
Hu spjega li ż-żieda fl-ammont, li kienet ukoll wegħda elettorali, tfisser li se jkunu qed jgħollu d-depożitu massimu li lesta tkopri l-Awtorità tad-Djar
L-ITS JIFTAĦ IL-“BIBIEN” IL-ĠIMGĦA
Dawn l-għajnuniet huma frott id-deċiżjoni tal-Gvern li jiddirezzjona s-suq tal-proprjetà, anke matul il-perjodu tal-pandemija minn €17,500 għal €22,500. B’hekk il-first-time buyers li jibbenefikaw minn din l-għajnuna, issa se jkunu jistgħu jakkwistaw proprjetà li l-valur tagħha jitla’ sa €225,000.
L-għan tal-iskema, li tnediet fl2020, hu li tgħin lil first-time buyers li għandhom taħt l-40 sena, li minkejja li huma eliġibbli għal self mill-bank fuq proprjetà, ma jkollhomx il-likwidità meħtieġa biex iħallsu d-depożitu meħtieġ ta’ 10% fuq l-iffirmar tal-konvenju biex b’hekk isiru sidien ta’ darhom.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tadDjar Matthew Zerafa qal li l-ħidma tal-Awtorità tad-Djar ma tiqafx malintroduzzjoni ta’ skemi ġodda, iżda konsistentement tibqa’ tara kif dawn jibqgħu jissaħħu tul iż-żmien. Hu saħaq li sal-lum, din l-iskema diġà għenet aktar minn 200 familja jsiru sidien ta’ darhom u permezz ta’ dan ittisħiħ se jibqgħu jippremjaw il-bżulija u jassiguraw li din l-iskema tkun kapaċi tilqa’ għan-neċessitajiet tas- snin li ġejjin.
Meta ftit tal-ġimgħat ilu indirizza attività tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru Robert Abela wkoll tkellem dwar l-għadd kbir ta’ għajnuniet li qed jagħti l-Gvern lil dawk li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, għax jemmen bis-sħiħ fil-ġustizzja soċjali. Hu nnota li dawn l-għajnuniet huma frott id-deċiżjoni tal-Gvern li jiddirezzjona s-suq tal-proprjetà, anke matul il-perjodu tal-pandemija, mingħajr ma jitfa’ piż żejjed fuq ix-xerrejja.
“U nagħmluh dan, għax aħna m’aħniex il-Gvern tal-kastig, aħna l-Gvern tal-inċentiv, u l-poplu tagħna rridu neħduh fid-direzzjoni li fiha nemmnu li għandu jimxi dan il-pajjiż billi nagħtuh l-inċentivi li huma meħtieġa,” temm jgħid Dr Abela.
GIUFFRÈ FIL-FESTIVAL TAL-KTIEB FUQ IL-KAMPUS
Is-sinoloġista Salvatore Giuffrè se jattendi l-għaxar edizzjoni ta’ Kampus Kotba, il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2023 fl-Università ta’ Malta li se jsir bejn nhar l-Erbgħa u l-Ġimgħa li ġejjin. Waqt li se jiffirma kopji tal-ktieb L-Analetti ta’ Konfuċju, li hu ttraduċa miċ-Ċiniż klassiku għall-Malti, fuq l-istand ta’ SKS Publishers fl-ewwel jum tal-festival bejn it-3:00 p.m. u l-4:00 p.m., Dr Giuffrè se jkun disponibbli biex jiltaqa’ ma’ studenti interessati fil-Konfuċjaniżmu u dawk li jixtiequ jistaqsu xi mistoqsijiet dwar il-kapolavur letterar- ju li għadu kemm ipproduċa.
Dr Giuffrè, li fl-2018 kiseb il-PhD fl-Istudji tal-Asja tal-Lvant mill-Università ta’ Lyon III, fi Franza, hu riċerkatur, traduttur letterarju u għalliem tal-Ġappuniż u ċ-Ċiniż speċjalizzat fil-lingwa u l-letteratura Ċiniża kemm f’diversi istituzzjonijiet f’Malta, bħall-Università ta’ Malta, kif ukoll f’istituzzjonijiet f’pajjiżi barranin.
L-oqsma ta’ interess u riċerka tiegħu jinkludu studji letterarji komparattivi bejn il-letteratura Ċiniża u tal-Punent, il-poeżija Ċiniża tal-perjodu Repubbli- kan (1912-49), il-filosofija klassika Ċiniża, u studji tat-traduzzjoni. Waqt li ppubblika għadd ta’ dokumenti ta’ riċerka dwar il-letteratura Ċiniża moderna, inkluża monografija dwar is-sunetti Ċiniżi ta’ Feng Zhi, bħalissa hu involut fi proġetti ta’ traduzzjoni ta’ rumanzi u poeżija miċ-Ċiniż għall-Ingliż, il-Malti u t-Taljan.
Mill-1982 sal-lum SKS Publishers ippubblikat mal-190 ktieb u biegħet madwar 400,000 kopja ta’ kotba varji, u L-Analetti ta’ Konfuċju hu wieħed millaħħar f’din is-serje twila.
L-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) ħabbar li nhar il-Ġimgħa li ġej se jkun qed jorganizza avveniment bl-isem ta’ “Open Doors” bejn is6:00 p.m. u l-10:00 p.m. biex jilqa’ studenti prospettivi u l-familji tagħhom u jagħtihom l-opportunità unika li jitkellmu mal-career guidance u jsiru jafu aktar dwar il-korsijiet offruti fl-istituzzjoni edukattiva. Se jkun hemm ukoll preżentazzjonijiet minn diversi programmi ta’ studju li joffri l-ITS. F’kummenti lil ONE News din il-ġimgħa, il-lekċerer Helena Micallef, li flimkien mal-istudenti tagħha qed torganizza l-avveniment, spjegat kif dan hu parti mit-taħriġ tal-istudenti fil-kors tal-immaniġġjar li hi tgħallem.
“Permezz ta’ dan l-avveniment in-nies hemm barra jkunu jafu aħna x’qed noffru, għax għad hemm ċerta mentalità li l-ITS tgħallem biss kif isiru kokijiet. Eżempju, aħna hawnhekk għandna ħafna dipartimenti differenti. Għandna fakultajiet differenti u qed niftħu l-istitut biex kulħadd ikun jaf eżattament x’noffru,” qalet Micallef, waqt li spjegat li qed iħejju attivitajiet fejn il-pubbliku jkun jista’ jieħu sehem fit-tisjir u sessjonijiet ta’ wine tasting, fost oħrajn.
Il-Kap Eżekuttiv Pierre Fenech semma kif l-istitut għamel qabża kbira fl-aħħar snin, b’żieda fin-numru u fil-livell tal-korsijiet offruti, fl-istess ħin li l-għadd ta’ studenti interessati li jaqbdu karriera fl-istudji turistiċi kiber drastikament ukoll. “Illum noffru degrees u Master’s degrees ukoll. Rajna tibdil mhux biss f’korsijiet ta’ livelli għoljin, imma wkoll bdejna niftħu l-firxa tagħhom ukoll,” tenna Fenech.
Hu żied li l-iskola toffri korsijiet uniċi fid-dinja bħal Diving Safety Mangament Course u Diploma in Climate-Friendly Travel u issa l-istitut qed jespandi f’livell internazzjonali, grazzi għat-tagħlim uniku li joffri, immirat lejn l-industrija tat-turiżmu. “Wasalna għallqagħda li mhux aħna mmorru nsibu kollaborazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet internazzjonali, iżda qed javviċinawna huma stess,” tenna l-Kap Eżekuttiv.