2 minute read

4.5M PASSIĠĠIER B’TAL-LINJA FI FRAR

L-ammont jaqbeż il-medja tax-xahar fl-2022, bit-Tallinja Card tintuża 27.5% iżjed mill-2019

Ix-xahar ta’ Frar li għadda għal darba oħra ra 4.5 miljun passiġġier jivvjaġġaw bil-karozza tal-linja, bin-numru medju ta’ passiġġieri kuljum jitla’ għal 159,000 passiġġier meta mqabbel mal-146,000 li kienu rreġistrati fix-xahar ta’ qabel, li jindika żieda ta’ 9% fix-xahar.

Advertisement

Is-sena l-oħra l-Malta Public Transport ġarret 49.6 miljun passiġġier, medja ta’ 4.1 miljun kull xahar. Ir-riżultati tas-sena l-oħra fissru żieda ta’ 40% fuq l-2021, waqt li fl-aħħar xahar tas-sena waħdu n-numru ta’ passiġġieri qabeż għall-ewwel darba ċ-ċifri ta’ qabel il-pandemija.

Mill-1 ta’ Ottubru li għadda bdiet tiġi attwata l-wegħda li t-trasport b’tal-linja jsir b’xejn għal kulħadd. Il-miżura għamlet lil Malta t-tieni pajjiż biss fid-dinja, wara l-Lussemburgu, fejn it-trasport pubbliku hu bla ħlas u hu stmat li ċittadini, li ta’ kuljum jagħmlu użu mit-trasport pubbliku, qed jiffrankaw mill-inqas €400 fis-sena. Mittnedija tal-inizjattiva, jirriżulta li kien hemm kważi 50% aktar passiġġieri tat-Tallinja Card meta mqabbel mal-2021 u 8% aktar mis-sena rekord tal-2019. Sa April li ġej, il-kumpanija qed toffri promozzjoni speċjali għal studenti full-time, fejn qed tipprovdilhom opportunità esklussiva biex japplikaw għal Student Tallinja Card bla ma jħallsu l-miżata tal-applikazzjoni ta’ €15.

Dwar l-użu tat-Tallinja Card fi Frar, jirriżulta li kien hemm aktar minn 2.9 miljun darba, jiġifieri żieda ta’ 56% meta mqabbel ma’ Frar tas-sena l-oħra u 27.5% mal-istess xahar fl-2019. F’termini ta’ utenti uniċi, Frar 2023 irreġistra 145,000 klijent tat-Tallinja Card.

Imqabbel mas-sena li għaddiet, dan fisser żieda ta’ 46.2% u 19.4% għall-istess perjodu fl2019. Meta mqabbla maċ-ċifri ta’ Jannar 2023, kien hemm ukoll żieda ta’ 3.6% minkejja li kien xahar iqsar.

Ir-reġistrazzjoni għatTallinja Card rat ukoll żieda qawwija fi Frar 2023 ta’ 103% meta mqabbla ma’ Frar 2019.

Meta kkummenta fuq ir-riżultati ta’ Frar li għadda, il-General Manager tal-Malta Public Transport, Konrad Pulé, qal li “l-kontinwazzjoni ta’ din ix-xejra pożittiva hi indikazzjoni importanti ħafna li aktar passiġġieri qed jagħżlu li jivvjaġġaw b’tal-linja. Madanakollu, il-passiġġieri tagħna qed jgħidulna li qed tieħu wisq żmien biex tasal minn post għal ieħor bil-karozza tal-linja u li jrid isir aktar minn diversi stakeholders biex ilpassiġġieri tal-linja jingħataw prijorità fit-triq.”

Hu temm jirringrazzja lillklijenti kollha li qed jikkontribwixxu għal ambjent aktar nadif u tnaqqis fil-konġestjoni billi għażlu li jivvjaġġaw b’tal-linja.

Sejħa għall-Applikazzjonijiet

L-Awtorità tax-Xandir qed tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Cleaner

Deskrizzjoni dettaljata tal-impjieg tinsab fuq is-sit elettroniku talAwtorità tax-Xandir: http://www.ba.org.mt

L-applikanti għandhom jibgħatu l-applikazzjoni tagħhom flimkien ma’ CV dettaljata fuq administration.ba@ba.org.mt sa mhux aktar tard min-nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu 2023.

Applikazzjonijiet li jaslu tard, ma jiġux kkunsidrati

Permess tal-Jobs Plus 74/2023

L-Awtorità tax-Xandir hija korp kostituzzjonali li tirregola, tilliċenzja u tissorvelja s-servizzi kollha tar-Radju u t-Televiżjoni li joriġinaw mill-Gżejjer Maltin.

Awtorità tax-Xandir

7, Triq Mile End, il-Ħamrun ĦMR 1719, Malta.

Telefown: +356 2201 6000

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

7, Mile End Road, HAMRUN HMR 1719, Malta. Telephone: +356 2201 6000, E-mail: info.ba@ba.org.mt www.ba-malta.org

This article is from: