4 minute read
INKOMPLU NWETTQU FLIMKIEN
u n-negozji tagħna. Fl-ewwel Baġit wara l-Elezzjoni, rajna l-akbar allokazzjoni għall-investiment pubbliku fl-istorja. Baġit ieħor mimli inċentivi u mingħajr taxxi.
Apparti dawn ir-riżultati, il-wegħdiet ewlenin fil-manifest Malta Flimkien, bdew jieħdu l-ħajja biex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna u nsaħħu l-investiment u l-fiduċja fin-negozji. Qed niksbu u se nibqgħu niksbu kisbiet importanti f’diversi oqsma.
Advertisement
ta’ tħaddir, b’investiment finanzjarju wkoll fil-Kunsilli Lokali u Reġjonali.
Dan il-Gvern kien u jibqa’ wieħed b’ruħ soċjali. Fl-ewwel Baġit ta’ dan il-Gvern, erġajna investejna biex il-familji tagħna jkunu jistgħu jimxu iktar ’il quddiem.
quddiem riformi importanti. Ħdimna fuq bidliet leġiżlattivi, bħat-tisħiħ tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni u l-introduzzjoni tal-kunċett tal-femiċidju fil-kodiċi kriminali.
ità ta’ ħajja aħjar permezz ta’ proġetti infrastrutturali, ambjentali u soċjali.
Fis-26 ta’ Marzu 2022, il-poplu reġa’ ta mandat b’saħħtu lill-Partit Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Dr Robert Abela. Mandat li ġab miegħu responsabbiltà ikbar bl-għajta Malta Flimkien.
Sena biss wara, il-ħidma sfiqa ta’ dan il-Gvern qed tħalli frott li biha qed nagħtu iktar serħan il-moħħ lill-familji tagħna. Gvern Laburista b’impenn qawwi biex itejjeb fuq il-ħafna tajjeb li għandu pajjiżna u jkompli jirriforma fejn hu meħtieġ.
Minkejja l-isfidi li ltqajna magħhom, pajjiżna baqa’ reżiljenti. Gvern li baqa’ jkabbar l-ekonomija, b’rati tajbin u fost l-ogħla minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Il-frott li qed iħalli dan it-tkabbir ekonomiku, qed jibqa’ jiġi investit fin-nies
Fil-qasam ambjentali, dan il-Gvern qed jibgħat messaġġi importanti bi prijoritajiet ġodda. Ftit tal-ġimgħat ilu, tħabbar l-akbar investiment bittwaqqif tal-Aġenzija Project Green. Minnufih rajna l-bidu ta’ xogħol fuq numru ta’ spazji miftuħa ġodda u mtejba.
Bħala Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, qed nara wkoll li nibqgħu nsebbħu l-lokalitajiet tagħna bi proġetti
Erġajna tajna żieda fil-pensjonijiet, fiċ-Children’s Allowance u fil-Carer’s Grant. Tħabbar ukoll mekkaniżmu addizzjonali sabiex jgħin lill-familji tagħna fl-isfidi relatati mal-għoli tal-ħajja. Se nibqgħu nkunu ta’ għajnuna għall-istudenti u fil-fatt żidna l-istipendji. Dan il-Gvern ħadem ukoll biex tiġi implimentata wegħda ta’ għotja ta’ €10,000 fuq 10 snin lill-firsttime buyers, sabiex koppji jkunu sidien ta’ darhom.
Gvern Laburista huwa l-Gvern tar-riformi. Matul is-sena li għaddiet, urejna li aħna Gvern li nisimgħu l-għajta tal-familji tagħna u mexxejna ’l
Għas-seba’ sena konsekuttiva, pajjiżna klassifika fl-ewwel post fejn jidħlu d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+. Bdilna wkoll il-protokoll tal-għoti taddemm, biex kulħadd ikun jista’ jagħti d-demm, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali. Riformi li jibqgħu jagħtu dinjità liċ-ċittadini kollha ta’ Malta u Għawdex.
It-tmexxija għaqlija u d-deċiżjonijiet strateġiċi li ħa dan il-Gvern wasslu wkoll biex nibdew immexxu ’l quddiem il-proġetti ffinanzjati mill-akbar pakkett ta’ fondi Ewropej ta’ €2.2 biljun miksub minn pajjiżna, hekk kif innegozjat millPrim Ministru Robert Abela fl-2020. Dawn il-fondi Ewropej se jkunu qed jgħinu sabiex nibqgħu ninvestu għall-kwal-
Apparti dawn ir-riżultati, il-wegħdiet ewlenin fil-manifest
Malta Flimkien, bdew jieħdu l-ħajja biex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna u nsaħħu l-investiment u l-fiduċja fin-negozji żgħir f’xi gazzetta lokali u kollox imut hemm. Kif qatt jista’ l-isports f’pajjiżna jingħata dik l-importanza li tant għandna bżonn jekk aħna stess ma nkunux kburin b’dak li qed niksbu? ja sportiva. L-isports tal-lum m’għadux dak ta’ 30 sena ilu, iżda sar industrija ta’ negozju b’saħħitha, li parti minnha hija l-marketing. Nemmen li hawnhekk għad fadlilna ħafna x’naqdfu!
It-tmexxija għaqlija ta’ dan il-Gvern ukoll sarrfet biex Malta tkun tista’ tirkupra fi żmien rekord u toħroġ mil-lista l-griża b’riformi mill-ikbar fil-governanza. Ħabbarna wkoll trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd biex nindirizzaw l-isfidi relatati mat-traffiku filwaqt li bqajna ninvestu fl-infrastruttura talpajjiż.
Sena wara qed naraw li fuq prinċipji ta’ ċertezza u stabbiltà, dan il-Gvern se jkompli jipproteġi lill-familji u lin-negozji fuq il-prezzijiet tal-enerġija u l-għoli tal-ħajja. Se nkomplu nwieżnu lil dawk li jifilħu l-inqas u nkunu ta’ garanzija għattfal. Se nibqgħu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies permezz ta’ ambjent aħjar, ekonomija u infrastruttura b’saħħitha.
Bid-deċiżjonijiet strateġiċi li ħa dan il-Gvern ħriġna b’saħħitna minn pandemija u dħalna għal fażi ġdida ta’ tkabbir. Il-mandat li tana l-poplu rridu nsarrfuh f’iktar ħidma għaliex fadlilna ħafna iżjed xi nwettqu b’fiduċja f’pajjiżna. Sabiex inkomplu nwettqu flimkien irridu nibqgħu nħossu l-polz tal-poplu b’umiltà.
Huwa b’din il-fiduċja li l-1,000 wegħda li għandna fil-manifest elettorali ndawruha f’1,000 kisba.
RODRICK
Għandna ħabta ninsewhom u meta nsemmuhom, ma nagħtuhomx l-importanza li jixirqilhom, u dan m’għandux ikun! Qed nirreferi għall-isportivi Maltin li jagħmlu unur għal pajjiżna.
Minjaf kemm-il darba naraw f’xi profil tal-midja soċjali ta’ atleti Maltin li ġabu unur għal pajjiżhom u forsi xi jiem wara naraw xi paragrafu
Din hija mistoqsija li persuna li tħobb l-isports f’pajjiżna dejjem staqsiet lilha nfisha. Riżorsi bħalma għandhom pajjiżi kbar m’għandniex u ċertu livell f’ċerti dixxiplini mhux daqstant faċli li nilħquhom, però huwa nuqqas kbir li ma nagħtux it-tifħir u l-pjattaforma lil dawk li minkejja dawn id-diffikultajiet xorta waħda qed jibqgħu jgħollu isem pajjiżna.
Donnu l-uniku sport li jeżisti f’pajjiżna huwa l-futbol u dan qed ngħidu avolja jien, kif jafu ħafna, huwa sport għal qalbi ħafna. Però rridu nkunu konxji u jkollna strateġija b’saħħitha u qawwija ta’ promozzjoni f’dak li qed neċċellaw fih fid-din-
Sa ftit jiem ilu, aktar rekords għal Tenisha Thornton u Kim Camilleri Lagana fil-weightlifting, Chris Peplow fl-Isnooker rebaħ liċ-champion Ewropew ta’ taħt il-21 sena, riżultati storiċi fil-Judo hekk kif għall-ewwel darba Malta kisbet midalji f’kompetizzjoni kontinentali tal-Judo, fil-Para Darts Malti jirbaħ turnew fl-Ungerija, Kersten Mercieca jispikka f’turnew professjonali tal-Arm Wrestling u Valletta Subbuteo Klabb jirbħu turnew li huwa kkunsidrat l-akbar kompetizzjoni fit-Table Football mondjali fuq livell ta’ klabbs u individwali. Dawn huma biss uħud mill-aħbarijiet sportivi pożittivi f’inqas minn xahar.
Probabbilment intom li qed taqraw din l-opinjoni li ħejjejt qed tisimgħu b’dawn l-aħbarijiet għall-ewwel darba jew ftakartu li rajtu xi wħud minnhom xi mkien b’mod diskret. Hemm bżonn li l-isport għall-ewwel darba verament nagħtuh l-importanza li jixraqlu u fuq kollox lil dawn l-eroj nuruhom l-appoġġ li jistħoqqilhom.
Ilkoll nafu s-sagrifiċċju li ħafna minnhom qed jagħmlu, biex wara jew qabel ġurnata xogħol ta’ tmien sigħat jew aktar imorru jieħdu t-taħriġ li hemm bżonn biex jirrappreżentaw lil pajjiżna. Nemmen li hemm bżonn ta’ aktar diskussjonijiet bejn il-federazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet, il-membri tal-midja u l-Gvern biex naraw kif nistgħu nagħtu aktar appoġġ lil dawn l-atleti tagħna.
Iżda, inkun qed nonqos imbagħad jekk ma nsemmix dak li huwa tajjeb u fejn nemmen li l-politika tal-Gvern Malti qed tagħti dak l-inċentiv li għandhom bżonn ir-rappreżentanti tagħna.
L-investimenti minn żmien għal ieħor f’faċilitajiet sportivi ġodda jew oħrajn li saret manutenzjoni qawwija fuqhom bħall-istadium tal-Marsa huma pass fid-direzzjoni tajba u għandhom jibqgħu jkunu ta’ prijorità. L-istess bħalma huwa l-investiment li qed isir minħabba l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Bħalma huwa l-inċentiv ta’ €10,000 għal kull atleta Malti li jikseb midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, fejn qed nuru l-appoġġ tagħna għall-isforzi li qed jagħmlu dawn ħutna.
Il-passjoni dwar is-suġġett iġġiegħlek qatt ma tkun kuntent b’dak li għandek iżda dejjem tkun trid iżjed biex l-eroj tagħna jkomplu jkunu rikonoxxuti għall-impenn tagħhom lejn Malta tagħna!