1 minute read

10 SNIN TA’ RIVOLUZZJONI SOĊJALI

na dawk eżistenti. Wara 10 snin ta’ Gvern Laburista, nagħmlu tajjeb illi nieqfu ftit u nirriflettu xi rnexxielna niksbu u x’nistgħu nagħmlu aktar, sabiex insaħħu x-xibka soċjali ta’ pajjiżna.

L-aħħar 10 snin kienu eżempju ċar ta’ kemm dan il-Gvern ma ddejjaqx jidħol għan-nies, u jsaħħaħ ċerti benefiċċji soċjali filwaqt li daħħal oħrajn ġodda bla preċedent, speċjalment fi żmien il-pandemija, sabiex jara li ħadd ma jaqa’ lura.

Advertisement

Dan kien akkwist ekonomiku li minnu gawda kulħadd, l-iktar dawk vulnerabbli fis-soċjetà, u fl-istess waqt rajna n-negozji jinvestu iktar, u jimpjegaw eluf ta’ persuni oħra. Daħħalna l-iskemi tat-tapering of benefits, u l-in-work benefit, sabiex ninċentivaw il-bżulija u nżommu lill-poplu tagħna kemm jista’ jkun ’il bogħod mid-dipendenza soċjali.

qed inressqu miżuri li jiswew spiża addizzjonali ta’ mill-anqas €86 miljun fuq is-sena li għaddiet.

Għexna dawn l-aħħar 10 snin imdawrin b’diversi bidliet soċjali, bidliet li taw nifs ġdid lill-familji, lill-pensjonanti, lill-persuni b’diżabbiltà u lil dawk l-aktar vulnerabbli. Setturi differeni fis-soċjetà li lkoll esperjenzaw imbuttatura ’l quddiem.

Ksibna ħafna, speċjalment fejn tidħol ġustizzja soċjali, implimentajna benefiċċji ġodda, filwaqt li żammejna u saħħaħ-

Dħalna għall-ħaddiema u għan-negozji waqt ix-xhur kiefra tal-pandemija, u li kieku dan ma seħħx kienu jintilfu eluf ta’ impjiegi, li warajhom hemm il-familji, it-tfal. Grazzi għall-politika meqjusa, m’esperjenzajniex xenarju ikrah bħal dan.

Tajjeb ukoll illi niftakru minn fejn tlaqna fl-2013, meta kellna l-Kummissjoni Ewropea tiġri warajna minħabba defiċit eċċessiv. Fi ftit snin, bdilna r-rotta ekonomika, u dawwarna dan id-defiċit f’surplus.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, kontinwament jikkonferma l-anqas rati ta’ qgħad f’pajjiżna ta’ kull żmien. Fl-istess waqt komplejna inkabbru l-ekonomija Maltija, bl-estimi għas-sena 2022, juru li l-ekonomija Maltija kibret bi kważi 7% meta mqabbla mal2021. Dan it-tkabbir ekonomiku f’Malta huwa d-doppju tal-medja ta’ dak fiż-Żona Ewro.

Sal-lum il-ġurnata bis-saħħa ta’ ekonomija robusta u stabbli, qed nerġgħu nkunu solidali mal-pensjonanti, mal-anzjani, mal-familji u ma’ dawk li jifilħu l-anqas. Għal dawn, din is-sena

Grazzi għal dan kollu, stajna nibqgħu ninvestu fin-nies, fil-benefiċċji soċjali u f’dak kollu li jsaħħaħ il-kwalità tal-ħajja. Dan tant li llum il-Ministeru Soċjali għandu l-ikbar allokazzjoni finanzjarja ta’ kull żmien, li tlaħħaq iż-żewġ biljun ewro. Investiment massiċċ illi jkopri nefqa fuq il-familji, il-pensjonanti, persuni vulnerabbli u ma’ kull min għandu bżonn imbuttatura ’l quddiem.

Fl-istess ħin l-għadd ta’ nies li jiddependu mill-assistenza soċjali u mill-għajnuna għallqgħad kompla jonqos matul l-2022 u niżel għall-anqas livelli li qatt ġew reġistrati. Dan kollu m’aħniex qed niksbuh b’kumbinazzjoni, iżda qed jinkiseb permezz ta’ pjan ċar u sostenibbli. Dan il-pjan jara li jitfa’ l-iktar enerġija fejn hemm l-aktar bżonn u l-aktar finanzjament fejn hu meħtieġ.

This article is from: