1 minute read
L-INDUSTRIJA TAL-GAMING TIBQA’ TIKBER
Minkejja l-isfidi internazzjonali u t-tbassir diżastruż tal-Oppożizzjoni, il-kumpaniji u anke l-impjiegi komplew jiżdiedu b’rata qawwija fis-settur sal-ewwel nofs tal-2022 biex issa jlaħħqu għal 8% tal-ekonomija lokali
Ir-reżiljenza tal-industrija tal-logħob f’pajjiżna mhux biss kienet waħda b’saħħitha tul il-pandemija kollha, inkluż meta stabbilimenti kellhom jingħalqu għal xahrejn sħaħ bir-restrizzjonijiet imposti, iżda kkontribwiet ukoll għal tkabbir sostnut sena wara oħra bejn l-2019 u l-2022.
Advertisement
Anke jekk l-iżviluppi lokali u internazzjonali fl-aħħar snin setgħu kienu ta’ theddida għas-settur, partikolarment il-COVID-19, il-Gwerra fl-Ukrajna u ż-żmien temporanju taħt l-osservanza tal-FATF, jirriżulta b’mod ċar li dan ħareġ aktar b’saħħtu.
Skont rapport tal-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA) għall-perjodu Jannar-Ġunju 2022, l-industrija żdiedet fil-valur b’€183.5 miljun minn €389.5 miljun fl-ewwel sitt xhur tal-2019 għal €573 miljun fl-istess perjodu tliet snin wara. Dan it-tkabbir illum qed jiġi kkalkulat bħala 8% tal-valur miżjud gross tal-ekonomija Maltija (u ftit aktar minn 10% jekk jiżdiedu wkoll l-effetti indiretti).
Tkompli f’paġna 3