3 minute read

ŻIEDA TA’ 4,000 IMPJIEG MILL-2019

Tkompli minn paġna 1

Bħal dan iż-żmien sena kien irrapportat kif l-2021 kienet waħda ta’ suċċess għas-settur tal-gaming hekk kif innumru ta’ kumpaniji li joperaw fis-settur laħaq il-figura rekord ta’ 341, li jagħmlu 18 aktar milli kien hemm fi tmiem l-2020 jew żieda ta’ 6% fis-settur.

Advertisement

Issa l-aħħar rapport tal-MGA ħabbar li kienu ġew irreġistrati 74 kumpanija ġdida bejn l-ewwel nofs tal-2019 (283 kumpanija) u l-istess perjodu tal-2022 (357), li jfisser żieda medja ta’ żewġ kumpaniji fix-xahar. It-total ta’ liċenzji sa Ġunju li għadda laħħaq it-363, waqt li d-dħul annwali tal-kumpaniji hu stmat aktar minn €750 miljun fis-sena.

Iżjed minn hekk, mill-bidu tal-2021 sa nofs l-2022 l-impjiegi fl-industrija baqgħu jiżdiedu u għall-ewwel darba fl-istorja qabżu l-10,000 ħaddiem fulltime. Sa Ġunju 2022 ġew irreġistrati 10,861 ħaddiem full-time, kważi 4,000 iktar mill-2019, meta kienu rreġistrati 7,011-il ħaddiem. Il-maġġoranza assoluta tal-impjiegi –10,106 jew 93% – huma rreġistrati mas-settur online.

Jirriżulta li l-Awtorità Maltija għal-Logħob ġabret madwar €40 miljun f’miżati ta’ kontribuzzjonijiet, dazji u taxxi mingħand l-industrija fil-perjodu ta’ Jannar-Ġunju 2022, li €25.2 miljun minnhom kienu ħlasijiet millkumpaniji online.

Dan kollu hu kompletament bil-kontra tat-tbassir li kienet nefħet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għall-istess perjodu. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech kien ipprova jbeżża’ wkoll li din l-industrija, flimkien ma’ dik finanzjarja, kienu se jisparixxu minn fostna minħabba li Malta ddaħħlet fil-lista l-griża tal-Financial Action Task Force (FATF) f’Ġunju tal-2021.

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet rikbet fuq id-deċiżjoni tal-FATF fl-2021 u bassret kriżi ekonomika, b’mijiet ta’ kumpaniji li kellhom jagħlqu u eluf ta’ ħaddiema li jingħataw is-sensji. Bil-maqlub, pajjiżna xorta baqa’ jikseb riżultati bla preċedent fit-tkattir tal-ġid, b’żidiet f’kumpaniji u investimenti, tkabbir ekonomiku aqwa u l-inqas livell storiku ta’ qgħad, fost oħrajn.

L-istess bħas-settur finanzjarju u oħrajn, il-kumpaniji u l-liċenzji tal-gaming baqgħu jiżdiedu sa Ġunju tal2022, iż-żmien li Malta ħarġet b’suċċess mill-monitoraġġ tal-istituzzjoni internazzjonali kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Matul il-perjodu kien irreġistrat tkabbir simili fis-servizzi professjonali, fis-settur tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u dak tal-bejgħ bil-grossa.

“Id-deċiżjoni tal-FATF li tneħħi lil Malta mil-lista l-griża kkontribwixxiet biex tiġi rrestawrata l-kredibbiltà tal-pajjiż, waqt li tatu l-opportunità li jkompli jib-

Sa nofs is-sena l-oħra kien hemm iżjed minn 19-il miljun ġukatur online ma’ siti elettroniċi liċenzjati mill-Awtorità Maltija ni fuq l-ekosistema tiegħu ta’ ġurisdizzjoni ewlenija tal-iGaming fix-xena globali. Din għolliet ukoll il-livell f’termini tal-wegħda tal-pajjiż li jżomm l-istandards rigorużi li impenja ruħu fihom, waqt li jibqa’ business-friendly u sostenibbli meta mqabbel ma’ ġurisdizzjonijiet oħrajn kompetittivi,” qalet l-MGA fir-rapport tagħha fejn reġgħet sostniet il-ħidma kontinwa biex tiġi protetta r-reputazzjoni internazzjonali li tgawdi Malta permezz ta’ qafas regolatorju b’saħħtu. “Fuq kollox, il-futur tas-settur tal-gaming f’Malta jibqa’ pożittiv,” tenniet l-Awtorità. ja Maltija tal-gaming bħala waħda mill-aħjar tnejn li jeżistu fid-dinja u qal bla tlaqliq li l-proċess rigoruż biex tinkiseb l-istess liċenzja lokalment jagħmilha wkoll l-aktar waħda serja. Skont is-sit elettroniku, li jittratta aħbarijiet mid-dinja teknoloġika, pajjiżna jifaċċja l-akbar kompetizzjoni f’dan ir-rigward mill-gżira ta’ Curacao fil-Karibew, bid-diferenza li din, avolja taqa’ taħt ir-renju tal-Olanda, m’għandhiex ir-rekwiżiti mitlubin mill-Unjoni Ewropea, kif għandu pajjiżna. Għaldaqstant, Armchair Arcade kienet indikat il-liċenzja ta’ Malta bħala l-aktar waħda sigura.

Meta Malta tneħħiet mil-lista tal-FATF, il-Prim Ministru kien radd ħajr lil diversi istituzzjonijiet, fosthom l-MGA.

Il-kumpaniji rreġistrati f’Malta kkontribwew mal-€40 miljun lill-ekonomija f’miżati, dazji u taxxi bejn Jannar u Ġunju tal-2022

“Filwaqt li tajna direzzjoni politika ċara, il-bidliet li saru fl-aħħar snin ma kinux ikunu possibbli mingħajr il-ħidma ddedikata ta’ ħafna istituzzjonijiet ġewwa pajjiżna,” kien qal Robert Abela f’Ġunju tas-sena l-oħra, waqt li rringrazzja lit-tmexxijiet u lit-timijiet tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU), il-Korp tal-Pulizija, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni u l-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA), fost oħrajn.

Is-sit elettroniku speċjalizzat Armchair Arcade kien iddeskriva l-liċenz-

Sadanittant, fil-ħarsa dettaljata tal-MGA lejn is-settur tal-logħob online, fejn sa seba’ xhur ilu kien hemm 346 kumpanija operattiva taħt ilġurisdizzjoni Maltija, jirriżulta li bejn Jannar u Ġunju tal-2022 ġew irreġistrati iżjed minn 19-il miljun kont attiv ta’ ġukaturi fuq is-siti elettroniċi liċenzjati mill-MGA, bi kważi disa’ miljuni rreġistrati bħala kontijiet ġodda fil-perjodu.

L-ammont fisser ukoll żieda ta’ 8.7% jew miljun u nofs ġukatur fuq l-istess perjodu tal-2021, waqt li mqabbel ma’ Jannar-Ġunju 2019 l-ammont jikkostitwixxi għal kważi erba’ miljun ġukatur aktar. Il-faxxa ta’ etajiet ta’ bejn il-25 u l-34 sena kienet l-akbar waħda fis-settur online, bil-maġġoranza tagħhom (72.6%) ikunu rġiel.

Fis-settur tal-logħob f’pajjiżna bbażat fuq l-art (casinos, swali tat-tombla u gaming parlours), l-għadd sħiħ ta’ żjarat minn ġudikaturi fl-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet irkupra bi kważi 42% fuq l-istess perjodu sena qabel, bl-akbar kontributuri jkunu l-casinos u s-swali kummerċjali tal-bingo. Ta’ min jinnota li, matul il-pandemija, il-casinos u s-swali tat-tombla kienu magħluqin għall-pubbliku mill-11 ta’ Marzu sas-7 ta’ Ġunju tal-2021 u għaldaqstant iż-żieda fl-attendenza hi riflessjoni wkoll ta’ dan il-fatt.

Minkejja dan, iċ-ċifri fl-ewwel nofs tal-2022 jibqgħu ’l bogħod mill-istess perjodu ta’ qabel il-pandemija (Jannar-Ġunju 2019), b’diferenza ta’ madwar 200,000 żjara, li kważi nofshom batewhom il-casinos waħedhom.

Min-naħa l-oħra, il-ħwienet tallogħob fil-lokalitajiet irreġistraw tnaqqis ta’ 5% fl-attendenzi bejn l-2022 u l-2021, iżda mhux l-istess jingħad għaddħul finanzjarju medju tagħhom kull żjara li żdied b’mod sinifikanti b’66.4% meta mqabbel mal-ewwel sitt xhur tal2021. L-MGA qalet li din iż-żieda qed tiġi osservata għal evalwazzjoni kontinwa dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta’ iżjed miżuri dwar logħob responsabbli.

Id-dħul medju tal-casinos baqa’ relattivament l-istess, b’żieda marġinali ta’ 0.1%, waqt li s-swali tal-bingo esperjenzaw tnaqqis ta’ 11.3% fid-dħul medju kull żjara.

Fil-każ tal-operatur tal-lotteriji nazzjonali, l-MGA qalet li l-Maltco għamlet dħul ta’ €43.7 miljun fl-ewwel sitt xhur tal-2022, bi €33 miljun minnhom ġejjin mit-tlugħ ta’ kull ġimgħa, bħal-lottu u s-Super 5. Minn dawn, €5.5 miljun marru f’taxxa lill-Istat, waqt li €340,987 marru fil-Fond tal-Kawżi Ġusti, skont il-Liġi u bħala parti mill-kundizzjonijiet tal-liċenzja.

This article is from: