3 minute read

L-AKBAR PAKKETT TA’ FONDI TAL-UE BIEX

It-tnedija uffiċjali tal-baġit ta’ €2.2 biljun għal pajjiżna din il-ġimgħa timmarka l-bidu ta’ vjaġġ ieħor sal-2027

Din il-ġimgħa pajjiżna ċċelebra l-“magħmudija” tal-akbar pakkett finanzjarju mill-Unjoni Ewropea – €2.2 biljun – li rnexxielu jakkwista l-Prim Ministru Robert Abela lura fl-2020 meta saret it-tnedija uffiċjali ta’ dawn il-fondi li se jintużaw minn pajjiżna ħalli jkun aktar reżiljenti għall-ġejjieni, waqt li jkompli jtejjeb l-għajxien tal-familji u tannegozji lokali

Advertisement

It-tnedija uffiċjali saret mill-Prim Ministru nnifsu flimkien mal-Kummissarju Ewropew għall-Koeżjoni u r-Riformi, Elisa Ferreira, fil-bidu ta’ din il-ġimgħa fil-Malta Fairs & Convention Centre (MFCC) f’Ta’ Qali.

Kważi xahrejn ilu l-Gvern Malti kien ħabbar li lesta b’suċċess in-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea fuq il-programmi operattivi ta’ fondi Ewropej ta’ bejn l-2021 u l-2027. Il-pakketti operattivi ta’ fondi Ewropej ingħalqu fi żmien rekord ta’ 18-il xahar, waqt li l-Gvern kien qed jinnegozja wkoll il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza. Fil-fatt, nhar il-Ġimgħa l-Kummissjoni Ewropea wkoll ħabbret li approvat valutazzjoni preliminari pożittiva tat-talba għal pagament lil Malta ta’ €52.3 miljun.

Sussegwentement, dwar il-baġit allokat lil Malta sal-2017 kien tħabbar li, fl-impenn biex dawn il-fondi jersqu dejjem eqreb lejn iċ-ċittadin, kienet se titnieda kampanja biex tirrakkonta stejjer ta’ suċċess li raw proġetti jieħdu l-ħajja u li llum qed jitgawdew grazzi għall-fondi Ewropej.

Dan l-akbar pakkett ta’ fondi għal pajjiżna ġie nnegozjat mill-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela fis-sajf tal-2020. Dan il-pakkett hu aktar mid-doppju ta’ kemm kien ġie nnegozjat minn Gvern Nazzjonalista matul l-2012.

L-ewwel programm operattiv millpakkett ta’ fondi Ewropej mill-baġit Ewropew sal-2027, dak tal-Fond tal-Ażil, l-Immigrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jammonta għal aktar minn €52 miljun, ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropew f’Settembru li għadda

Il-Prim Ministru Abela nhar it-Tnejn qal li dan il-pakkett sħiħ ta’ fondi se jibni fuq l-istabbiltà ekonomika u fuq is-suċċessi li kiseb pajjiżna fl-aħħar snin. “Se nkomplu b’mod tanġibbli nittrasformaw Malta fid-deċennju li ġej. Filfatt, inqis illum bħala l-bidu ta’ ħafna aktar xogħol biex ninvestu, fost fondi oħrajn, madwar €820 miljun f’fondi ta’ koeżjoni – flejjes li bihom se nkomplu nkunu aktar kompetittivi, nagħmlu investimenti ħodor u diġitali, u fuq kollox ninvestu fin-nies, fil-ħiliet u fil-kompetenzi tagħhom, fl-iżvilupp soċjali.”

Apparti l-investiment li se jsir f’oqsma bħal dawk diġitali u ambjentali, Dr Abela rrimarka li se jżir iżjed investiment ukoll minn fondi Ewropej f’Għawdex, fir-reżiljenza fil-qasam tas-saħħa pubblika u tas-saħħa mentali, fl-edukazzjoni, fit-titjib tal-prodott turistiku, u fil-biedja u s-sajd.

Dwar l-ambjent, il-Prim Ministru qal li l-Gvern se jinvesti fondi Ewropej f’siti tan-Natura 2000 u f’aktar parks u ġonna għall-familji, kif ukoll l-investimenti tax-shore-to-ship u interconnector

Ritratt: CLODAGH O’NEILL/DOI ġdid.

Min-naħa tagħha, il-Kummissarju Ferreira sostniet li tinsab sodisfatta b’dan il-pakkett ta’ fondi Ewropej lejn pajjiżna, li hu sinjal b’saħħtu tal-appoġġ u s-solidarjetà fl-UE.

Qalet li dan il-pakkett se jgħin biex l-ekonomija Maltija tkun aktar b’saħħitha u aktar moderna, u biex tkun innovattiva u kompetittiva, waqt li se jibni ekonomija Maltija li tkun aktar ekoloġika u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u ma tħalli lil ħadd jaqa’ lura.

“Issa hu ż-żmien li jitwettaq u jibda jitħaddem il-proġett tal-pipeline talgass għal Malta iżjed innovattiva, ħadra u inklussiva. Biex jagħmel differenza reali fil-ħajja ta’ ċittadini komuni madwar il-pajjiż. Din hi fil-fatt is-sħubija tagħna, dan hu l-ftehim tagħna għall-futur ta’ Malta u l-futur tal-Ewropa. Għalhekk issa ż-żmien li jitwettaq,” kompliet il-Kummissarju Ewropew għall-Koeżjoni u r-Riformi.

Mill-fond tal-Common Agricultural Policy Strategy Plan (CAP), se jiġu inves-

Permezz ta’ dawn il-fondi se nkomplu nkunu aktar kompetittivi, nagħmlu investimenti ħodor u diġitali, u fuq kollox ninvestu fin-nies, fil-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom, u fl-iżvilupp soċjali titi miljuni fil-provvista u ħażna tajba tal-ikel f’dan il-perjodu ta’ sfidi internazzjonali bla preċedent. Dan il-fond se jkun qed jgħin biex raħħala u bdiewa jixtru makkinarju aktar sostenibbli u anki se jgħin biex aktar żgħażagħ jidħlu f’dan is-settur.

“Ninsab sodisfatta u fiduċjuża kemm se jkun t’għajnuna għal Malta u l-Maltin peress li tfassal bi proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni b’kunsens u inklussività li involva diversi msieħba,” saħqet Ferreira, waqt li laqgħet l-investiment li pajjiżna qiegħed u se jkompli jagħmel fl-enerġija rinnovabbli.

Fost l-aktar importanti, il-Fondi ta’

Koeżjoni, jiġbru flimkien erba’ fondi differenti.

L-ewwel wieħed, il-European Regional Development Fund, se jwassal għal aktar infrastruttura sostenibbli u investiment fl-enerġija permezz tat-tieni interconnector bejn Malta u Sqallija. Minbarra hekk, se jintużaw biex jinbena l-isptar il-ġdid għas-saħħa mentali u aktar investiment fl-iskejjel.

It-tieni pakkett minn dawn il-fondi se jkun utli fil-qasam tal-immaniġġjar tal-ilma, waqt li t-tielet pakkett – Just Transition Fund – se joffri għal investiment ta’ €33 miljun, li permezz tiegħu se jitlesta, fost oħrajn, il-proġett taxshore-to-ship fil-Port il-Kbir.

Ir-raba’ u l-aħħar pakkett hu dak tal-European Social Fund Plus, fejn se jinħolqu opportunitajiet permezz tal-Garanzija għat-Tfal u Garanzija għażŻgħażagħ u anke għajnuna lil għaqdiet volontarji.

Kif spjega s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett fit-tnedija tal-pakkett ta’ €2.2 biljun, l-impenn tal-Gvern hu li l-fondi Ewropej aktar minn qatt qabel ikunu aktar qrib tan-nies. L-impenn tal-Gvern hu li kull min għandu storja jew ambizzjoni jwettaq il-ħolma tiegħu bil-fondi Ewropej. Dr Bonett tkellem dwar proċess ta’ simpli-

This article is from: