4 minute read

TAL-UE BIEX MALTA TKOMPLI TIŻVILUPPA

li se joħloq aktar żviluppi kruċjali fuq l-istabbiltà li diġà teżisti f’diversi oqsma tas-soċjetà u tal-ekonomija

Advertisement

soċjali, il-programmi operattivi tal-fondi Ewropej li tħabbru t-Tnejn ġew deskritti ta’ serħan ilmoħħ għall-ħaddiema u għan-negozji f’pajjiżna.

F’kummenti lil ONE News, iċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvi lupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), David Xuereb, din ilġimgħa ddeskriva l-programmi operattivi ta’ €2.2 biljun bħala l-mekkaniżmu li se jwassal biex l-aspirazzjonijiet tal-lum isiru realtà fil-ġejjieni.

Xuereb qal li l-MCESD, li jiġbor fih lir-rappreżentanti tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem, se jkun essenzjali biex dawn il-fondi jiġu investiti għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.

jintefqu, rajna wkoll tħassib mill-Kummissarju Ewropew tad-differenza bejn ix-xewqat u l-azzjoni. Naħseb li kull min hu ta’ rieda tajba għandu interess li jgħin lill-Gvern biex dawn il-flus nonfquhom b’mod ekwu u b’mod responsabbli,” hu temm jgħid.

Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union, Josef Bugeja, ikkummenta li dan il-pakkett ta’ fondi se jgħin biex itejjeb il-kwalità tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

“Aħna l-aktar li nikkonċentraw fuq il-Fondi ta’ Koeżjoni, għax huma direttament fuq il-kwalità tal-ħaddiema, jiġifieri ħafna minnhom se jintefqu biex inżidu l-kompetenzi, l-abilitajiet u l-kapaċitajiet tagħhom. Awtomatikament allura, imbagħad, ikunu qed jagħmlu kwalità tal-ħajja aħjar,” stqarr Bugeja.

ż-żmien tal-pandemija u l-Gwerra fl-Ukrajna. “Dawn il-fondi se jkunu qed jagħtu serħan il-moħħ li wieħed jinvesti u jkompli miexi f’dik id-direzzjoni, avolja hawn dawn il-kumplessitajiet, għax se jkollhom l-appoġġ meħtieġ.” fikazzjoni li jixtieq jara biex aktar persuni, NGOs u kumpaniji jigu megħjuna biex jibbenefikaw mill-fondi.

Il-pakkett rekord ta’ fondi Ewropej ukoll se jfissru aktar għajnuna lis-settur agrikolu, kif iddeskriva l-bidwi u raħħal Silvan Abela, li qasam ukoll fehmtu ma’ ONE News dwar l-investiment massiċċ li hemm iddedikat għas-settur li jaħdem fih.

Fit-tnedija tal-programmi operattiv marbuta mal-Fondi Ewropej li jammontaw għal €2.2 biljun, ġie spjegat li s-settur agrikolu għandu ddedikati għalih investiment ta’ €167 miljun.

“Għalhekk illum se nagħmlu impenn ma’ kulħadd, li l-fondi Ewropej aktar minn qatt qabel, se jkunu aktar qrib tiegħek. Se jkunu qrib tiegħek għax huma l-fondi tiegħek. Jekk temmen li l-istorja tiegħek hi żgħira wisq biex ikollok aċċess għall-fondi, minn hawn qed ngħidulek li, le, mhijiex, għax l-istorja tiegħek se tkun l-akbar ambizzjoni tagħna,” tenna s-Segretarju Parlamentari waqt it-tnedija uffiċjali.

Fl-istess tnedija tkellem il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri fejn qal li bil-pakkett ta’ fondi Ewropej, hu fundamentali biex flimkien mal-pjan talGvern, inkomplu nibnu ekonomija b’saħħitha għall-futur. “B’dawn il-fondi se nkomplu ngħinu fost oħrajn lin-negozji, żgħar u medji jinvestu fi proġetti innovattivi biex itejbu l-prodott jew isservizz tagħhom u jassiguraw sostenibbiltà. Se nkomplu naraw li jkollna Malta b’kuxjenza ambjentali u nibqgħu nsebbħu l-patrimonju u l-ambjent storiku tagħna. Mill-qasam soċjali se nkunu qed nużaw dawn il-fondi biex naraw li kull persuna f’pajjiżna jkollha l-opportunitajiet li tirnexxi u se ninvestu fi proġetti infrastrutturali kbar, li se jkomplu jbiddlu għall-aħjar lil pajjiżna,” qal il-Ministru Schembri.

Fl-ewwel reazzjonijiet mill-imsieħa

“Naħseb li m’hawn l-ebda mej da aktar ideali biex dawn il-ħsibijiet, dawn il-kontribuzzjonijiet ta’ rieda tajba fil-pajjiż kollu, jiġu fuq il-mejda tal-MCESD proprju biex flimkien, bl-iktar mod intelliġenti, naraw kif dawn il-flus, li huma tagħ na, jintefqu biex jiksbu dawk l-aspirazzjonijiet, dawk l-ambizzjonijiet li kollha kemm aħna mhux biss xtaqna, imma rridu. Dan nagħmluh biex naċċertaw li ngawdu mhux biss aħna f’dawn is-seba’ snin li ġejjin – in-nies li qed ngħixu llum – imma biex inkunu ċerti u responsabbli wkoll għall-aspirazzjonijiet ta’ ġenerazzjonijiet futuri,” kompla Xuereb, waqt li nnota b’sodisfazzjon il-pjan li fih dawn il-programmi operattivi, li se jinkludi proġetti kbar li se jwasslu lil pajjiżna għall-futur.

“Fost oħrajn, il-fokus kien fuq l-enerġija rinnovabbli, fuq l-industrija l-ħadra, fuq is-sostenibbiltà, fuq issaħħa mentali, fuq l-interconnector, fuq ħafna aspettattivi li ċ-ċittadin ġeneralment għandu.”

Il-Perit Xuereb qabel ma’ appell li għamlet il-Kummissarju Ewropew Ferreira waqt iż-żjara tagħha f’Malta. “Filwaqt li rajna kif dawn il-flus nixtiequ li

Min-naħa tagħha, Abigail Mamo, Kap Eżekuttiv tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji, qalet lill-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE li dawn il-programmi tnedew wara konsultazzjoni li saret bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali.

Mamo rrimarkat li l-isfidi internazzjonali ta’ bħalissa qed iwasslu lill-ekonomija Maltija tkun aktar indipendenti u reżiljenti.

“Jiġifieri qabel ma konniex naħsbu li, forsi, li nġibu l-elettriku minn sorsi oħrajn jew l-importanza tal-produzzjoni tal-elettriku fostna kienet se tkun prijorità, imma llum il-ġurnata nafu li hi prijorità li aħna jkollna ċerta indipendenza fejn jidħol l-ikel. Hi prijorità wkoll li nagħmlu titjib fis-saħħa. Ovvjament, dawn il-fondi se jkunu strumentali biex mhux biss Malta tkompli tagħmel dawn l-avvanzi, imma biex ikunu parteċipi wkoll in-negozji, jiġifieri li aħna se jkollna strateġija, bħala Malta, imma minn din l-istrateġija, in-negozji se jkunu parteċipi anke permezz tal-fondi Ewropej,” tenniet Mamo, filwaqt li indikat kif dawn se jwasslu għall-qalba diġitali għan-negozji, wara

Dwar il-finanzjament ta’ €52.3 miljun lil pajjiżna filPjan ta’ Rkupru u Reżiljenza, l-istrument ewlieni fil-qalba tan-NextGenerationEU, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen kellha biss kliem ta’ tifħir għall-progress li rnexxielu jwettaq pajjiżna f’diversi oqsma fl-aħħar snin.

“Għandi aħbar tajba għal Malta. Bis-saħħa tas-suċċess tiegħu fl-ewwel sett ta’ riformi u investimenti, il-pajjiż hu lest li jirċievi l-ewwel pagament taħt in-NextGenerationEU. Ladarba l-istati membri jagħtu l-approvazzjoni tagħhom, Malta se tirċievi aktar minn €50 miljun bħala riżultat tal-progress tajjeb tagħha filpjan nazzjonali tagħha ta’ rkupru u reżiljenza, li jiswa

Abela, li hu sid ta’ razzett tal-baqar, qal li l-fondi se jgħinu għall-provvista u l-ħażna tajba tal-ikel f’dan il-perjodu ta’ sfidi internazzjonali bla preċedent. Waqt li faħħar il-miżuri li ddaħħlu mill-Gvern, hu kkummenta wkoll li dan il-fond se jkun qed jgħin biex raħħala u bdiewa jixtru makkinarju aktar sostenibbli, waqt li s-settur jattira aktar żgħażagħ.

Apparti r-razzett tal-bhejjem, Silvan u familtu għandhom ir-raba’ li fih jiżirgħu l-patata u ta’ kull sena jesportaw aktar minn 250 tunnellata ta’ patata Maltija lejn l-Olanda. Il-manteniment tal-produzzjoni tar-razzett u l-għelieqi, ikollu bżonn manutenzjoni u makkinarji kbar apposta u l-fondi Ewropej iservu ta’ spalla finanzjarja għalihom.

“Biex tirranġa r-razzett u l-affarijiet tiegħek għall-esportazzjoni u kollox, u tara xi jkun hemm bżonn li tagħmel biex timxi ’l quddiem. Hawnhekk nagħmlu ħalib, patata għall-esportazzjoni u laħam taċ-ċanga.” kważi €260 miljun. Malta ilha taħdem, pereżempju, fuq it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u ż-żieda fl-indipendenza tal-ġudikatura. Malta tejbet ukoll it-tfas sil tal-investimenti fl-innovazz joni industrijali u tejbet l-immaniġġjar tal-iskart, għall-benefiċċju tal-ekonomija ċirkolari. Fl-aħħar nett, aħna kuntenti bil-miżuri importanti li ttieħdu biex l-iskejjel isiru aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Ibqa’ sejra hekk, Malta! Il-Kummissjoni tinsab miegħek, fi triqtek lejn l-irkupru,” qalet Von der Leyen.

Fl-istess attività tat-Tnejn tnieda s-sit fondi.eu li għandu jiffaċilita l-proċess biex aktar nies ikunu jafu minn liema fondi jistgħu jibbenefikaw. Dan is-sit ġabar sitt siti elettroniċi preċedenti, li issa saru sit wieħed. Minbarra hekk, l-aġenzija Servizzi Ewropej f’Malta se tkun il-one-stop-shop biex wieħed japplika u jibbenefika minn fondi Ewropej.

This article is from: