3 minute read

L-INQAS GĦADD STORIKU TA’ QGĦAD

L-inċentivi li daħħal il-Gvern Laburista fl-agħar sfidi internazzjonali qed jissarrfu fl-aħjar riżultati għall-poplu

F’Diċembru li għadda dawk jirreġistraw għal xogħol naqsu għal 1,046, l-inqas numru li qatt ġie osservat f’dan ix-xahar mindu bdiet tinġabar din l-istatistika fis-snin 60. Dan seħħ grazzi għall-inċentivi vasti li introduċa Gvern Laburista, immexxi minn Robert Abela, matul l-aħħar tliet snin ta’ kriżijiet internazzjonali, biex komplew ipoġġu l-pajjiż fid-direzzjoni t-tajba, kif ikkonfermat mill-President tal-Kummissjoni

Advertisement

Ewropea Ursula von der Leyen (ara paġna 5) nhar il-Ġimgħa li għadda.

Fl-aħħar xahar tal-2022, dawk bla xogħol kienu 10% inqas milli kienu sena qabel, anke jekk f’Diċembru 2021 kien inkiseb minimu storiku ieħor fejn jidħol l-għadd ta’ persuni jirreġistraw. Fil-fatt, dawk bla xogħol kienu naqsu b’mod sostanzjali fit-12-il xahar ta’ qabel, għax l-ekonomija kienet bdiet tirpilja b’mod qawwi, frott il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li kien qed jimplimenta l-Gvern.

Analiżi tal-KullĦadd turi kif, qabel Robert Abela sar Prim Ministru, l-inqas li kien naqas il-qgħad fix-xahar ta’ Diċembru kien għal-livell ta’ 1,642 fl2019. Fi żmien l-aħħar Gvern Nazzjonalista, immexxi minn Lawrence Gonzi, l-inqas li qatt naqas il-qgħad f’Diċembru kien fl-2007 meta kien ilaħħaq is6,172. Taħt it-tmexxija ta’ Eddie Fenech Adami l-minimu nazzjonali kien ta’ 5,170 f’Diċembru tal-1989. Dawn ir-“rekords”

Nazzjonalisti huma bejn ħamsa u sitt darbiet agħar minn dak miksub xahar ilu taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela.

Storikament, anke jekk fi sfond ta’ popolazzjoni li kienet ferm differenti milli hi llum, l-aħjar riżultat taħt Gvernijiet Laburisti ta’ qabel l-1987 kien dak ta’

3,290 f’Diċembru tal-1979, dak iż-żmien taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Dom Mintoff. L-aqwa riżultat miksub millGvern tal-Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier f’dan ir-rigward kien dak ta’ 3,810 f’Diċembru tal-1969.

Skont iċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), f’Diċembru li għadda kien hawn ukoll 72 Għawdxi biss jirreġistraw. Dan b’kuntrast ma’

Persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Malta f’dawn l-aħħar snin

713-il Għawdxi u Għawdxija fuq ir-reġistru f’Diċembru tal-2012. B’hekk il-qgħad f’Għawdex fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista kien kważi 10 darbiet aktar milli huwa bħalissa.

Fost persuni b’diżabilità, jirriżulta li l-qgħad naqas għal 228 f’Diċembru li għadda, kontra kważi 500 f’dan l-istess xahar 10 snin qabel.

Filwaqt li dawk li kienu ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena kienu jlaħħqu kważi 2,600 fi tmiem l-amministrazzjoni Nazzjonalista, fi tmiem is-sena li għaddiet dawn kienu biss ftit aktar minn 200 fl-istess sitwazzjoni.

Dan kollu jindika kemm kienet wiesgħa l-firxa tat-tnaqqis fil-qgħad u ż-żieda fl-opportunitajiet ta’ xogħol li seħħew taħt amministrazzjonijiet Laburisti, anke jekk it-tbassir fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 li kien jindika eluf kbar ta’ sensji, baqa’ qatt ma mmaterjalizza.

Analiżi taċ-ċifri tal-aħħar tliet snin minn din il-gazzetta turi li, kemm ilu Prim Ministru Robert Abela, il-qgħad naqas bi kważi 600 persuna. Dan ifisser li l-ammont ta’ dawk jirreġistraw naqsu bħala medja b’żewġ persuni kull tlett ijiem kemm ilu jmexxi l-amministrazzjoni nazzjonali.

Bil-maqlub, fl-aħħar leġiżlatura ta’ Gvern Nazzjonalista l-qgħad kien eżatt bil-maqlub, jiġifieri medja ta’ żewġ persuni kull tlett ijiem żdiedu fuq ir-reġistru. Din id-differenza sostanzjali seħħet minkejja li Robert Abela kellu jaffronta l-effetti tal-akbar pandemija fl-aħħar 80 sena u kriżi internazzjonali mingħajr preċedent fl-istorja riċenti b’riżultat talGwerra fl-Ukrajna.

Eżatt bil-maqlub tal-lum, fl-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista kien hemm medja ta’ żewġ persuni kull tlett ijiem li kienu jiżdiedu fuq ir-reġistru tal-qgħad

GRECH JOĦROĠ JATTAKKA L-APPOĠĠ

TAL-GVERN FIL-KRIŻI TAL-ENERĠIJA

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech saħaq li s-sussidju li qed jagħti l-Gvern biex iżomm stabbli l-prezzijiet tal-enerġija għandu jieqaf, għax, skontu, mhuwiex sostenibbli. L-appoġġ lill-familji u lin-negozji, li kien imfaħħar mill-imsieħba soċjali kollha, ukoll qed iżomm waħda mill-inqas rati ta’ inflazzjoni f’pajjiżna mqabbla mal-kumplament tal-istati membri fl-Unjoni Ewropea.

Iżda, f’diskors li għamel fil-Kamra tal-Kummerċ nhar il-Ġimgħa li għadda, il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem kontra l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern fil-kontijiet tal-enerġija u l-fuels biex baqgħu stabbli f’Malta u ma għolewx b’ċenteżmu wieħed, bid-differenza ta’ pajjiżi oħrajn Ewropej fejn dawn splodew ’il fuq.

“Li tibqa’ tissussidja l-enerġija żgur li mhijiex l-aktar għażla sostenibbli,” tenna Grech, li spiss jiftaħar bis-snin tal-aħħar Gvern Nazzjonalista fejn kienu imposti fuq il-konsumatur l-agħar kontijiet tal-enerġija fl-istorja, waqt li l-prezzijiet tal-gass, tal-petrol u tad-diesel kienu jiżdiedu prattikament kull tmiem ix-xahar.

Il-Prim Ministru Robert Abela rreaġixxa għad-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u reġa’ tenna l-politika ta’ appoġġ tal-Gvern, flimkien ma’ iżjed inċentivi biex l-ekonomija tagħmel il-qalba ambjentali u diġitali.

“Nisma’ lill-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li l-pajjiż għandu jnaqqas is-sostenn li qed jagħti lill-familji fil-qasam tal-enerġija … Dik mhix se ssir! Aħna qatt ma emminna li dik hi d-direzzjoni t-tajba. Dejjem emminna li hu kruċjali li nibqgħu nsostnu fil-prezzijiet tal-enerġija u l-fuels sakemm hu meħtieġ, imma b’mod parallel ukoll insaħħu l-investiment fir-rinnovabbli, inkluż bi proċess li se jkun qed jitnieda biex pajjiżna jkollu installazzjonijiet ta’ pannelli solari u wind farms ’il barra minn xtutna.”

This article is from: