2 minute read
MALTA FOST L-AĦJAR GĦAL IMPJIEGI T’GĦARFIEN GĦOLI
Indiċi jpoġġi lil pajjiżna bħala l-aħjar fin-Nofsinhar tal-Ewropa għal xogħlijiet f’negozji magħrufin brain businesses … megħjun minn rata baxxa ta’ qgħad
L-ebda pajjiż ieħor fin-Nofsinhar talEwropa m’għandu konċentrazzjoni għolja ta’ impjiegi magħrufin bħala brain businesses daqs Malta. Bl-importanza li għandhom dawn l-impjiegi fl-ekonomija moderna, dan hu sinjal tajjeb għall-futur ekonomiku ta’ pajjiżna, skont indiċi ppubblikat din ilġimgħa msejjaħ “The Geography of Europe’s Brain Business Jobs: 2022 Index”.
Advertisement
L-indiċi miġbur minn Dr Nima Sanandaji hu ċertifikat ieħor tajjeb għal pajjiżna.
It-terminu “brain business” jintuża għal dik il-pjattaforma innovattiva ta’ taħriġ online mfassla biex tgħin lil dawk li huma interessati li jiżviluppaw lilhom infushom u lill-impjegati tagħhom f’individwi effettivi u fl-istess ħin ta’ ispirazzjoni għall-kollegi tagħhom.
Ir-rapport jgħid li 7.6% tal-popolazzjoni f’pajjiżna fl-età tax-xogħol huma impjegati f’dan is-settur, li jagħmilna l-aħjar “pajjiż t’għarfien” fin-naħa t’isfel tal-Ewropa. Jgħid ukoll li l-qgħad baxx f’Malta hu eżempju ċar ta’ kif dan is-settur jikkontribwixxi għal dan.
Il-qgħad baxx f’Malta hu eżempju ta’ kif dan is-settur jikkontribwixxi għal dan
Permezz ta’ analiżi dettaljata, l-istudju “The Geography of Europe’s Brain Business Jobs” ikejjel is-sehem tal-popolazzjoni fletà tax-xogħol madwar l-Ewropa li huma impjegati ma’ intrapriżi ta’ għarfien għoli intensiv (highly knowledge intensive enterprises).
Din il-ħames edizzjoni tal-indiċi tespandi l-istudju tagħha biex tinkludi wkoll l-impjiegi f’industriji tal-manifattura u s-servizzi professjonali, waqt li analizzat ir-riżultati minn 31 pajjiż Ewropew u 267 reġjun fi ħdan dawn il- pajjiżi flimkien mas-sehem tal-popolazzjoni impjegata f’setturi li joħolqu valur għoli. L-istudju jsib rabta sinifikanti mal-qgħad reġjonali.
Ir-reġjuni li għandhom sehem għoli ta’ impjiegi fi brain business għandhom it-tendenza li jkollhom inqas qgħad minn dawk b’sehem aktar baxx ta’ impjiegi f’dan is-settur.
Meta jħares b’mod dettaljat lejn is-sitwazzjoni lokali, ir-rapport jgħid li dan il-persentaġġ tal-popolazzjoni Maltija jinsabu f’impjiegi f’dawn is-setturi, fosthom tat-teknoloġija, tal-informatika u l-komunikazzjoni, is-servizzi avvanzati u professjonijiet kreattivi.
Is-sehem tal-impjiegi fl-intrapriżi li jitqiesu bħala “brain business” f’Malta, żdied maż-żmien. B’paragun, fl-2014, 5.8% tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol, jew kważi 2% inqas mil-lum, kienu impjegati f’dawn l-oqsma.
Ir-rapport jgħid li minbarra madwar 8% tal-popolazzjoni li huma impjegati minn intrapriżi ta’ brain business, qrib il-11% huma impjegati fl-industriji tal-manifattura u 12% jaħdmu fis-settur tas-servizzi professjonali.
Meta mqabbla mal-bqija tal-Ewropa, Malta għandha diversi punti b’saħħithom. Fost dawn, fir-reklamar u r-riċerka tas-suq, kif ukoll l-uffiċċji prinċipali u ta’ ġestjoni. Ir-rapport jgħid li pajjiżna, minkejja dan il-progress, irid jaħdem aktar f’oqsma bħall-manifattura ta’ teknoloġija għolja, riċerka u żvilupp.
Mill-indiċi joħroġ li Pariġi għandha ’l fuq minn 1.2 miljun impjieg f’dan is-settur u għalhekk tibqa’ l-uniku reġjun fl-Ewropa b’aktar minn miljun impjegat f’negozji magħrufin bħala brain businesses.
B’kollox, ir-reġjuni tan-Nofsinhar tal-Ewropa (Pariġi, Madrid, Ruma, Lisbona, Ateni, Ċipru u Malta) għandhom aktar minn 2.3 miljun impjieg f’dan is-settur. Dan jista’ jitqabbel mal-1.7 miljun impjieg fl-ibliet jew fil-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent (Londra, Berlin, Amsterdam, Vjenna, Brussell u l-Lussemburgu).
Ix-xogħlijiet fuq il-proġett tal-Park & Ride fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Xħajma, fil-limiti tax-Xewkija, għaddejjin b’ritmu tajjeb. L-iżvilupp fuq 24,000 metru kwadru, li nofshom se jkunu ddedikati għal 300 spazju ta’ parkeġġ, se jkun qed inaqqas drastikament it-traffiku u l-konġestjoni fiż-żona tal-Imġarr. Waqt żjara fuq il-post mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett, ġie spjegat li ż-żona se tkun ittrasformata f’terminal għall-karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku, flimkien ma’ faċilitajiet ta’ charging pillars għal vetturi elettriċi u pedelecs, bħala parti mill-miri tal-Gvern li jkompli jinvesti fi proġetti ħodor. Fl-istess ħin se titranġa triq eżistenti u se jkun hemm aċċess pedonali u għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita. Il-proġett li se jkun qed jinbena fuq sular wieħed, se jinkorpora saqaf aħbar b’siġar u pjanti fuq iż-żona tal-parkeġġ u faċilità ta’ rikreazzjoni fil-beraħ.