1 minute read

JITLESTEW B’€10M ĦITAN TAS-SEJJIEĦ

Madwar G Awdex

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett ħabbru li tlesta r-restawr ta’ ’l fuq minn 30 kilometru ta’ ħitan tas-sejjieħ madwar Għawdex kollu.

Advertisement

Ir-restawr u bini mill-ġdid ta’ ħitan f’żoni rurali, li bdew madwar sentejn ilu, twettqu mid-Direttorat EkoGħawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u ġew iffinanzjati minn fondi Ewropej b’valur ta’ €10 miljun. Madwar 40 triq fil-lokalitajiet tax-Xagħra, in-Nadur, ix-Xewkija, Għajnsielem, l-Għasri, San Lawrenz, Ta’ Sannat, il-Qala, Santa Luċija, Kerċem, iż-Żebbuġ u r-Rabat gawdew minn dan it-tisbiħ.

Il-Ministru Camilleri spjega kif f’dan ilproġett ġew riabilitati ħitan li maż-żmien iġġarrfu u kienu fi stat ħażin. “Dan ilproġett hu ta’ importanza nazzjonali, b’mod partikolari fid-dawl tal-impenn tal-Gvern li jittrasforma lil Għawdex fi gżira ekologi- ka, waqt li jsostni lill-bdiewa u lir-raħħala Għawdxin,” saħaq il-Ministru.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Bonett qal li ġew investiti €10 miljun mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali biex ġew irranġati 30 kilometru ta’ ħitan tas-sejjieħ madwar Għawdex kollu.

“B’dan l-investiment mhux biss komplejna nsebbħu l-karatteristika fiż-żoni rurali t’Għawdex, imma komplejna nipproteġu l-ambjent. Kommessi li kif wettaqna dan l-investiment, mill-programmi operattivi l-ġodda nkomplu ninvestu fil-gżira Għawdxija,” qal is-Segretarju Parlamentari.

Il-ħitan tas-sejjieħ huma karatteristika importanti fil-pajsaġġ rurali Għawdxi u apparti mill-impatt viżiv li jħallu, għandhom ukoll importanza ambjentali kbira, għax jevitaw mill-iskular tal-ħamrija meta tagħmel ix-xita.

Fl-aħħar erba’ snin Gvern Laburista investa xejn inqas minn €400,000 biex is-soċjetajiet mużikali Maltin u Għawdxin isiru aktar inklużivi. Dan l-investiment, li l-għan prinċipali tiegħu hu li tkun imsaħħa l-inklużjoni ħolistikament, fl-aħħar snin ra proġetti li fost affarijiet oħrajn tejbu l-aċċessibilità kif ukoll żiedu l-parteċipazzjoni ta’ persuni b’diżabilità

Matul iċ-ċerimonja tal-għoti tal-ittri ta’ impenn lid-disa’ soċjetajiet mużikali li kienu finalisti tal-iskema Soċjetajiet Mużikali Aktar Inklużivi għas-sena 2022, li saret din ilġimgħa, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli sostniet kif il-Gvern se jibqa’ jkun ta’ spalla biex il-każini u l-festi Maltin u Għawdxin jitgawdew minn kull ċittadin.

Il-Ministru qalet li dan l-investiment qed jixpruna lis-soċjetajiet mużikali biex ilkoll flimkien nilħqu l-miri tal-istrateġija nazzjonali għall-persuni b’diżabilità. Liema strateġija titkellem ċar dwar id-dritt li persuni b’diżabilità jkollhom aċċess għall-kultura u l-arti f’pajjiżna.

Id-disa’ soċjetajiet mużikali li bbenefikaw mill-iskema ta’ din is-sena huma St. Philip Band Club AD 1851 Ħaż-Żebbuġ, Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri Ħal Qormi, Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħal Kirkop A.D. 1886, Għaqda Mużikali San Ġużepp Għaxaq, Soċjetà Mużikali Sant’Antnin Birkirkara, 12th May Band and Social Club Ħaż-Żebbuġ, Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa, Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun u Soċjetà Filarmonika Lourdes Qrendi.

This article is from: