1 minute read
IT-TIMBRU TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Dawn il-fondi Ewropej ġew allokati għas-snin 2021-2027 fejn il-Gvern intrabat li juża dawn il-fondi f’diversi setturi f’pajjiżna, inklużi s-setturi soċjali, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-ambjent, l-enerġija, l-infrastruttura, it-turiżmu, Għawdex, u l-biedja u s-sajd.
Fuq kollox, permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej, il-Gvern intrabat li jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar liż-żgħażagħ tagħna li huma l-pedament tal-futur ta’ pajjiżna.
Advertisement
Din il-ġimgħa semmewli li f’Malta għandna problema tad-droga. Iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ġew ittimbrati bħala drugati, b’ħafna vizzji.
Ironikament dan il-kumment sar fil-ġurnata fejn ħabbarna żewġ skemi maħsubin għaż-żgħażagħ sabiex ikattru t-talent letterarju tagħhom u ngħinuhom, bħala Gvern, jippubblikaw il-kitba bil-Malti li huma stess ikunu kitbu.
Kemm huwa faċli li tiġġudika u tagħti timbru lil min trid?
Kemm huwa faċli li taqbad u tislet il-mannara billi tiġġustizzja lil min wettaq xi reat?
Kemm huwa faċli li taqbad u titfa’ lil kulħadd f’keffa waħda?
Din il-ġimgħa rajna l-pjan tal-Gvern Laburista mmexxi b’għaqal mill-Prim Ministru Dr Robert Abela, fejn wara negozjati intensivi li jmorru lura għas-sena 2020 fl-eqqel tal-pandemija, irnexxielu jikseb pakkett finanzjarju b’fondi Ewropej bla preċedent li jlaħħaq iż-€2 biljun.
Sfortunatament, meta wieħed isemmi liż-żgħażagħ nisimgħu kummenti negattivi minħabba diversi stejjer li nisimgħu fix-xandir. Stejjer li jaraw żagħżugħ jew żagħżugħa twettaq xi reat minħabba vizzji jew abbużi.
Iżda nistgħu npoġġu liżżgħażagħ kollha f’keffa waħda? Nistgħu ngħidu li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin huma kollha mogħnija bil-vizzji? Żgur li le! Min jaħseb hekk għandu stampa kemxejn surreali u mtappna taż-żgħażagħ f’pajjiżna.
Min jaħseb hekk m’għandux fiduċja fiż-żgħażagħ tagħna.
Huwa minnu, li l-problema tad-droga kienet u għadha preżenti f’pajjiżna. Iżda sfortunatament jeżisti pajjiż fid-dinja li m’għandux problema tad-droga? Allura jfisser li l-ebda pajjiż mhu qiegħed jaħdem sabiex jissalvagwardja din il-problema?
F’Malta, jekk wieħed iħares lejn l-istatistika, jinduna li f’dawn l-aħħar snin taħt Gvern Laburista nqabad numru rekord ta’ traffikar ta’ droga, li iva, jekk ma jiġux interċettati jispiċċaw jiċċirkolaw f’pajjiżna.
Il-Gvern ta u se jkompli jagħti r-riżorsi kollha neċessarji biex l-entitajiet responsabbli jkollhom l-għodda neċessarja li biha jżommu s-sigurtà f’pajjiż- na.
Il-pulizija diġà bdew iżidu l-preżenza tagħhom fit-toroq, kif rajna wkoll f’dawn l-aħħar snin permezz tal-community policing, iżda kif qal tajjeb ilPrim Ministru Dr Robert Abela huwa fid-dmir tal-qrati li jwasslu messaġġ ċar billi jagħtu pieni aktar ħorox lil min jaġixxi b’mod irresponsabbli.
Madanakollu, aħna ma rridux li nsibu biss soluzzjonijiet għall-problemi li jkollna naffaċċjaw. Ma rridux li nagħtu biss il-piena jew korrezzjoni lil dawk li jabbużaw mid-droga.
Aħna rridu nkunu proattivi u nwettqu miżuri li ma jagħtux lok liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jaqgħu fil-vizzju tad-droga. Aħna rridu li ż-żgħażagħ tagħna jimirħu fl-edukazzjoni u jkattru t-talenti tagħhom.
Wieħed mill-proġetti huwa li nidentifikaw spazji eżistenti u oħrajn ġodda fejn iż-żgħażagħ jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom, jiffurmaw gruppi u għaqdiet li jwassluhom sabiex ikomplu jkattru l-interessi tagħhom.
Spazji li jippermettu liż-