3 minute read
INNOVATTIVI FIT-TAGĦLIM
joni ċara ta’ x’irid jilħaq u fejn irid jasal. Kien għalhekk li Gvern Laburista għamel bosta rivoluzzjonijiet li qed ilestu lil pajjiżna għall-futur.
F’disa’ snin Gvern Laburista ħadem bis-sħiħ ħalli aktar persuni jibgħu fl-edukazzjoni u biex aktar ħaddiema jtejbu l-ħiliet tagħhom.
Advertisement
Pajjiż jikseb żvilupp ekonomiku sostenibbli permezz ta’ investiment sostanzjali fl-edukazzjoni tal-kapital uman tiegħu.
Nemmnu li l-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku ma jkollu ebda valur jekk il-Gvern ma jfassalx strateġija ċara biex il-pajjiż ikollu biżżejjed riżorsi umani. Mhuwiex sigriet li pajjiżna għandu nuqqas ta’ kapital uman.
Sfida kbira għal pajjiż li m’għandux żejt, gass jew riżorsi naturali. Sfida wisq ikbar meta wieħed jikkunsidra il-pass mgħaġġel ta’ kif qed tinbidel l-ekonomija globali.
Però, l-ebda sfida mhi akbar mir-rieda ta’ gvern b’viż-
Iva, għax uliedna posthom l-iskola. Ma nistgħu qatt naċċettaw realtà fejn tfal li jagħmlu 13-il sena fl-edukazzjoni obbligatorja joħorġu mis-sistema mingħajr ilħiliet neċessarji fid-dinja moderna.
Din hija premessa li ili nisħaq fuqha tul dawn l-aħħar snin fir-rwol tiegħi ta’ ġenitur, bħala edukatur kif ukoll illum bħala politiku. Dejjem emmint li l-Gvern għandu r-responsabbiltà li jagħmel il-vjaġġ edukattiv tal-istudenti uniku biex jikbru, jimirħu u jfasslu Malta ta’ għada. Ma nistgħu nitilfu l-ebda żagħżugħ jew żagħżugħa matul it-triq.
U biex dan jiġi garantit irridu nżommu f’moħħna wkoll il-fatt li mhux kulħadd maqtugħ biex jidħol l-Università. Irridu wkoll nitilqu bil-premessa li l-edukazzjoni mhix biss dik obbligatorja mmirata għal tfal u żgħażagħ fl-iskejjel tal-Istat, tal-knisja u dawk privati iżda tinkorpora wkoll firxa wiesgħa ta’ korsijiet u boroż ta’ studji li wieħed isib fl-istituti kollha bħall-MCAST, l-ITS, l-Università u oħrajn fil-privat.
Fuq kollox, biex dan jiġi garantit, irridu bla dubju nħarsu lejn strateġiji li jwassluna għal sistema edukattiva moderna. Huwa għalhekk li l-istrateġija nazzjonali għal wara l-pandemija, tinsisti fuq l-importanza tal-edukazzjoni bħala mezz kruċjali biex tassew infasslu Malta t’għada.
Huwa għalhekk li l-Gvern nieda l-Politika Nazzjonali tax-Xogħol ġdida li biha ser jibda jaffronta din l-isfida. Din il-politika għandha pjan li bih ser inkunu qed ngħollu l-valur ta’ siegħa xogħol tal-ħaddiem Malti u Għawdxi. Dan ser isir billi jtejjeb il-ħiliet, joffri opportunitajiet ta’ taħriġ, jinċentiva lil dak li jħaddem u lill-ħaddiema nfushom biex itejbu l-ħiliet tagħhom.
Huwa għalhekk ukoll li fl-2019, il-Gvern nieda l-Istrateġija Nazzjonali għallĦiliet Diġitali bil-għan li l-pajjiż jipprovdi aktar ħaddiema mħarrġa fit-teknoloġija żgħażagħ iqattgħu ħinhom ma’ żgħażagħ oħra sabiex jibnu aktar rapporti soċjali f’interazzjoni personali u mhux minn wara skrin. Spazji fejn iż-żgħażagħ tagħna se jkunu protetti u mbiegħda minn vizzji bħad-droga. tal-informatika li permezz tagħha Malta kienet l-ewwel Stat Membru Ewropew li għandu strateġija nazzjonali għal dan il-għan.
Spazji li kapaċi jagħtu serħan il-moħħ lil dawk il-ġenituri li ma jridu xejn ħlief ġid għat-tfal tagħhom. Iżda dan ix-xogħol kollu ma jitwettaqx biss biddaqq tat-trombi. Ix-xogħol isir ta’ kuljum, b’passi żgħar li jwasslu lid-droga mhux biss tinqabad iżda jkollha mewta naturali fost iż-żgħażagħ tagħna.
Għaldaqstant, għal min irid jittimbra liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin bħala vvizzjati, bħala drugati, ngħidlu b’wiċċi minn quddiem li din hija gidba oħra li jridu jbellgħulna. Bix-xogħol li ilna nwettqu u li se nkomplu nwettqu fis-snin li ġejjin, anki permezz tal-pakkett ta’ €2 biljun li l-Gvern irnexxielu jikseb b’għaqal mill-Unjoni Ewropeja, persważ li ż-żgħażagħ se jagħtu risposta lil dawk li, għad-differenza mill-Gvern, ma jemmnux fihom, anzi qatgħu qalbhom minnhom.
L-istrateġija kienet strumentali biex tagħti linji gwida ta’ kif jista’ jevolvi l-kurrikulu fl-aspett diġitali. Dan billi jittejbu l-mezzi li bihom qed jiġi mgħallem l-ICT f’kull struttura edukattiva. L-istrateġija kellha rwol importanti biex tippromwovi inizjattivi nazzjonali biex isir taħriġ speċjalizzat.
Huwa wkoll għalhekk li l-Gvern qed jara mudelli ġodda li qed jiġu implimentati f’pajjiżi oħra bħal EDTECH. EDTECH huwa s-suġġett fejn it-tagħlim jitwettaq permezz ta’ teknoloġija bbażata fuq hardware, software u pjattaformi f’kull suġġett tas-sistema edukattiva. Dan jeċita lit-tfal tagħna speċjalment fil-livell primarju u dak sekondarju.
Irridu nimxu maż-żminijiet tal-lum. Illum it-tfal iqattgħu ħafna ħin quddiem apparati bħal mobiles, tablets u laptops imqabbdin mal-internet u pjattaformi diġitali. Jekk jirnexxilna nixħtu l-attenzjoni edukattiva fuq dawn il-pjattaformi nkunu qed nattiraw aktar l-attenzjoni tat-tfal tagħna.
Irridu nimxu f’din id-direzzjoni malajr kemm jista’ jkun.
L-edukazzjoni kienet, għadha u tibqa’ prijorità għall-Gvern Laburista. Investimenti kbar ta’ kull sena li jaqbżu t-€800 miljun fi spejjeż kapitali u dawk rikorrenti. Investimenti fi skejjel aktar ġodda u moderni, kif ukoll, wisq aktar importanti investiment fit-tfal u fiż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.
Prijorità għax l-edukazzjoni hija fundamentali biex pajjiżna jikber. Hija fundamentali biex pajjiżna jilħaq il-viżjoni ekonomika tiegħu u biex verament isir ċentru ta’ eċċellenza.
Kemm huwa importanti li nibqgħu nagħfsu biex ikollna aktar riżorsi umani lesti u mħarrġa fl-oqsma kollha inkluż fl-opportunitajiet tax-xogħol li ser jinħolqu fissnin li ġejjin. Dan il-pjan jiggarantixxi suċċess ekonomiku u stabbiltà fl-investimenti.
Dan huwa l-ġejjieni ta’ pajjiżna.
Dan huwa l-ġejjieni tal-ħaddiema tagħna.
Dan huwa l-ġejjieni ta’ wliedna u tal-familji Maltin u Għawdxin.