IL-VIĊI KAPIJIET TAL-PN DESTINATI GĦAS-SAGRIFIĊĊJU WARA T-TELFA Il-Ħadd, 10 ta’ April, 2022
Ħarġa Nru 1,500
Prezz €1
Rapport f’paġna 4
“MALTA KOLLHA HIJA LABORATORJU TA’ PAĊI” Rapport f’paġni 14 u 15
JISTENNA APOLOĠIJA MILL-ESTABLISHMENT L-Għawdxi Alex Borg “iżomm sod mal-pożizzjoni tiegħu kontra l-għaqdiet Repubblika u Civil Society Network” li għajruh b’Faxxiżmu … sorsi qrib id-deputat żagħżugħ jisħqu li l-attakki fuqu mill-fazzjoni tal-Blue Heroes iżjed saħħewh Id-Deputat ġdid Alex Borg, li għeleb kull attakk intern mill-establishment Nazz jonalista u kiseb l-akbar għadd ta’ voti f’Għawdex, għadu determinat kontra l-għaqdiet Repubblika u Civil Society Network, li s-sena l-oħra saħansitra għajruh li jħaddan prattiċi Faxxisti. Sorsi viċin iż-żagħżugħ Għawdxi, li tkellmu magħna, saħqu li Borg għadu jemmen li l-ħidma ta’ dawn l-NGOs qed toħloq ħsara kbira u irreparabbli fil-PN, kif riflessa fir-riżultat elettorali tas-26 ta’ Marzu li għadda.
Huma wrew il-konvinzjoni tagħhom li, bis-saħħa tal-attakki mill-fazzjoni tal-establishment, Borg iżjed irnexxielu jikseb l-akbar għadd ta’ voti tal-ewwel preferenza fil-pajjiż kollu, bl-eċċezzjoni biss tal-Kap tal-Partit Bernard Grech. Fil-fatt, f’waħda mis-sorpriżi li seħ ħew bir-riżultat ta’ ġimagħtejn ilu, Borg ġab 6,108 voti fl-ewwel għadd. Dan fisser aktar mid-doppju ta’ voti tal-ewwel preferenza ta’ Chris Said (2,772), li mhux biss kien diġà stabbilit, iżda warajh kellu wkoll is-sostenn ta’ sħabu magħrufin
bħala l-“Blue Heroes”. Dan ukoll wassal biex ma jiġux eletti mit-13-il Distrett l-Eks Deputati Joe Ellis, Kevin Cutajar u Claudette Buttigieg. B’dan ir-riżultat, Borg, magħ ruf kemm huwa qrib l-Eks Mi nistru għal Għawdex Giovanna Debono, biħsiebu jmexxi l-ġlieda interna kontra l-istess fazz joni dominanti, waqt li jistenna wkoll apoloġija personali. Tkompli f’paġna 5
Alex Borg
02
10.04.2022
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 20°C L-Inqas Temperatura: 12°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja tinsab fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran It-Temp: Sabiħ Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Punent għal-Lbiċ Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
18°C UV 8
12°C
Il-Ħamis
KUNTATT ĠENERALI
17°C UV 7
12°C
Il-Ġimgħa
18°C UV 8
13°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1 182
18°C UV 6
12°C
18°C UV 4
12°C
17°C UV 4
12°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Floriana Dispensary,29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 Mint Care Pharmacy, 5B-71 Triq Brared, Birkirkara – 21442135 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex – 21341649 San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21344722 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, In-Naxxar – 21417406 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala – 27023322 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan k/m Triq William Baker, Il-Gudja – 21696422 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 21682028 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454247 Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem – 21563017 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
04
10.04.2022
IL-VIĊI KAPIJIET DESTINATI LI JSIRU ĦRIEF TAS-SAGRIFIĊĊJU Robert Arrigo u David Agius mistennija jġorru parti sew mit-tort tal-akbar telfa fl-istorja li l-PN qatt sofra Waqt li fl-immedjat, wara l-akbar telfa elettorali mill-1955 ’l hawn, żamm is-skiet fid-dieher, jirriżulta lil din il-gazzetta li r-rappreżentanti tal-establishment Nazzjonalista kienu diġà għaddejjin minn wara l-kwinti jirsistu bil-manuvri biex ikomplu jikkonsolidaw il-pożizzjoni fl-Oppożizzjoni. Dan kien jinkludi li jittajru l-aħħar elementi fit-tmexxija tal-Partit li huma assoċjati mar-rivoluzzjoni mitlufa ta’ Adrian Delia. Għaldaqstant, iż-żewġ Viċi Kapijiet Robert Arrigo u David Agius, responsabbli għall-Affarijiet tal-Partit u tal-Parlament rispettivament, kienu destinati li jiġu ssagrifikati fuq l-altar, anke jekk ftit li xejn kellhom x’jaqsmu mal-akbar disfatta. Minn tagħrif li għandha l-KullĦadd, jidher li l-istrateġija tal-establishment hi bbażata fuq tliet pilastri miri. Hu ċar li l-ewwel mira kienet li l-esponenti ta’ din l-aktar fazzjoni b’saħħitha jnaqqsu kemm jistgħu mill-importanza tat-telfa Nazzjonalista u/jew inkella tar-rebħa Laburista. Alleati ferventi tal-establishment fil-fatt ilhom minn dakinhar tar-riżultat jipprovaw jaqbdu ma’ kull skuża, anke infantili, biex isostnu li Robert Abela mhux veru rebaħ jew inkella jekk rebaħ minħabba “manipulazzjoni tal-poplu permezz tas-saħħa tal-poter (power of incumbency) u “użu abbużiv tax-xandir nazzjonali”.
Eżempju ta’ din il-linja kien Fil-fatt, fl-elezzjoni tal-MEPs strateġija, speċi ta’ block vote, f’diskors mill-Eks Viċi Kap tal-2014 (taħt Simon Busuttil) il- biex il-preferenzi ma jmorrux Beppe Fenech Adami fejn qal PN kien kiseb 40% tal-voti, biex fuq il-kandidati tal-establishli l-Partit Laburista kellu fon- imbagħad fl-Elezzjoni Ġenerali ment. di sproporzjonati biex iwassal tal-2017 kien tela’ għal 44%. Pereżempju inqas minn il-messaġġ tiegħu. Fir-realtà L-istess fl-elezzjoni tal- wieħed minn kull tliet voti żej analiżi li saret mill-gazzetta MEPs tal-2009 (taħt Lawrence da ta’ Alex Borg intiret minn Times of Malta, kif ukoll Gonzi) il-Partit kien ġab 40% Chris Said, apparti li tal-ewwel mill-MaltaToday, uriet li kien tal-voti biex imbagħad fl-Elez- ġab tliet darbiet iżjed mill-istil-PN li nefaq l-aktar f’reklami zjoni Ġenerali tal-2013 kien ess politiku veteran. Inqas fuq il-mezzi soċjali. tela’ għal 43%. Huwa fatt li l-PN minn wieħed minn kull tmien It-tieni mira hi dik li, bħala dejjem iġib bejn 3% u 4% ak- voti żedja ta’ Joe Giglio fuq id-9 l-magħżul tal-establishment, tar tal-voti bejn elezzjoni tal- Distrett marru għand Beppe Bernard Grech jidher li rnexxie- MEPs u dik ġenerali, għax aktar Fenech Adami, waqt li fuq l-10 lu jwettaq il-missjoni li jnaqqas Nazzjonalisti joħorġu jivvutaw. Distrett inqas minn wieħed id-distakk bejn iż-żewġ minn kull għaxar voti partiti. Filwaqt li qabel żejda ta’ Giglio marru l-elezzjoni kienu qed fuq Karol Aquilina. jiffukaw fuq li d-distakk Kumplimentari ma’ fil-voti jkun inqas minn dan kollu, l-establishdak tal-2017 u dak marment għamel minn kolBit-tneħħija tal-Viċi Kapijiet, rilhom żmerċ, issa qed lox waqt il-kampanja jgħidu li, imqabbel ma’ elettorali biex joskura finalment ikun seħħ il-pjan kif kienu taħt Adrian liż-żewġ Viċi Kapijiet li tal-Blue Heroes li jieħdu lura Delia, id-distakk bejn kważi ma dehru mkien. iż-żewġ partiti naqas. Din l-istrateġija tidher l-Partit Nazzjonalista Hemm min saħanli kellha suċċess, tant sitra qiegħed jgħid li li, imqabblin mal-2017, kien hemm progress għax qed It-tielet mira fl-istrateġija Arrigo naqqas kwart tal-voti, iqabbel ir-riżultat li kiseb il- tal-establishment kienet dik minn 6,892 tal-ewwel prefPN fl-elezzjoni ġenerali taħt li jippontaw subgħajhom lejn erenza għal 5,112, waqt li Agius Bernard Grech ma’ dak li kien il-fazzjoni ta’ Delia. Jiġifieri, naqqas ftit aktar minn kwart kiseb fl-elezzjoni għall-Membri skont din in-narrativa, it-tort tal-voti, minn 1,951 tal-ewwel Parlamentari Ewropej fi żmien tad-disfatta elettorali hu li preferenza għal 1,426. Delia. Dan għax taħt Delia l-Par- l-fazzjoni tal-Eks Kap ħadmet Mill-ewwel indikazzjoni tit kiseb 38% tal-voti u taħt Ber- kontra l-linja tal-Partit. jiet tar-riżultat, tal-estab nard Grech inkiseb 42%. Hemm min qed jgħid li d-de lishment ippontaw subMinkejja dan, u apparti li putati li ma ħarġux għall-elez għajhom lejhom it-tnejn huma żewġ elezzjonijiet b’fat- zjoni affettwaw ir-riżultat, u l-proċess li jkunu turi differenti ħafna li ma b’mod speċjali fis-6 Distrett u pproġettati bħala l-ħrief jistgħux jitqabblu, dak li ġara fid-9 Distrett. Dan minbarra li tas-sagrifiċċju ngħata fl-aħħar elezzjoni ġenerali hu qed jingħad li dehru xejriet fil- spinta akbar meta, fuq simili għal tendenzi passati. wirt tal-voti li seta’ kien hemm il-mezzi soċjali, Arrigo
Alex Borg
Joe Giglio
Darren Carabott
Justin Schembri
Ivan J. Bartolo
Graziella Galea
Bi ftit jew xejn influwenza fid-Dar Ċentrali, deputati ġodda tal-PN diffiċli jrażżnu s-saħħa tal-establishment li hi wkoll biżżejjed biex is-swaba’ tal-qarnita jkomplu jinfirxu iżjed
sejjaħ minnufih għall-għajnu na ta’ Roberta Metsola, illum President tal-Parlament Ewropew. Xejn ma jiswa l-fatt li Arrigo kien kruċjali biex is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Partit terġa’ b’xi mod tinġieb fuq binarji aħjar, lejlet elezzjoni ġenerali, wara l-ħela sfrenata li kien hemm taħt Simon Busuttil. Ta’ min ifakkar li l-aħħar kontijiet pubbliċi juru b’mod ċar li, taħt Arrigo, il-PN kien beda jfendi xi ftit u ma baqax iżid id-dejn. Fatt li kien tkellem dwaru anke pubblikament l-Eks Deputat Clyde Puli, li kien qal li d-dejn tal-Partit kien qed ixekkel ħafna l-ħidma. Jidher li tal-establishment xejn ma qed togħġobhom is-sikkatura introdotta fl-aħħar snin u jridu jerġgħu jibdew jonfqu billi jistampaw iċ-“ċedoli”. Issa Arrigo diġà ħabbar li mhux se jkun qed jikkontesta mill-ġdid il-kariga u l-ebda kariga oħra. Fl-istess ħin qed tkompli tiżdied il-pressjoni fuq
Jerome Caruana Cilia
David Agius
05
10.04.2022 Agius biex anke hu jwarrab u titwitta t-triq biex b’hekk ilPN jerġa’ jinħakem għalkollox mill-establishment. Minkejja li ħafna jaħsbu li l-fazzjoni tal-Blue Heroes ħadet daqqa f’din l-elezzjoni, fil-verità s-saħħa tagħhom hi biżżej jed biex jifirxu iżjed is-swaba’ tal-qarnita tagħhom, mhux l-inqas għax id-deputati l-ġodda eletti f’isem il-Partit ftit jew xejn għandhom influwenza fidDar Ċentrali. Sorsi mill-PN, li fl-aħħar ġra net tkellmu magħna bil-kundizzjoni tal-anonimità, qalulna li “bit-tneħħija tagħhom (ta’ Arrigo u Agius), finalment ikun seħħ il-pjan tal-Blue Heroes li jieħdu lura l-Partit”. Spjegaw li, għalkemm dawn ittamaw li bi Grech setgħu jnaqqru mill-vantaġġ Laburista, tal-establishment se jerġgħu jibdew iħarsu bis-serjetà li jirbħu elezzjoni ġenerali hekk kif ikollhom qabda akbar tal-PN taħt difrejhom. Sa dakinhar, il-friegħi kollha tal-fazzjoni se jkomplu jħaddmu l-istrateġija li jnaqqsu l-importanza tar-rebħa Laburista, ibażwru fuq is-suppost “suċċessi” ta’ Grech u jakkużaw lil kull min hu assoċjat ma’ Delia li kien il-kawża tal-akbar emorraġija għall-Partit.
Ir-rapporti fil-midja sena ilu dwar l-hekk imsejħin “attakki Faxxisti” ta’ Alex Borg, li issa qed igawdi t-tieni l-akbar appoġġ elettorali fil-PN
ISSA “L-IMWEJJED DARU” FIL-PN! Tkompli minn paġna 1
Robert Arrigo
tal-pajjiż, m’għandhomx ikunu parti minn NGO, imma minflok jissieħbu mal-PN. Minkejja dan, hu insista li l-attakki fuq Repubblika u Civil Society Network kixfu sentimenti u attitudni Faxxisti. “M’hemmx aktar kliem biex tiddeskrivihom. M’hemmx lok għal dawn it-tip ta’ attakki f’demokrazija,” kien iddikjara dakinhar Aquilina, waqt li talab skuża mingħand Borg.
konferenza fejn Said deher jitkellem f’isem il-Partit biex jipprovaw jaqtgħu F’Awwissu tas-sena l-oħra, Robert saqajn Borg. Din seħħet anke jekk Aquilina, li jmexxi l-għaqda Nazzjona fl-istess jum kien se jitkellem il-Kap, xi lista Repubblika, kien talab apoloġija ħaġa li mhix normali. mingħand Borg wara li dan ħareġ Imma issa li “l-imwejjed daru” u jikkundanna wkoll lil fergħa oħra l-iskopijiet tal-establishment ġew tal-establishment Civil Society Netirriġettati mill-elettorat, is-sorsi qrib work talli kienet qed tippromwovi Alex Borg qed jinsistu li din il-fazzjoni manuvra politika oħra fl-interess għandha tiddikjara jekk bil-preżenuniku tal-establishment, li llum mhux za tad-Deputat ġdid Għawdxi għadb’kumbinazzjoni qed jiffaċċja kriżi homx jemmnu l-istess bħal sena eżistenzjali akbar milli diġà kellu ilu. sa ġimagħtejn ilu. “(Tal-establishment) iridu jew Dakinhar Borg ma ddejjaqx jammettu li kienu parti minn jesprimi fehmtu kontra Repubbpjan djaboliku biex jipprovaw L-attakki mill-establishment lika u Civil Society Network u qal li ma kinux riservati biss għal Borg ikissru kandidat (Borg) billi kklas “entitajiet bħal dawn għandhom sifikawh bħala Faxxista, inkella għanijiet li jmorru lil hinn mill-prinċipIl-konfront kien ukoll qanqal reazz- se jibqgħu jżommu mal-pożizzjoni ji u l-valuri tal-Partit glorjuż tagħna joni mill-hekk imsejjaħ Kelliem Ewlie- tagħhom u jakkużaw lill-Partit li ġie … Dejjem emmint fil-valuri tal-PN u ni tal-PN, Peter Agius, li mingħajr ma infiltrat minn elementi Faxxisti. Jew segwejthom … Iż-żewġ entitajiet li pponta s-swaba’ dirett kien iddikjara waħda jew oħra,” insistew is-sorsi. semmejt huma irrelevanti għall-ħid- li “azzjonijiet minn membri tal-Partit Ta’ min ifakkar li dan it-trattament ma tiegħi favur Għawdex u Malta li jfixklu l-ħidma tal-Partit jew iħaw- mill-establishment ma kienx risertagħna.” du l-messaġġ huma essenzjalment vat biss għal kandidat wieħed fil-PN. Borg saħansitra ħeġġeġ lill-attivis- problematiċi”. Kandidati oħrajn, bħall-Avukat Joe Giti, membri u kandidati kollha tal-PN Wara l-inċident, pressjoni kbira li glio, ukoll kellhom isofru tattiċi simili biex jagħmlu bħalu ħalli jsaħħu l-Par- saret minn membri tal-establishment kontrihom. Minkejja dan, Giglio wkoll tit. is-sena l-oħra stess wasslet biex Borg spiċċa jingħata appoġġ imdaqqas Dan ġab reazzjoni ħarxa minn ħu beda jitħalla barra mill-konferenzi mill-elettorat, minkejja kull tentattiv l-Eks Deputat Karol Aquilina, li qal uffiċjali tal-Partit. Fil-fatt, żewġ konfe biex jimminaw il-kandidatura tiegħu. li wara li ra l-post ta’ Borg fuq Face- renzi tal-aħbarijiet saru fil-preżenza Fost l-oħrajn dawn kienu ġejjin minn book ċempillu dirett. Mal-midja Aq- ta’ Chris Said, il-kandidata Josephine Karol Aquilina u Jason Azzopardi, li uilina qal li t-tweġiba ta’ Borg kienet Xuereb, Joe Ellis u Kevin Cutajar. wkoll ikkontestaw id-9 Distrett, iżda li persuni, li riedu jiġġieldu għall-ġid Minbarra hekk, ġiet ukoll sforzata bil-maqlub baqgħu l-art, s’issa.
06
10.04.2022
Ritratt: CHRISTIAN CAUCHI
TENTATTIVI STUPIDI BIEX JIPPROVAW IĊEKKNU R-REBĦA STORIKA LABURISTA
L-opinjonisti u l-kummentaturi “indi pendenti” jidhru viżibilment skomdi u rritati bir-riżultat massiv fir-rebħa elettorali ta’ 55.1% minn Robert Abela. Wara li fallew miżerjament fil-mira tagħhom li jnaqqsu d-distakk bejn il-Partit Labu rista u l-Partit Nazzjonalista fl-Elezzjoni Ġenerali 2017, dawn l-opinjonisti u l-kummentaturi “indipendenti” issa qed jippruvaw jimminimizzaw kemm jistgħu din it-tielet rebħa b’maġġoranza massiva b’argumenti stupidi. L-arma prinċipali tagħhom hi li l-Partit Laburista ma kisibx il-maġġoranza ta’ żewġ terzi fil-Parlament, li skonthom kienet il-mira reali ta’ din l-elezzjoni. Għalhekk ħarġu bi stejjer li mill-elezz joni ta’ Bernard Grech bħala Kap Nazzjonalista kien hemm żieda konsidere voli fl-appoġġ għall-Partit Nazzjonalista! L-argumenti fallaċi ta’ min irid isalva ġildu, assolutamemt ma jreġux. Fil-verità, taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech, il-PN kiseb l-inqas sehem ta’ voti popolari mill-Elezzjoni Ġenerali tal-1955, kif urejna fil-ħarġa tagħna l-ġimgħa li għaddiet. Narrattiva oħra stupida li qed jippro vaw ibigħu hi li, minkejja li rebaħ bl-akbar marġni fl-istorja elettorali minn wara l-Indipendenza, il-Gvern ta’ Robert Abela jinsab f’inkwiet elettorali.
L-istess biex jiġġustifikaw din il-fan- tal-voti rreġistrati. tażija makabra qegħdin isostnu li jekk Jekk wieħed juża l-istess benchwieħed iżid lil dawk kollha li vvutaw mark ta’ dawk li qed iressqu dan l-arlill-partiti l-oħrajn, dawk li ħassru l-voti gument, allura l-unika darba li partit tagħhom u allura huma invalidi u dawk politiku Malti kellu maġġoranza eletli assolutament għażlu li ma jivvutawx, torali li qabżet il-50% tal-votanti kollha dan it-total ta’ “voti” rreġistrati kien il-Partit huwa ogħla minn dawk Laburista fl-2013, meta li kiseb il-PL. qabeż dan il-benchmark Imma b’dan ir-raġu b’sempliċiment 0.8%. nament, qed jipprovaw Fl-ebda elezzjoni oħra jiddefinixxu mill-ġdid Li tittanta tnaqqas ma ntlaħaq dan is-supx’tikkostitwixxi rebħa post benchmark. il-leġittimità ta’ elettorali u qed jgħiKull Gvern Nazzjona du li kull rebħa li per- mandat elettorali lista kellu aktar votanti mezz tagħha l-partit li ma appro kbir li ngħata l-PL rreġistrati rebbieħ ma jakkwistax vawhx milli approvawh. hu sinjal ċar kif aktar minn 50% tal-voti Dan jinkludi l-amminis rreġistrati, ma jgawdix trazzjoni tal-2003 li kie il-PN se jkompli appoġġ popolari. net iddikjarat li r-rebħa jogħdos ’l isfel Jekk teħodha hekk, elettorali tagħha kienet allura lanqas il-Presi turi li s-sħubija fl-Unjo dent tal-Istati Uniti tal-Amerka Joe ni Ewropea kellha mandat ta’ appoġġ Biden mhu leġittimu u jista’ jiġi meq- popolari. jus bħala oligarka, għax fl-elezzjonijiet L-istess b’dan il-benchmark li qed jipPresidenzjali rnexxielu jikseb biss 34% provaw imexxu ’l quddiem fl-argumenti tal-votanti kollha rreġistrati f’pajjiżu. tagħhom l-opinjonisti u l-kummentatDan jgħodd anke fil-każ tal-Prim Min- uri “indipendenti”, l-ebda Prim Minististru Ingliż Boris Johnson, li fl-2019 kien ru Nazzjonalista fl-istorja elettorali ma akkreditat b’waħda mill-akbar rebħiet kien jistħoqqlu l-uffiċċju ta’ Prim Minelettorali fl-istorja tar-Renju Unit, meta istru, għax ħadd minnhom qatt ma ġab l-partit tiegħu kien kiseb biss 29.3% aktar minn 50% tal-votanti rreġistrati.
B’dan l-argument, l-agħar li mar kien Nerik Mizzi li sar Prim Ministru b’inqas minn 22% tal-votanti rreġistrati. Ġorġ Borg Olivier ħa lill-pajjiż għall-Indipendenza minkejja li kienu biss taħt it-38% tal-votanti rreġistrati li taw l-ewwel preferenza lill-partit tiegħu. Is-sitwazzjoni hi l-istess għal Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi. L-attentati pwerili ta’ dawn l-opinjo nisti biex inaqqsu l-appoġġ massiċċ tal-elettorat bl-akbar rebħa lill-Partit Laburista fl-istorja elettorali ta’ wara l-Indipendenza qed isiru ovvji għal kul ħadd. Ikun aktar floku li minflok li jiddefinixxu mill-ġdid il-leġittimità ta’ dan il-mandat elettorali, dawk li qed jikkummentaw jipprovaw jiffokaw l-enerġija tagħhom biex jifhmu għalfejn il-partit politiku li jappoġġjaw ilu ma jirbaħ maġġoranza assoluta tal-votanti rreġistrati għal kważi 20 sena, bl-ammont tal-ewwel preferenzi jmur lura għal-livell tal-Elezzjoni Ġenerali tal-1987 u bis-sehem tal-voti lura għal dak li kien f’nofs is-snin 50. Li tipprova tnaqqas il-leġittimità talmandat elettorali b’saħħtu tal-ammi nistrazzjoni l-ġdida hu mod ċert ta’ kif il-PN se jkompli jogħdos ’l isfel fil-popolarità elettorali.
07
10.04.2022
FITCH JILQGĦU L-KONTINWITÀ FIT-TMEXXIJA F’reazzjoni għar-riżultat elettorali tas26 ta’ Marzu li għadda, l-aġenzija ta’ kreditu Fitch Ratings laqgħet il-fatt li dan se jkun qed iwassal għall-kontinwi tà fit-tmexxija tal-politika ekonomika, anke fid-dawl tal-isfidi internazzjonali li hawn bħalissa, inkluż l-impatt tal-għoli tal-prezzijiet tal-enerġija. Fitch, li ftit xhur ilu kkonfermaw ir-rating “A+” għal pajjiżna, innutaw li l-konsolidament fiskali mistenni jkompli, bi tnaqqis gradwali fid-defiċit. Imma mqabbel ma’ assessjar preċedenti, l-analisti ta’ Fitch issa jaħsbu li l-Gvern se jkollu juża l-fond ta’ kontinġenza ta’ 1.4% tal-ġid nazzjonali li twaqqaf aktar kmieni. Dan minħabba l-fatt li l-prezzijiet tal-enerġija mistennija jibqgħu elevati u b’hekk joffru sfidi fiskali ġodda. Minkejja dan, l-esperti internazzjonali jgħidu li l-piż tad-dejn nazzjonali se jilħaq 61% tal-ġid nazzjonali u jibqa’ ferm taħt ir-rekord ta’ 70% li kien hemm fl-2011.
It-tielet rebħa Laburista tirrifletti t-tmexxija li kellu l-Gvern tul il-pandemija u r-rata ta’ tkabbir ekonomiku fenomenali Skont Fitch Ratings, it-tielet rebħa elettorali għall-Partit Laburista tirrifletti t-tmexxija li kellu l-Gvern tul il-pandemija fejn ingħata appoġġ fiskali qawwi li għamel tajjeb għad-daqqa ekonomika tal-kriżi globali. Dan wassal ukoll biex pajjiżna jkollu rata ta’ tkabbir fenomenali ta’ 9.4% s-sena li għaddiet. Minbarra hekk, skont Fitch, is-suċċess tal-programm ta’ tilqim wassal għal rispons effettiv għall-varjanti l-ġodda. L-esperti internazzjonali wkoll jinnutaw il-programm ambizzjuż tal-Gvern għas-snin li ġejjin. Dan mistenni jwassal għal rati ta’ taxxi inqas kif ukoll għal benefiċċji u inċentivi aħjar, apparti l-investiment ambjentali qawwi li se jlaħħaq l-4.6% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD). F’Novembru li għadda, l-esperti ta’ din l-istess aġenzija mhux biss ikkonfermaw ir-rating tajjeb ta’ pajjiżna, imma saħansitra tejbu t-tbassir preċedenti li kienu taw għat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna fl-2022. Fil-fatt, minn 3.9% tellgħuh għal 6.1%.
Mix-xellug (fuq): Glenn Bedingfield, Ray Abela, Katya De Giovanni, Omar Farrugia u Rosianne Cutajar. Mix-xellug (taħt): Malcolm Paul Agius Galea, Rebecca Buttigieg, Romilda Baldacchino Zarb u Randolph Debattista.
ID-DEPUTATI KOLLHA SE JINĦATRU SA PITGĦADA Nhar it-Tlieta li ġej se jkunu magħrufin id-deputati kollha rappreżentan ti tal-poplu fil-Parlament għal din il-leġiżlatura l-ġdida wara li jsiru l-elezzjonijiet każwali għall-Partit Nazzjonalista u sussegwentement jitħaddem il-mekkaniżmu l-ġdid biex inaqqas id-diskrepanza bejn is-sessi. Dan se jkun qed jeleġġi 12-il mara oħra biex ikun hemm mill-inqas 40% tas-sess l-inqas rappreżentattiv fl-ogħla istituzzjoni. Li ma kienx għan-nuqqas ta’ res ponsabbiltà mill-Oppożizzjoni Naz zjonalista, il-proċess kollu kien jin għalaq nhar il-Ħamis li għadda meta wkoll saru l-elezzjonijiet każwali għall-Partit Laburista. Dakinhar ġew eletti Glenn Bedingfield mit-2 Distrett, Ray Abela mit-3 Distrett, Katya De Giovanni mir-4 Distrett, Omar Farrugia mill-5 Distrett, Rosianne Cutajar mis-6 Distrett, Malcolm Paul Agius Galea mis-7 Distrett, Rebecca Buttigieg mid-9 Distrett u Romilda Baldacchino Zarb mill-11-il Distrett.
Dawn ħadu post Clyde Caruana, Owen Bonnici, Chris Fearne, Robert Abela, Ian Borg, Silvio Schembri, Michael Falzon u Miriam Dalli, li ċedew id-distrett rispettiv wara li ġew eletti wkoll minn distretti oħrajn. Peress li fuq id-9 Distrett kien hemm post ieħor battal (dak ta’ Clifton Grima) u ma kienx fadal min jiġi elett mill-kandidati Laburisti, l-Eżekuttiv Laburista għażel li jkun hemm il-co-option ta’ Randolph Debattista biex ikun fil-Parlament. Pitgħada se jingħaqdu wkoll sitt deputati nisa oħrajn għall-Gvern u għall-Oppożizzjoni. Alicia Bugeja Said, Cressida Galea, Abigail Camilleri, Amanda Spiteri Grech, Naomi Cachia u Davina Spite ri Hili għandhom l-akbar persentaġġi mill-kwoti tad-distretti rispettivi li jagħtuhom id-dritt jiġu eletti skont il-mekkaniżmu korrettiv u li qed jiġi adottat għall-ewwel darba minn din l-elezzjoni ġenerali. In-nisa mill-PN, li għandhom l-ogħla persentaġġi u allura jistgħu jikkwalifikaw għall-mekkaniżmu huma Janice Chetcuti, Paula Mifsud Bonnici, Julie Zahra, Bernice Bonello, Rebekah Cilia, Claudette Buttigieg, Eve Borg Bonello, Emma Portelli Bonnici u Maria Deguara. Sakemm isiru l-elezzjonijiet każwali, għadu mhux magħruf eżatt liema minnhom se jagħmluha għall-Parlament.
jiżdiedu tnejn oħrajn (Rebekah Cilia fis-7 Distrett u Eve Borg Bonello fid9 Distrett) permezz tal-elezzjonijiet każwali. Suppost kellhom ikunu tlieta, li jiġu eletti b’dan il-proċess, ladarba Janice Chetcuti (3 Distrett) kellha ċans tajjeb għal dan. Minkejja dan, peress li kellha rasha mistrieħa li se tkun l-ewwel waħda li titla’ bil-mekkaniżmu tal-kwota, kif ammettiet pubblikament, Chetcuti għażlet li ma tikkontestax l-elezzjoni każwali tat-Tlieta. Din it-tattika Nazzjonalista issa se twassal biex, flok Chetcuti, jiġi elett raġel ieħor. L-akbar ċansijiet huma għal John Baptist Camilleri, segwit minn Carm MIfsud Bonnici. Peress li Chetcuti kienet il-favori ta li tiġi eletta fl-elezzjoni każwali fuq it-3 Distrett u allura ma kellhiex bżonn il-mekkaniżmu biex titla’ filParlament, fisser ukoll li l-mossa awtomatikament se ċċaħħad mara oħra milli tkun fl-ogħla istituzzjoni. U ladarba fost dawk bl-ogħla per sentaġġ fil-mekkaniżmu hemm ukoll Rebekah Cilia u Eve Borg Bonello, mistennija tkun l-Eks Deputata Maria Deguara li tibqa’ barra mill-proċess korrettiv. Li kieku Chetcuti kkontes tat l-elezzjoni każwali, kien ikun hemm post ieħor għal mara mil-lista tal-PN u, flok disa’ rappreżentanti nisa fl-Oppożizzjoni kien ikun hemm għaxra, b’Deguara inkluża. Tassew daqqa ta’ ħarta għall-isforzi li l-pajjiż ikollu rappreżentanza akbar femminili.
Il-PN iċaħħad mara oħra mill-opportunità
Janice Chetcuti
Minkejja dan, wieħed irid josserva li, peress li l-PN ipprefera li jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fuq it-3 Distrett, awtomatikament se jkun qed jgħaddi b’mara inqas fil-Parlament. Waqt li mill-proċess normali ġiet eletta biss Graziella Galea bħala l-unika kandidata Nazzjo nalista, pitgħada mistennija
Mossa Nazzjonalista tagħti daqqa ta’ ħarta lill-mekkaniżmu favur rappreżentanza akbar femminili fil-Parlament … il-PN ipprefera disa’ deputati nisa flok għaxra
08
10.04.2022
€332 MILJUN AKTAR F’PENSJONIJIET U BENEFIĊĊJI SOĊJALI F’DISA’ SNIN Bit-titjib vast fil-kundizzjonijiet u fir-rati tal-benefiċċji statali x-xibka soċjali kibret bi 42% mill-2013 lil hawn Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drit bret bi €332 miljun jew b’aktar minn 42%. tijiet tat-Tfal, fi stqarrija, innota ż-żieda Hu fisser li dan it-tkabbir seħħ grazzi li kien hemm fin-nefqa fuq il-pensjoniji għat-titjib qawwi li sar fil-kundizzjonijiet et u l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali matul u r-rati ta’ diversi benefiċċji, partikolar l-2021, kif imħabbra mill-Uffiċċju Nazzjon ment fil-pensjonijiet, u għall-introduzzjoni ali tal-Istatistika (NSO). ta’ benefiċċji ġodda, bħall-In-Work Ben Skont l-NSO, li ppubblika ċ-ċifri din il- efit, it-tapering u l-bonus għal wild ġdid ġimgħa, in-nefqa statali f’dan ir-rigward fil-familja, kif ukoll għar-riformi li saru fl-2021 żdiedet b’aktar minn €38.3 miljun fil-benefiċċji tal-carers u fl-għajnuniet lil u laħqet is-somma rekord ta’ aktar minn persuni b’diżabilità. €1.115 biljun meta mqabbel mas-sena ta’ Semma wkoll il-benefiċċji speċjali li qabel. Filwaqt li n-nefqa fuq benefiċċji tħallsu lil madwar 9,000 persuna li b’mod kontributorji kibret b’€36 miljun, jew ieħor intlaqtu mill-pandemija dik fuq il-benefiċċji mhux kon tal-COVID-19. tributorji telgħet bi €2.4 mil Il-Ministru Falzon stqarr li jun. għalih l-akbar sodisfazzjon Ta’ min jinnota li wieħed kien li tul dawn l-aħħar mill-fatturi ewlenin tażsnin kien hemm tnaqqis Fl-aħħar snin kien żieda fin-nefqa globali ta’ 10,000 persuna li ji kienet l-ispiża fuq il-pen hemm 10,000 persuna rċievu l-Assistenza Soċjali sjonijiet tal-irtirar, tar-ro inqas fuq l-Assistenza u l-Għajnuna tal-Qgħad li mol u tal-invalidità u biex ġew iffranka Soċjali u l-Għajnuna tiwassal l-pensjoni mhux kontribu madwar €35 miljun tal-Qgħad torja tal-età. Fl-2021, in-nefqa f’assistenzi li ma baqgħux fuq dawn il-pensjonijiet telgħet meħtieġa għax dawn il-persuni b’€45 miljun għal €837 miljun. daħlu fid-dinja tax-xogħol u tejbu Il-qabża fin-nefqa kienet prinċipalment l-kwalità tal-ħajja tagħhom. dovuta għaż-żieda fil-pensjoni, minbarra Il-Ministeru uża dawn il-flus biex nieda dik għall-għoli tal-ħajja. u tejjeb benefiċċji oħrajn favur il-familji, Żdied ukoll l-għadd ta’ pensjonanti, li il-ħaddiema, il-carers u l-persuni b’diżabil fosthom kien hemm aktar minn 1,000 ità. persuna, l-aktar nisa, li bis-saħħa ta’ Il-Ministru Falzon qal li qed iħares lejn miżura tal-Baġit li daħlet fis-seħħ fl-2021 il-ġejjieni b’ottimiżmu u li dan il-progress bdew jirċievu l-pensjoni għall-ewwel darba. se jkun qed jissokta f’din il-leġiżlatura Il-Ministru għall-Politika Soċjali u l-ġdida bit-twettiq tad-diversi proposti d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal li soċjali li hemm fil-manifest elettorali li ħarsa lura lejn iż-żewġ leġiżlaturi li għad ġie approvat mill-maġġoranza tal-eletto dew turi li globalment f’disa’ snin in-nefqa rat u li diġà beda x-xogħol fuqu ħalli jibda fuq il-pensjonijiet u l-benefiċċji soċjali ki jitwettaq.
F’SENA 60% INQAS JIRREĠISTRAW GĦAL IMPJIEG Fi Frar li għadda kien hemm 1,125 per suna biss li qegħdin jirreġistraw għal impjieg, wieħed mill-inqas numri ta’ persuni fuq ir-reġistru tal-qgħad min du dan beda jinżamm fis-snin 60. Min barra hekk, meta mqabbel ma’ sena qabel, kien hemm tnaqqis ta’ 1,460 per suna, li jfisser li fi 12-il xahar l-ammont ta’ dawk jirreġistraw naqas bi kważi 60%. L-akbar tnaqqis kien fost dawk ta’ aktar minn 45 sena li kienu qed ifittxu xogħol, bi tnaqqis ta’ kważi 630 persu na. Kien hemm tnaqqis qawwi wkoll fost dawk ta’ bejn it-30 u l-45 sena, fejn dawk jirreġistraw naqsu b’538 persuna meta mqabbel ma’ sena ilu. Fost dawk ta’ inqas minn 30 sena kien hemm tn aqqis ta’ 295 jirreġistraw. Ta’ min jinnota li, qabel bdiet il-pan demija, l-inqas livell ta’ persuni jir reġistraw kien intlaħaq f’Ġunju tal2019 meta dakinhar kien hemm 1,616-il persuna jirreġistraw jew 491 persuna faqqgħet il-pandemija, jiġifieri li se il-qgħad kien f’Mejju tal-2020 meta aktar mill-ammont fi Frar li għadda. jkun hawn aktar min 50,000 persu l-ammont ta’ nies jirreġistraw kien Minkejja t-tbassir li kien sar meta na qiegħda fil-pajjiż, l-aktar li żdied tela’ għal 4,409. Dan b’kuntrast ma’
kważi 8,000 persuna li kienu spiċċaw jirreġistraw fl-eqqel tal-kriżi ekonomi ka tal-2008, li xorta kienet ferm iżgħar mill-pandemija tal-COVID-19. Bħala medja kull ġurnata, mill-bidu ta’ Ġunju 2020 sa tmiem Frar li għadda, ħames persuni li kienu fuq ir-reġis tru sabu impjieg. F’madwar 14-il xa har, l-ammont ta’ nies qiegħda naqas daqskemm kien qabel bdiet il-pan demija u issa ilna xahar wara l-ieħor nilħqu livelli minimi storiċi ġodda. Dan kien l-aktar tnaqqis rapidu filqgħad fl-istorja ta’ pajjiżna, aktar u ak tar meta wieħed jiftakar li, biex pajjiż na reġġa’ lura ż-żieda fil-qgħad li kienet seħħet wara r-riċessjoni tal-2008, kien dam 72 xahar jew ħames darbiet aktar mil-lum. Minkejja l-effetti ekonomiċi ta’ pan demija, fi Frar li għadda f’Malta dawk jirreġistraw għax-xogħol kienu jlaħħqu għal kważi seba’ darbiet inqas mill-am mont li kien hemm f’Marzu tal-2013 mat-tmiem tal-aħħar amministrazz joni Nazzjonalista.
09
10.04.2022
L-istħarriġ tal-Eurobarometer, li l-Kummisjoni Ewropea wettqet bejn Jannar u Frar li għadda, jikkonferma kif f’pajjiżna xorta hawn livell qawwi ta’ ottimiżmu u fiduċja, minkejja l-pandemija. Fil-fatt, dan l-istħarriġ indika li 47% tal-poplu jafdaw fil-Gvern, kontra l-35% fil-bqija tal-Unjoni Ewropea. Dan hu wkoll ħafna ’l bogħod mill-34% li kienet tilħaq il-fiduċja fil-Gvern qabel inbidel fl-2013. L-eżerċizzju fil-bidu ta’ din is-sena wkoll wera li 66% tal-Maltin u tal-Għawdxin huma kuntenti bil-miżuri li ħa l-Gvern biex jikkumbatti l-pandemija, li hu d-doppju ta’ dawk li qalu li mhumiex kuntenti. B’kuntrast, madwar l-UE, waqt li 50% kienu kuntenti, 48% ma kinux sodisfatti bil-miżuri tal-Gvern rispettiv f’pajjiżhom. Minn dawk intervistati f’pajjiżna, 44% sostnew li jemmnu li l-affarijiet mexjin fid-direzzjoni t-tajba, differenti mir-rata medja ta’ 34% fil-pajjiżi kollha tal-UE. Il-proporzjon ta’ dawk li jaħsbu li pajjiżna jinsab fit-triq it-tajba kien darba u nofs dak li kien hemm fi tmiem l-2012. Sadanittant, 60% tal-Maltin jemmnu li s-sitwazzjoni ekonomika f’pajjiżna hi tajba, kontra d-39% tal-medja tal-popolazzjonijiet Ewropej. Waqt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tipprietka li l-familji għaddejjin minn sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra, il-Eurobarometer jindika
li 82% tal-familji f’pajjiżna jsostnu li l-qagħda finanzjarja tagħhom hija tajba, b’61% tal-Maltin saħanistra jemmnu li l-qasam tal-impjiegi sejjer tajjeb. Ma’ dan, 38% ta’ dawk intervistati sostnew li jistennew li s-sitwazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna se tkompli titjieb fis-sena li ġejja, waqt li madwar l-UE kienu 30% tal-familji li esprimew l-istess sentiment dwar l-ekonomija ta’ pajjiżhom. Ta’ min ifakkar li fl-2012 kien hemm terz tal-familji lokali inkwetati bl-ekonomija, mentri llum dan il-proporzjon waqa’ taħt l-10% minkejja li għadna f’pandemija. Filwaqt li fl-2012, kważi kwart ta’ dawk intervistati kienu inkwetati fuq id-dejn nazzjonali, dan issa wkoll naqas għal 10%. F’pajjiżna bħalissa hawn it-tieni l-inqas rata ta’ biża’ dwar il-qgħad fost il-familji Ewropej, 3% għall-Maltin kontra medja ta’ 14% fl-UE. Ir-riżultati tal-Eurobarometer jikkonfermaw kemm hawn sens ta’ fiduċja fost il-familji f’pajjiżna. Minkejja l-isfidi li ġejjin minn żviluppi internazzjonali kif ukoll l-impatt tal-pandemija, il-qagħda finanzjarja tal-familji tagħna tidher aħjar minn dik ta’ familji madwar l-Ewropa. Il-livell ta’ fiduċja fl-istituzzjonijiet ukoll jidher li għadu f’livell tajjeb u jirrifletti sodisfazzjon bilmod kif ġiet immaniġġjata l-pandemija u l-kontroll tal-inflazzjoni li ġejja minn barra l-pajjiż.
Ritratt: ANTHONY AXIAQ
MAL-AKTAR OTTIMISTI FL-UE KOLLHA
10
10.04.2022
TKABBIR SOD FIT-TRAFFIKU TAL-AJRU Sa tmiem din is-sena mistenni rkupru sa 96% tat-titjiriet kollha li kien hemm tliet snin ilu qabel il-pandemija Tbassir ippubblikat din il-ġimgħa millorganizzazzjoni Ewropea speċjalizzata fl-avjazzjoni, Eurocontrol, jindika li jeżisti tkabbir sod fit-traffiku tal-ajru din is-sena. L-indikazzjonijiet tal-Eurocontrol Traffic Scenarios għall-perjodu April-Diċembru 2022 juru li jista’ jkun hemm irkupru tajjeb li jlaħħaq sa 96% tal-livelli li kienu rreġistrati fl-avjazzjoni Ewropea fl-2019, jiġifieri qabel il-pande mija tal-COVID-19. Dan l-istħarriġ hu ġġenerat b’kolla borazzjoni mill-qrib mas-settur tal-linji tal-ajru u bbażat fuq tliet xenarji – għoli, bażiku u baxx. Fi stqarrija, Eurocontrol saħqet li qed tara li f’xenarju bażiku, sa Awwissu, ikun hemm tkabbir ta’ 89% tal-ammont ta’ titjiriet li kien hemm tliet snin ilu, bil-livell ikompli jiżdied b’mod ġentili sa 92% sa tmiem is-sena. Eurocontrol qed tbassar ukoll li jkun hemm mad-9.3 miljun titjira fl-2022. “Is-settur tal-avjazzjoni kompla jir kupra sew fl-aħħar ġimgħat u kien hemm tkabbir sod minn 68% f’Jannar għal 79% fil-bidu ta’ April, imqabblin mal-livelli tal-2019. Dawn ir-riżultati jieħdu wkoll inkonsiderazzjoni l-impatt li kien hemm fuq in-network kollu minħabba l-pandemija u issa l-impatt fuq il-prezzijiet tal-fuel kawża tal-kunflitt fl-Ukrajna,” qal id-Direttur Ġenerali ta’ Eurocontrol, Eamonn Brennan. Huwa kompla jgħid li l-maġġoranza tal-linji tal-ajru qed iżidu l-kapaċità tagħhom u xi wħud saħansitra jaqbżu l-livelli li kellhom qabel il-pandemija. “In-nies qed turi li għandha ħeġġa biex ittir – xi wħud għall-ewwel darba mindu bdiet il-pandemija. Li mmissu l-livell ta’ 90% jew aktar tat-traffiku tal-2019 fl-eqqel tas-sajf hi possibbiltà kbira u qed nistennew li destinazzjonijiet turistiċi u xi destinazzjonijiet oħrajn fin-network jaqbżu l-100% tal-livelli ta’ tliet snin ilu,” kompla Brennan. F’Diċembru li għadda, kważi 76,000
turist żar pajjiżna, ammont li jlaħħaq ta’ qabel il-pandemija. ftit aktar minn nofs dak ta’ qabel il-panMinkejja dan, ta’ min ifakkar li f’Jandemija, u kważi sitt darbiet iżjed l-għadd nar tas-sena li għaddiet kienu ġew Malta’ turisti li ġew f ’Diċembru 2020. Relat- ta inqas minn 14,000 turist barrani. tivament, din is-sitDan kien inqas minn wazzjoni kienet aħjar kwart tal-ammont ta’ milli kienet f’Awwisturisti li pajjiżna kelsu 2021, peress li lu fl-istess xahar din l-wasliet f’dak ix-xais-sena. har kienu għadhom Meta wieħed Possibbiltà li taħt nofs il-livelli ta’ iħares lejn l-ammont fl-eqqel tas-sajf qabel il-pandemija. ta’ ljieli li dawn it-turli ġej l-industrija Aktar riċenti, f’Janisti għamlu f’lukannar ta’ din is-sena, di, dawn telgħu għal tilħaq id-90% kien hemm kważi kważi 236,000. Dan tal-livelli tal-2019 60,000 turist li ġie hu 52% tal-ammont li f’pajjiżna. Dan meta kien hemm f’Jannar f’Jannar tal-2019, jiġifieri qabel bdiet 2019. B’mod aktar globali, jekk wieħed il-pandemija, kienu ġew inqas minn janalizza l-għadd ta’ ljieli li kien hemm, 128,000 turist. B’hekk l-ammont ta’ tur- kemm f’lukandi kif ukoll f’tipi oħrajn isti li żaru pajjiżna kien 47% tal-ammont ta’ akkomodazzjonijiet, dawn jitilgħu
għal madwar 577,000, li tfisser rata ta’ 63% tal-iljieli li qattgħu f’Malta f’Jannar 2019. Minkejja kull titjib inġenerali, id-Direttur Ġenerali ta’ Eurocontrol ukoll wissa li xorta waħda hemm riskji għat-tbassir sal-aħħar tas-sena, parti kolarment dawk relatati mat-tensjo nijiet ġeo-politiċi li jistgħu jkomplu jaffettwaw ħażin il-prezzijiet tal-fuel u l-kundizzjonijiet ekonomiċi, kif ukoll possibbiltà ta’ varjanti ġodda tal-COVID. “Ma’ dan qed naraw ukoll nuqqas fl-istaff f’partijiet tal-industrija, b’mod speċjali fi rwol kruċjali fl-ajruporti, bħal ground handlers, u dan irid jiġi mmaniġġjat b’mod kawt. Jekk jidħol fix-xena mqar wieħed minn dawn il-fatturi, allura t-traffiku jista’ jonqos għal-livelli fl-inqas xenarju,” temm jgħid Brennan.
10.04.2022
11
€9.1 BILJUN F’GĦAJNUNA LILL-UKRENI Waqt summit globali f’Varsavja, il-Polonja, il-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ ħabbar li Malta, flimkien ma’ numru ta’ pajjiżi oħrajn, se tkun qed tagħti aktar għajnuna meħtieġa lill-Ukrajna, li ilha mill-24 ta’ Frar li għadda taħt attakk mill-forzi militari Russi. Wara għajnuna medika u refuġju lil numru ta’ ċittadini Ukreni f’pajjiżna fl-aħħar ġimgħat, il-Prim Ministru Malti issa ħabbar li Malta se tagħti s-sehem tagħha f’għajnuna finanzjarja lir-refuġjati Ukreni. Stqarrija mill-Kummissjoni Ewropea qalet li ġew allokati €9.1 biljun bħala appoġġ lir-refuġjati Ukreni li qed jaħarbu f’pajjiżhom stess jew fi stati oħrajn fl-Unjoni Ewropea. Il-kunflitt l-Ukrajna diġà ħalla mal-24,000 persuna mejta, waqt li hu stmat li mal-11-il miljun persuna abbandunaw djarhom jew ħarbu mill-pajjiż.
Waqt li kien qed jieħu sehem fis-summit Global Citizen, flimkien ma’ diversi mexxejja oħrajn, Dr Abela qal: “F’isem il-Gvern u l-poplu Malti, bi pjaċir inħabbar li se nkunu qed nallokaw fondi għar-refuġjati Ukreni. Mhu se nevitaw l-ebda spiża biex nindirizzaw l-emerġenza umanitarja li qed isseħħ quddiemna.” Mindu bdiet il-gwerra, pajjiżna kien minn tal-ewwel fl-għajnuna lill-poplu Ukren, inkluż b’kura lill-pazjenti talkanċer, fosthom tfal, fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo. Il-kampanja Ewropea “Stand Up For Ukraine” ġabet flimkien is-solidarjetà ta’ pajjiżi, kumpaniji u persuni individwali li, skont il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, “qed toffri ftit dawl f’din is-siegħa mudlama”.
STAĠUN TAL-KAĊĊA IEĦOR JIFTAĦ ILLUM Waqt li llum se jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa għas-summien u dak għallgamiem ġimgħa oħra, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) ħeġġet lill-kaċċaturi biex iħarsu strettament il-liġijiet u r-regoli relattivi. Dan l-istaġun jagħlaq fit30 ta’ April 2022 f’nofsinhar, sakemm ma jintlaħqux il-kwoti stabbiliti nazzjonali ta’ 2,400 summiena u 1,500 gamiema qabel. L-FKNK se tkun qiegħda tiġ-
bor data oħra f’dan l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa talgamiem b’applikazzjoni ta’ eżerċizzju ieħor bl-istennija li jiġi stabbilit dak li f’termini xjentifiċi jissejjaħ “Sustainable Harvest Index” għal din it-tajra fuq il-Gżejjer Maltin. Konsegwentement kaċċaturi mitluba jimlew il-formola apposta pprovduta online (https:// bit/ly/3jHL8t) jew mill-uffiċċju u l-ħwienet tal-FKNK f’Malta u f’Għawdex u għandha tiġi rritornata lill-Federazzjoni fi tmiem l-istaġun.
12
10.04.2022
IL-FUTUR SABIĦ
BYRON CAMILLERI Ministru
Il-poplu għamel għażla ċara ħafna ħmistax ilu. Għażel li l-pajjiż li tant inħobbu jibqa’ miexi ’l quddiem u mhux imur lura. Il-poplu għażel li l-futur tiegħu jkun determinat minn pjan konkret u viżjoni ċara. Illum dik l-għażla tpoġġi responsabilità fuqna lkoll li ngħatajna l-privileġġ li nservu u li nkunu r-rappreżentanti tal-poplu Malti u Għawdxi. Responsabilità li permezz tal-ħidma tagħna, permezz tat-twettiq tal-programm elettorali, Malta Flimkien, irridu nilħqu l-aspirazzjonijiet ta’ tant nies, ta’ tant żgħażagħ, koppji, ħaddiema, tfal, anzjani, negozji ta’
kull persuna li ssejjaħ lil pajjiżna, ‘darha’. Il-kmiem ilhom imxammrin u l-ħidma bdiet. Il-Prim Ministru Robert Abela ħatar il-Kabinett tiegħu u l-għażliet li għamel fil-mod kif inhuma mqassma l-Ministeri huma turija ċara ħafna tal-prijoritajiet li dan il-pajjiż għandu. Prijoritajiet mibnija madwar tliet aspetti importanti; li nassiguraw li jkollna Malta li tkun isbaħ, li jkun hemm opportunitajiet għal kulħadd u li jkollna kwalità ta’ ħajja aħjar. M’hemmx dubju li dawn it-tliet aspetti prinċipali millpjan kollu li ressaqna ’l quddiem se jkunu qed jassiguraw li Malta tkompli tkattar aktar ġid li jmur għand dawk l-iktar li għandhom bżonn, sabiex jinħoloq aktar xogħol ta’ kwalità filwaqt li tieħu ħsieb l-ambjent u n-nies. Biex isir it-twettiq ta’ dan il-programm ambizzjuż ta’ 1,000 proposta li ġew mingħand in-nies u mhux minn xi uffiċċju maqtugħ għalih, nara żewġ affarijiet kruċjali ħafna. Qabelxejn li jkun hemm tim tajjeb, b’saħħtu u magħqud. Il-Partit Laburista, il-Gvern,
huwa tim b’saħħtu u magħqud. Ibda mill-Kabinett, kompli bilGrupp Parlamentari u indipendentament, imma b’xogħol kruċjali, struttura b’saħħitha fil-Partit Laburista. U f’dan il-kuntest, tajjeb li nsemmi kif il-Partit Laburista, minkejja li għadu kemm ingħata t-tielet mandat b’mod suċċessiv mill-poplu, kompla jiġġeded. It-tim li llum hemm filGrupp Parlamentari huwa taħlita ta’ nies li ġejjin minn sferi differenti, min b’numru ta’ snin ta’ esperjenza li qed iġorr miegħu, oħrajn li għadhom jibdew il-mixija politika iżda b’għatx u b’rieda kbira, li iżda kollha f’daqqa, persważ, li se jkunu element importanti fit-tkomplija tat-triq tas-
suċċess li qabad dan il-pajjiż. Mhux faċli li waqt li qed tkun qed tiggverna tbiddel, iżda dan qed isir u huwa ta’ benefiċċju fl-aħħar mill-aħħar għall-pajjiż b’mod ġenerali. Dan it-tim magħqud se jkun l-ixprun ta’ aktar bidliet u riformi fosthom il-liġi tal-IVF u riformi oħra li l-Ministeru li mmexxi jiena se jkun qed jaħdem fuqhom. It-tieni aspett importanti li wieħed irid isemmi u li nemmen, ngħid jiena, li kien fattur ewlieni biex in-nies reġgħu tawna l-fiduċja fl-elezzjoni huwa l-kredibilità. Dan il-Gvern għandu l-kredibilità. Jekk il-Partit Laburista fil-manifest elettorali wiegħed
Il-Prim Ministru Robert Abela ħatar il-Kabinett tiegħu u l-għażliet li għamel fil-mod kif inhuma mqassma l-Ministeri huma turija ċara ħafna tal-prijoritajiet li dan il-pajjiż għandu
li se jdaħħal riforma fil-liġi tal-IVF fl-ewwel 100 ġurnata, il-poplu Malti u Għawdxi jaf li din se ssir. Jekk il-Partit Laburista ressaq ’il quddiem il-proposta ta’ aktar spazji ħodor fil-lokalitajiet, jaf li l-Gvern ta’ Robert Abela se jkun qed iwettaqha. L-istess il-poplu Malti u Għawdxi jemmen meta ngħidu li se jerġa’ jkun hemm żieda oħra fil-pensjonijiet, fiċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxi u aktar għajnuna lin-negozji billi jħallsu inqas taxxa fuq id-dħul tagħhom. Dan jagħmluh għax fl-aħħar snin setgħu jaraw l-affarijiet isiru. Setgħu jaraw u josservaw ilbidliet deħlin. Setgħu jsegwu Prim Ministru li fi żmien ta’ tant taqlib kien deċiżiv. U din il-ġimgħa stajna naraw kemm dan il-Gvern ħadem minkejja kollox meta statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kkonferma taktar tnaqqis fil-qgħad u żieda fin-nefqa fis-settur tant importanti tas-soċjal. Jiena ċert li fiż-żmien li ġej, bil-ħidma li diġà bdiet tirranka se nkomplu nagħmlu minn Malta pajjiż li l-futur tiegħu kien u se jkun sabiħ.
IŻ-ŻGĦAŻAGĦ FIĊ-ĊENTRU TAL-PARTIT LABURISTA
MARIA ELLUL Segretarju Ġenerali ŻL
L-umiltà tal-Partit Laburista fil-Gvern hija li lil hinn mid-distakk li ġab, minnufih xammar il-kmiem għall-ħidma favur dan il-pajjiż li dejjem ħadem għalih u ħabb. Bl-aktar Kabinett żagħżugħ fl-istorja ta’ pajjiżna, issa nistgħu nħarsu ’l quddiem sabiex inkomplu nagħmlu aktar ġid fil-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Għal darb’oħra bħa-
la żgħażagħ erġajna konna fiċ-ċentru tal-ħidma ta’ dan il-Partit. Għaliex meta ngħidu li għalina ż-żgħażagħ il-Partit Laburista huwa d-dar naturali tagħna ma nkunux qed nitkellmu bl-addoċċ iżda għax nafu kemm bil-fatti, kontinwament il-Partit Laburista filGvern ħaseb fina ż-żgħażagħ. Iżda hekk kif dan il-Gvern ixammar il-kmiem għall-ħidma, ejjew ma ninsewx l-appelli ġenwini ta’ diversi nies matul dawn l-aħħar xhur. Hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela appella għall-umiltà, irridu nizguraw li nisimgħu aktar u ma ninjoraw qatt il-karbiet tal-elettorat. Ir-riżultat ta’ din l-elezzjoni meta analizzat, ma jista’ qatt jiġi injorat anzi għandu jibgħat messaġġ ċar sabiex kull wieħed u waħda minna nżommu saqajna malart f’ħidma sinċiera favur din il-viżjoni għal Malta. Għaliex ir-riżultat ta’ din l-elezzjoni jagħti wkoll mandat b’saħħtu
lil dan il-Gvern li għandu l-aħjar miżuri għall-ġenerazzjonijiet futuri tagħna. Madwarna għaddejjin numru ta’ turbulenzi li l-effett tagħhom fuq pajjiżna għadna rridu narawhom. Huwa għalhekk li dan ipoġġi obbligu ċar fuq il-Gvern li jkompli jindirizza l-isfidi tal-lum u ta’ għada. Hekk kif pajjiżi viċin tagħna qed jaffaċċjaw sfidi bla preċedent, Gvern Laburista qed joffri serħan il-moħħ, li bħalma kien fi żmien il-pandemija, ser ikompli jkun ta’ spalla għallMaltin u l-Għawdxin kollha. Imbagħad, bħala żagħżugħa li tinteressani l-politika, fl-involviment tiegħi fiż-Żgħażagħ Laburisti, inħares ’il quddiem sabiex bħala Partit inkomplu nressqu ’l quddiem proposti progressivi li kontinwament qed jagħmlu differenza. Kburija ngħid li bħala fergħa konna minn ta’ quddiem li tkellimna dwar diversi proposti li eventwalment saru liġi-
jiet. Dan fid-dawl ukoll, li l-elf proposta li jiffurmaw parti mill-manifest rebbieħ ta’ Gvern Laburista ġew xprunati mill-inizjattiva ta’ 100 idea li rat l-involviment ta’ diversi persuni ġejjin minn oqsma differenti. Hekk kif dan ix-xahar ser inkunu qed nikkommemoraw ukoll Jum iż-Żgħażagħ Soċjalisti, irridu wkoll infakkru l-impenn tal-ħidma li saret mill-kollegi ta’ qabilna. Dan flimkien mal-viżjoni ta’ fejn nixtiequ nwasslu lil Malta fiżżmien li ġej. Sa mit-twaqqif tal-Labour League of Youth, kienu ż-żgħażagħ stess li ħadmu qatigħ biex iwasslu l-messaġġ tal-Partit Laburista. Dan minkejja li ż-żgħażagħ ġew emarġinati, iddiskriminati u mkasbrin. Sodi fit-twemmin tagħhom, stinkaw favur il-valuri tagħhom u grazzi għal din il-ħidma aktar żgħażagħ bdew jimmilitaw fi ħdan il-Partit Laburista.
Illum ukoll iż-żgħażagħ jibqgħu fiċ-ċentru tal-ħidma ta’ dan il-Partit. Kliem il-Prim Ministru Robert Abela jimliena b’kuraġġ li nkomplu naħdmu hekk kif kontinwament jesprimi li għalih iż-żgħażagħ mhux biss il-mexxejja t’għada iżda huma l-mexxejja tal-lum. Din il-fiduċja qed narawha fil-prattika grazzi għall-Kabinett żagħżugħ li għadu kif ġie maħtur, flimkien man-numru sabiħ ta’ żgħażagħ fid-diversi strutturi ta’ dan il-Partit. L-appell tiegħi jibqa’ wieħed. Filwaqt li nirringrazzja lil dawk kollha li kienu parti mill-ħidma tagħna tul dawn l-aħħar ġimgħat, l-impenn tagħna mhux ser jieqaf hawn. Il-bieb tagħna ser jibqa’ miftuħ għal kulħadd għaliex il-forza tagħna tibqa’ fil-fatt li dan il-Partit kontinwament qed jiġġedded u ma jiddejjaq qatt jiddjaloga favur il-Malta li nixtiequ nkomplu ngħixu fiha.
13
10.04.2022
LEJN ĦIDMA SFIQA B’IMPENN U ENERĠIJA
JULIA FARRUGIA PORTELLI Ministru
Għaddew issa 15-il ġurnata minn meta l-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti u Għawdxi kkonfermat b’marġni storika rebħa elettorali oħra, it-tielet waħda konsekuttiva għall-Partit Laburista fl-Elezzjonijiet Ġenerali tas-Sibt, 26 ta’ Marzu, 2022. Maġġoranza ta’ 39,474 vot. Mandat storiku u qawwi lill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela. Fraħna u ċċelebrajna kif mistenni u kif mistħoqq. Imma mhux biss. F’dan il-perjodu ta’ ftit jiem diġà nbdiet il-ħidma biex jitwettaq dak imwiegħed lill-poplu. Il-Prim Ministru ħatar il-Kabinett u qassam id-dekasteri. B’sodis-
fazzjon kbir għalija personali ngħatajt l-istess dekasteru li kelli fil-leġiżlatura preċedenti b’żieda miegħu r-responsabbiltà għad-Drittijiet tal-Konsumatur u l-Awtorità tal-Mediċini li l-missjoni tagħha hija li tipproteġi u ttejjeb is-saħħa pubblika permezz tar-regolamentazzjoni ta’ prodotti mediċinali u attivitajiet farmaċewtiċi. Għal dan inħossni onorata u grata bil-kbir. Ħidmietna hija mfassla. Il-Programm Elettorali, li issa sar il-programm ta’ ħidmet il-Gvern, huwa minnu nnifsu impenn qawwi ħafna li jitlob minna lkoll enerġija u determinazzjoni. Enerġija u determinazzjoni biex filwaqt li nkomplu fejn ħallejna fil-leġiżlatura li għadha kemm intemmet insarrfu fil-konkret il-proposti li saru, maħsubin biex jitkompla jogħla l-livell tal-għajxien tal-poplu tagħna. Biex inkomplu naħdmu bil-mira li fassal il-Prim Ministru, dik ta’ futur sabiħ għal pajjiżna. Nistqarr b’umiltà li tul l-aħħar leġiżlatura ħidmieti fil-qasam tal-persuni b’diżabilità tagħti ħafna u ħafna sodisfazzjon. Sodisfazzjon rifless fil-fatt li ħdim-
na biex f’dan is-settur wettaqna kisbiet kbar mhux biss għall-persuni b’diżabilità nfushom biss imma wkoll għall-familji tagħhom. Huwa ferm ta’ sodisfazzjon li naraw ħidmietna twassal biex jikber il-konvinċiment fost il-persuni b’diżabilità li, minkejja l-problemi, huma persuni ugwali daqs kull persuna oħra. Persuni bl-aspirazzjonijiet tagħhom. Li jemmnu fihom infushom li sa fejn huwa possibbli jkunu qegħdin jaqilgħu l-għajxien tagħhom huma personalment. Kien għalhekk li ħloqna skemi diversi biex ikunu ta’ inkoraġġiment biex il-persuni b’diżabilità joħorġu jaħdmu kif ukoll skemi biex jinkoraġġixxu lil min iħaddem jikkonsidra bl-akbar serjetà li fl-istadju ta’ ingaġġ ikun hemm inklużi persuni b’diżabilità. Illum inħossuna kburin li għandna l-akbar għadd ta’ persuni b’diżabilità fid-dinja tax-xogħol li qatt kellna. Dan jistimulana biex inkomplu naħdmu qatigħ. Imma d-dinja tal-persuna b’diżabilità ma tiqafx biss malli jkollha impjieg. Hemm ukoll il-fattur li tali persuna tħoss li qiegħda tgawdi ċer-
ta indipendenza għax saret temmen fiha nnifisha b’mod partikolari bid-diversi djar fil-komunità għal persuni b’diżabilità. Mhux qegħdin u mhux se nkunu qegħdin nikkunsidraw li wasalna. Fadlilna x’nagħmlu. Hekk ifissru d-19il proposta li hemm fit-taqsima Persuni b’Diżabilità f’Kapitlu 12 tal-Manifest Elettorali bit-tema Ilkoll Indaqs. L-ispazju limitat ma jippermettilix nidħol fid-dettall ta’ kull proposta li għamilna għal dan is-settur. Nista’ nassigurakom li l-ħidma fuqhom bdejnieha diġà. Is-setturi tal-Volontarjat u tal-Ħarsien tal-Konsumatur insibuhom elenkati f’Kapitlu 18 tal-Manifest Elettorali intitolat Tmexxija Għaqlija u Governanza Soda. Għas-settur tal-volontarjat ipproponejna seba’ proposti, fosthom li niżviluppaw ir-rwol tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji minn sempliċiment regolatur għal entità li tixpruna t-tisħiħ ta’ għaqdiet mhux governattivi eżistenti u oħrajn ġodda. Fir-rigward tal-ħarsien tal-konsumatur għandna sitt proposti impenjattivi
ħafna. Se nkomplu nagħtu sostenn lill-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur sabiex jissaħħaħ il-moniteraġġ tas-suq u s-sigurtà tal-konsumatur, speċjalment fejn jidħol l-ikel, il-prodotti mediċinali u l-prodotti relatati mat-tfal. Se nkunu qegħdin inħarsu lejn l-organizzazzjonijiet volontarji tal-konsumatur bħala sħab fil-moniteraġġ tas-suq u s-sigurtà tal-konsumatur. Nagħlaq ħsibijieti billi nikkwota sentenza qawwija u impenjattiva li l-Prim Ministru Robert Abela għamel fid-daħla tal-Manifest Elettorali: Determinati li nkomplu nġibu differenza pożittiva fl-iżvilupp ta’ pajjiżna u l-ħajja tal-Għawdxin u l-Maltin kollha. Lill-Prim Ministru Robert Abela nassigurawh li se jsibna ta’ spalla f’din id-determinazzjoni. Fuq nota personali nixtieq nieħu din l-opportunità biex għal darb’oħra nirringrazzja lill-eletturi tal-Ħames u s-Seba’ Distrett għall-fiduċja li wrew fija. Fiduċja li nwegħedkom minn qalbi li se nsarrafha fi tkomplija ta’ aktar ħidma b’risq il-poplu.
LEĠIŻLAZZJONI TAR-ROAMING
AKTAR BENEFIĊĊJI GĦAĊ-ĊITTADINI
ALEX AGIUS SALIBA Membru Parlamentari Ewropew
Fi żmien mhux wisq imbiegħed, kulħadd jiftakar kif meta konna nkunu msefrin f’xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea konna noqogħdu b’seba’ mitt għajn fuq l-użu tal-mobile u l-internet. Fl-2017 din il-kwistjoni ġiet indirizzata hekk kif fuq livell Ewropew daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni marbuta mar-roaming, li fissret li għall-ewwel darba stajna nibqgħu nagħmlu telefonati, nibagħtu messaġġi u nużaw
l-internet fuq il-mobile tagħna meta nivvjaġġaw madwar l-Unjoni Ewropea, bla biża’ li ser nirċievu kontijiet għoljin. Permezz ta’ din il-liġi, l-użu tas-servizz barra minn xtutna f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea beda jiġi ċċarġjat bl-istess mod bħal meta nkunu f’pajjiżna, u għaldaqstant, intemmet il-biża’ li meta naslu lura f’pajjiżna nsibu kontijiet xokkanti tal-mobile. Però r-regolament attwali dwar ir-roaming għandu terminu marbut miegħu għaliex kien ġie miftiehem għal ħames snin, terminu li ser ikun qed jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2022. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat proposta ġdida biex testendi l-projbizzjoni attwali fuq it-tariffi tar-roaming madwar l-Unjoni Ewropea għal 10 snin oħra. Huwa fatt li dawn ir-regoli bbenefikaw minnhom kemm is-swieq tat-telekomunikazzjoni kif ukoll il-konsumaturi, u għaldaqstant huwa naturali li kellna nkomplu nibnu fuq
dan is-suċċess u naraw li dawn ir-regoli jiġu estiżi biex inkomplu nimxu ’l quddiem lejn suq uniku diġitali u tat-telekomunikazzjoni. F’dan il-proċess, matul is-sena li għaddiet jien kont ġejt maħtur bħala n-negozjatur politiku għall-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur dwar l-estensjoni tal-projbizzjoni attwali fuq it-tariffi tar-roaming wara l-2022. F’dawn in-negozjati, l-għan tiegħi u tal-Grupp li nirrappreżenta kien li niżguraw li nwessgħu din il-politika favur il-konsumaturi billi l-ewwel u qabelxejn inżommu t-tajjeb li kellna, imma barra minn hekk nieħdu l-opportunità li ntejbu r-rekwiżiti kuntrattwali u tal-ħarsien tal-konsumatur u niżguraw li n-nies jiksbu l-kwalità li jħallsu għaliha. Eżempju ta’ dan huwa s-saħħa tal-internet, li ħafna drabi ninnutaw li meta nkunu msefrin tkun inferjuri għal dik li nkunu
qed inħallsu għaliha u ngawdu f’pajjiżna. Dan m’għandux ikun. Il-prinċipju huwa li l-konsumatur jieħu s-servizz li qed iħallas għalih, irrispettivament mill-post li jkun jinsab fih fl-Unjoni Ewropea. Dawn in-negozjati ġew fi tmiemhom u wara li ntlaħaq qbil bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, din il-ġimgħa, fis-sessjoni Plenarja tal-Parlament Ewropew, ġiet approvata formalment il-liġi reveduta, b’regoli li allura ser ikunu qegħdin jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju li ġej. Issa li dan il-proċess ġie fi tmiemu, ninsab ferm sodisfsatt u kburi li ser ikollna liġi li hija sostanzjalment aħjar minn dik li kellna u li allura minnha se jibbenefikaw il-konsumaturi, aħna ċ-ċittadini Ewropej, li ta’ spiss nivvjaġġaw ġewwa l-Unjoni Ewropea u nużaw l-ismartphones tagħna li llum saru parti integrali minn ħajjitna. Fuq kollox sodisfatt meta
nara li permezz ta’ emendi li introduċejt f’dawn in-negozjati u li issa jifformaw parti minn din il-liġi li ġiet approvata, ser ikollna qafas leġiżlattiv aktar b’saħħtu li jagħtina aktar protezzjoni u garanzija ta’ kwalità għall-10 snin li ġejjin. B’mod partikolari kuntent li rnexxielna ntejbu t-trasparenza u niżguraw l-aċċess liberu għas-servizzi ta’ emerġenza, inkluż għal persuni b’diżabilità. Bla dubju ta’ xejn, ir-roaming u l-leġiżlazzjoni Ewropea li tagħtina dawn id-drittijiet huma rikonoxxuti bħala wieħed mill-aktar suċċessi tanġibbli li jibbenefikaw minnhom iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant, ninsab kuntent li permezz ta’ din ir-reviżjoni, għamilna pass ieħor ’il quddiem li ser ikompli jikseb aktar drittijiet importanti u fuq kollox ser jiżgura li n-nies ma jibqgħux jiġu kkastigati b’kontijiet eċċessivi u kwalità inferjuri tas-servizzi.
14
10.04.2022
IL-PAPA: MALT LABORATOR Fl-udjenza ġenerali tal-Erbgħa fil-Vatikan, il-Papa Franġisku għamel eloġju sħiħ dwar iż-żjara tiegħu f’Malta fi tmiem il-ġimgħa li għadda u l-laqgħa sabiħa li tawh kull fejn mar f’Malta u f’Għawdex. Bl-esperjenza taż-żjara qasira li kellu fil-Laboratorju tal-Paċi Ġwanni XXIII ġimgħa ilu, il-Kap tal-Knisja Kattolika rriserva biss kliem ta’ tifħir għal pajjiżna u tenna li Malta tirrappreżenta l-qawwa taż-żgħar bi storja sinjura ħafna, immexxija fuq il-passi Kristjani tal-Appostlu Pawlu. Kif iddikjara waqt li kien f’pajjiżna, is-suċċessur ta’ Pietru semma l-immigrazzjoni u kif Malta qed tiffaċċja sfidi kbar fiċ-ċentru tal-Mediterran u meħtieġa s-solidarjetà ta’ pajjiżi oħrajn li qed jagħlqu għajnejhom għall-kriżi umana. Hawn semma l-Laboratorju tal-Paċi, f’Ħal Far, immexxi mill-Patri Franġiskan Dijonisju Mintoff, li ta’ 91 sena ma jaqtax qalbu, anzi jagħti lezzjoni lil kulħadd, waqt li insista li fuq dan l-eżempju, Malta kollha hi laboratorju ta’ paċi b’valuri ta’ solidarjetà li huma b’saħħithom donnu tħallew fid-DNA ta’ ġensna minn żmien in-nawfraġju ta’
10.04.2022
TA KOLLHA HI RJU TAL-PAĊI San Pawl. Lill-eluf ta’ persuni preżenti għall-udjenza ġenerali, il-Papa qalilhom li Malta ilu li waslilha l-vanġelu permezz tal-Appostlu San Pawl. Hu qal li kien ilu biex iżur Malta għal sentejn sħaħ, imma ma setax minħabba l-pandemija, u rrefera għaż-żjara sabiħa li kellu fis-Santwarju Ta’ Pinu f’Għawdex u kif il-fidi Marjana teżisti qawwija fostna. Il-Papa temm jirringrazzja lill-President tar-Repubblika George Vella, lill-Prim Ministru Robert Abela u l-awtoritajiet kollha responsabbli biex twettqet iż-żjara ta’ jumejn fil-gżira ta’ Pawlu. Fl-aħħar irringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi tal-akkoljenza li wera matul iż-żjara tiegħu. Anke jekk qasira, deher ovvju li ż-żjara baqgħet għal qalb il-Qdusija Tiegħu daqskemm għal qalb il-poplu tagħna. Kliemu jikkonfermah. Hawnhekk qed nipproduċu ftit mill-ħafna memorji sbieħ tar-raba’ żjara Papali li seħħet f’pajjiżna bejn nhar is-Sibt 2 u l-Ħadd 3 t’April 2022.
15
16
10.04.2022
IT-TRIQ ’IL QUDDIEM nnifsu huwa ż-żmien li nxammru l-kmiem sabiex l-1,000 proposta li nedejna fil-manifest elettorali jitwettqu u jissarrfu f’1,000 kisba għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. L-elezzjoni ġenerali ta’ ġimagħtejn ilu kellha diversi messaġġi li ntbagħtu mill-elettorat. Fost l-aktar notevoli kien l-ammont bla preċedent ta’ eletturi li għażlu li ma jivvutawx jew billi ma ġabrux il-vot, jew billi ma marrux jivvutaw, jew li marru jivvutaw u ħassru l-vot. Dawn l-eluf riedu jgħaddu messaġġ u dan il-messaġġ irriCATHERINE FENECH du nagħtu kasu, nisimgħuh, nistudjawh Segretarju tal-Eżekuttiv u aktar minn hekk irridu naħdmu sabiex Nazzjonali tal-PL il-messaġġ jiġi indirizzat. Huwa fatt li l-elettorat ma jarax fil-PN gvern alternattiv, madanakollu, nirrifjuta li nikkonkludi li r-rebħa tal-PL ġiet għax ma Ninsabu ġimgħatejn mir-rebħa elettorali li kienx hemm alternattiva. Ir-rebħa li saret għamel il-Partit Laburista. Rebħa sinifikan- mill-PL kienet rebħa miksuba. Il-manti u bla preċedent. L-akbar rebħa elettorali dat u l-fiduċja li ngħata Robert Abela kien li qatt għamel partit minn wara l-Indipen- mistħoqq bil-kbir. denza ’l hawn. Kienet ukoll it-tielet rebħa Gvern Laburista mmexxi minn Robert elettorali konsekuttiva għall-Partit La- Abela mexxa u żamm fuq saqajh lill-pajjiż burista, imma aktar minn hekk minkejja u lill-poplu Malti u Għawdxi waqt pandan, il-PL żied il-maġġoranza fuq il-PN. demija li ħadd fid-dinja ma kellu xi riċetFl-2008, il-PN kiseb it-tielet rebħa ta ta’ kif għandu jittrattaha. Aktar minn elettorali konsehekk, hekk kif ħerġin kuttiva però waħda mill-pandemija mhux wara l-oħra naqqas talli l-qgħad ma għolil-maġġoranza tant liex rasu, talli qed neli fl-2008 kiseb biss sperjenzaw l-inqas rati maġġoranza relattita’ qgħad li dan il-pajjiż va fejn lanqas qabeż qatt kellu, kif ukoll Issa kif qal il-Prim il-50% tal-voti validi. it-tbassir mill-aġenziji Ministru nnifsu Iktar minn hekk, din ta’ kreditu u mill-Kumir-rebħa tal-PL fissret missjoni Ewropea kollhuwa ż-żmien li l-ewwel mandat għal ha jaqblu li pajjiżna se Prim Ministru Robert nxammru l-kmiem jkun il-pajjiż bl-akbar Abela, liema mantkabbir ekonomiku flsabiex l-1,000 dat huwa hekk ċar u UE. b’saħħtu. Il-Partit Laburista proposta li nedejna Hija rebħa li tagħkien il-partit l-aktar fil-manifest ti lill-attivisti, volorganizzat u professuntiera, membri jonali waqt il-kampanelettorali jitwettqu tal-kumitati, ħaddieja elettorali, b’manima, membri tal-eżefest imfassal b’għaqal u jissarrfu f’1,000 kuttiv, tal-amminisu b’sinċerità fejn ġew kisba trazzjoni u kandidati, ippreżentati 1,000 sodisfazzjon li wara proposta, kollha kkosttant xhur u snin ta’ ħidma, inqata’ l-frott jati u tanġibbli. Il-mod ta’ kif il-PL bi promixtieq. U minn hawn nieħu l-okkażjoni fessjonalità mexxa l-kampanja elettorali sabiex nirringrazzjahom ilkoll. Nifraħ bla ebda dubju se jirrifletti minnufih il-ħidlill-kandidati Laburisti kollha li ġew elet- ma u t-tmexxija fil-gvern. ti u nawguralhom il-ħidma t-tajba f’isem Għaldaqstant nagħmlu kuraġġ, inl-elettorat li qed jirrappreżetaw. xammru l-kmiem u nissoktaw bil-ħidma. Però, irrid nirringrazzja lill-kandidati Inkunu ta’ spalla u ta’ sostenn lill-Prim kollha li kkontestaw f’isem il-PL, 69 kandi- Ministru li mexxiena għal din ir-rebħa. dat u kandidata validi u ta’ stoffa li jaffiljaw Issa l-waqt li ngħinuh sabiex il-proporuħhom mal-prinċipji tal-PL u taw kon- sti li tajna l-fiduċja fihom jiġu mwettqa tribut enormi sabiex jinkiseb dan ir-riżul- għall-benefiċċju tal-poplu Malti u Għawdxi tat storiku. Issa kif qal il-Prim Ministru kollu. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela f’waħda minn sensiela ta’ laqgħat mad-Delegati tal-Partit Laburista
Sur Editur, Kemm ħadt gost biż-żjara tal-Papa Franġisku fostna, Sur Editur. Sewwa tgħidli Melda tiegħi li dan il-Papa jiġbed in-nies. Issa jekk hemm xi awtorità fuq dawn l-affarijiet, Melda tiegħi żgur li tħabbatha magħhom kollha. Għax bir-rużarji kollha li tirreċta, bil-quddies ta’ kuljum fuq it-televixin, bis-Santi li għandha fil-portmoni u fuq il-gradenza tal-kamra tas-sodda, ma hawnx min jara l-affari jiet bħalha. U anki meta kultant intellagħhomlha jien, Sur Editur, kif tgħid il-litanija tal-qaddisin hi, ma jgħidha ħadd. Ħadt gost biż-żjara tal-Papa, għax meta ġie fostna induna li ma kellux għalfejn ibierek lil pajjiżna, kif qal l-imkaxkar Bernard tagħhom. Birikna, imma bi kliemu. Għax tana ċertifikat sabiħ li aħna l-qalb tal-Mediterran. Imbagħad fl-udjenza ġenerali tal-Erbgħa fil-Vatikan, il-Papa Franġisku semma ż-żjara tiegħu f’Malta u l-laqgħa sabiħa li tajnieh aħna l-Maltin u l-Għawdxin. Ħafna ’l bogħod minn dak li xtaqu dawk li għandhom ilsienhom agħar minn ta’ serp. U fuq kollox ġie Malta, mhux bħalma xtaqet dik li taħseb li hija r-reġina tal-kummentaturi, is-sieħba ta’ Simon Busuttil. Min jaf marritx tara l-Papa f’xi triq jew fuq il-Fosos din! Għax hawn erbgħa vera kampjuni tal-ipokresija f’dan il-pajjiż, Sur Editur. Apparti dan, ħaġa waħda ma għamilx sew għalija l-Papa, Sur Editur. Li ma għaddiex minn ħdejn id-Dar Ċentrali baħħ li għandhom, biex iberikom. Għax ma nafx xi jrid ikun jien biex jiġu f’tagħhom dawn. Issa mhux qed ngħid għal kif jaħdmu u min se jmexxihom ta! Dak jarawh huma. Imma biex forsi jindmu mill-inkwiżizzjoni ta’ lsienhom u għemilhom. Kif qalilhom l-eks kandidat tagħhom, mingħajr ma qagħad jomgħod kliemu, Michael il-Brigulju. “Il-Partit Nazzjonalista jemmen li għandu monopolju fuq dak li hu tajjeb u jaġixxi bħal donnu xi inkwiżitur divin.” U kompla jgħid li f’nofs leġiżlatura l-partit tagħhom inbidel f’kannibalu u beda jdur għal niesu. U aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar joħorġu stejjer ta’ kif jittrattaw lil sħabhom stess, aħseb u ara lil dawk li mhumiex mal-partit tagħhom. L-aħħar waħda tal-Viċi Kap tagħhom Robert Arrigo. Dan ħabbar li mhux se jerġa’ jikkontesta għall-kariga ta’ Viċi Kap u għall-ebda kariga oħra fil-Partit tagħhom. Apparti minħabba t-telfa bi tkaxkira enormi li ġarrbu, dan Arrigo qal li anki jekk kien Viċi Kap, ma kien involut xejn fil-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Mur oqgħod iġbrilhom l-eluf għall-kampanja elettorali Sur Arrigo! Biex tawk bis-sieq u warrbuk! Bilħaqq, Sur Editur, kemm hu kiesaħ il-Kap tagħhom! U lanqas sinjal ta’ rispett ma għandu. Għall-quddiesa ta’ Fuq il-Fosos mar tliet kwarti tard, meta kulħadd kien diġà f’postu bħala sinjal ta’ rispett lejn il-Papa u hu daħal tard, biex jarah kulħadd dieħel. X’kull waħda wkoll! Il-mudell ta’ Dolce tal-Gabbana ġej! Imbagħad hemm dak li jaħseb li qanna jmexxi Malta hu. Ħu Karol. Li skont ma kiteb, il-Papa Franġisku sema’ l-qrid patetiku tiegħu l-ewwel wieħed u qal li l-Papa rrikonoxxa l-ħidma ta’ dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika. U Ġieżu Ġież, kemm qegħdin sew! F’ħaġa waħda nammirah lil dan ir-raġel jien, għax joħlom bil-kulur. X’differenza minn Robert tagħna! Kemm qatgħu figura tajba hu, Lydia u s-simpatika Georgia! Għandna Prim li għandna għalfejn niftaħru bih, Sur Editur. Xempju ta’ kif għandu jkun Mexxej. Mexxej ta’ kabinett mill-aqwa. Mimli entużjażmu u determinazzjoni qawwija biex iwettaq il-ħidma li fdalu l-poplu. Ejja ħa nkomplu mexjin lejn futur sabiħ, Sur Editur. Meta Robert tagħna kellu laqgħa mal-Papa tkellmu dwar kif Malta tista’ tkun il-pajjiż li jżomm l-għaqda u l-paċi fil-Mediterran. U x’qal il-Papa fl-udjenza ta’ nhar l-Erbgħa li għadda? Li Malta hija l-qawwa taż-żgħar u li l-pajjiż kollu huwa laboratorju ta’ paċi b’valuri ta’ solidarjetà li huma b’saħħithom. Għad-dieħla.
17
10.04.2022
IL-MIXJA 2022: IL-PASSJONI LURA FIL-VERDALA Fost l-aqwa atturi Maltin fi produzzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation Bħal fis-snin li għaddew, uħud millaqwa atturi ta’ Malta se jingħaqdu f’kast tal-ogħla livell b’għan filantropiku. Vermiglio Theatre Productions hija wara din ir-rappreżentazzjoni li se tittella’ fil-ġonna ta’ madwar il-Palazz tal-Verdala fil-Buskett u li se tkun esperjenza unika u interattiva għal dawk kollha li jagħżlu li jattendu. Il-ġonna ta’ madwar il-palazz se jiġu mibdula fit-toroq ta’ Ġerusalemm f’dak il-lejl storiku u l-udjenza nnifisha ser issir parti importanti minn dak kollu li jkun qed iseħħ. Il-Mixja se tkun qiegħda ssir għal darb’oħra taħt il-patroċinju distint, ta’ Dr. George Vella, President ta’ Malta. L-udjenza se timxi pass pass mal-passjoni ta’ Kristu mill-aħħar ċena sal-Golgota filwaqt li nħawi dif-
ferenti fil-ġonna se jservu bħala l-isfond għad-diversi xeni li jwasslu din il-ġrajja lill-udjenza bl-iktar mod realistiku u personali. Din l-esperjenza drammatizzata tippreżenta l-passjoni ta’ Ġesù Kristu b’mod li l-udjenza tkun tista’ tħoss u tesperjenza dak kollu li ġara dakinhar f’Ġerusalemm. “Il-mod kif qed tiġi ppreżentata din l-esperjenza tal-passjoni huwa intenzjonat sabiex iġiegħel lill-udjenza tħossha daqslikieku kienet parti mill-folla li kienet preżenti flaħħar jumejn tal-ħajja ta’ Ġesù qabel il-qawmien tiegħu mill-mewt. Fil-fatt, proprju minħabba dan m’aħniex se nużaw xi forma t’amplifikazzjoni waqt il-mixja.” Qal Alan Fenech li qed jidderieġi dan id-dramm. Il-kast jinkludi wħud mill-aqwa at-
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
turi ta’ Malta li huma magħrufa sew ma’ dawk kollha li għandhom għal qalbhom id-drama fit-teatri u l-istazzjonijiet tat-televiżjoni Maltin. Għall-ewwel darba, il-parti ta’ Kristu se tkun f’idejn l-attur żagħżugħ John Vassallo wara li wiret din il-parti proprju mingħand Alan Fenech. Il-produzzjoni hija f’idejn Vermiglio Theatre Productions. “Kast t’atturi ta’ din il-kwalità huwa garanzija ta’ produzzjoni tal-ogħla livell. L-udjenza se jkollha l-okkażjoni li tara lill-artisti favoriti tagħa filwaqt li jkunu qegħdin jaħdmu fil-viċin u dan ikompli jżid mal-atmosfera diġà unika grazzi anki għall-kostumi u l-post innifsu,” sostniet Michelle Zerafa, waħda millprodutturi kif ukoll Assistent Direttur ta’ Il-Mixja. Il-produzzjoni tinkludi
wkoll mużika oriġinali ta’ Ray Zammit. Il-Mixja se ssir bejn nhar it-Tlieta u l-Ħamis li ġejjin, fit-12, 13 u 14 t’April, fis-7:30 p.m. Il-biljetti jiswew €10 biss (tfal taħt it-12-il sena jidħlu b’xejn) bil-qligħ kollu jmur b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation. Sabiex tiġi ggarantita l-aqwa esperjenza għal dawk li jattendu, il-biljetti huma limitati u għalhekk booking minn qabel huwa rakkomandat. Għal iktar informazzjoni jew biex tirriserva post fl-udjenza ċempel fuq 99576139 jew ibgħat email fuq ilmixja@gmail.com jew messaġġ fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook, Il-Mixja 2022. Wieħed jista’ jżur ukoll is-sit elettroniku uffiċjali ilmixja.com u jibbukkja online.
18
10.04.2022
IL-KOPPJA ĦALLIELA BONNIE U CLYDE Meta nitkellmu fuq Bonnie Parker u Clyde Barrow spiss nimmaġinawhom bħala ħallelin għaqlin li ħadmu fl-era tad-Dipressjoni fl-Amerka. Iżda filwaqt li din il-koppja verament ħolqot paniku fil-qlub tal-pulizija u ċ-ċivili, is-serq tagħhom mhux dejjem kien faċli kif setgħu pinġewhom numru sew ta’ nies, li ppruvaw joħolqu minnhom mit leġġendarju. Fil-fatt, 85 sena wara mewthom, u sewwasew fl-2019, waqt ix-xogħol tagħha fir-rekords antiki tal-qorti ta’ Tarrant, l-iskrivana Ann Perry ltaqgħet ma’ dokument intriganti bl-ismijiet taż-żewġ kriminali notorji: Bonnie Parker u Clyde Barrow. Id-dokument ma kien xejn ħlief l-akkużi tal-1934 li akkużaw lil Bonnie u Clyde bil-qtil ta’ żewġ pulizija ta’ Texas. Filwaqt li l-akkuża turi li l-infurzar tal-liġi kien tabilħaqq fuq il-koppja, intwera li ma kellhomx dik il-ħajja komda, rilassanti u bil-mod kif numru ta’ ammiraturi tagħhom kienu joħolmu li għexu. Minn CHARLES B. SPITERI Ix-xogħol ta’ din l-iskrivana tal-Kontea ta’ Tarrant deher pjuttost normali, u jwassal biex wieħed jistaqsi x’għamlet il-koppja biex ingħatat l-immaġni leġġendarja tagħha. Kemm Bonnie kif ukoll Clyde, it-tnejn kibru f’żoni foqra f’Texas u batew ħafna. Missier Bonnie miet meta hi kellha biss erba’ snin u din it-traġedja ġiegħlet lil ommha taqbad lil uliedha u tkaxkarhom lejn is-subborg fqir ta’ Cement City f’Dallas, biex bħala familja jgħixu man-nanniet ta’ Bonnie. Minn ċkejkna, it-tifla wriet ġibda għat-tagħlim mgħallem fl-iskola u qatt ma wriet ġibda għall-ħajja kriminali li qabdet aktar tard. Kellha livell għoli ta’ intelliġenza u passjoni għal-letteratura u l-poeżiji. Meqjusa bħala sabiħa minn dawk ta’ madwarha, Bonnie kienet toħlom li ssir attriċi. Iżda din il-ħolma malajr inbidlet hekk kif sabet ruħha fit-tieni sena tal-iskola sekondarja. Minn dik il-ħabta, beda l-vjaġġ tagħha lejn in-notorjetà. Imħabba miċħuda Bħala studenta avventuruża, Bonnie ma damitx ma bdiet tgħix mal-istudent Roy Thornton. Fil-fatt, Bonnie żżewġitu qabel ma kienet għadha għalqet 16-il sena. Biex tfakkar din ir-rabta, Bonnie għamlet tattwaġġ fuq laħamha. Sfortunatament, iż-żwieġ mar ilbaħar wara li Thornton beda jabbuża minnha fiżikament u kien ikkundannat ħames snin ħabs fuq serq. Wara ftit żmien li hi sabet ruħha weħidha, Bonnie reġgħet bdiet tħobb. Sfond tal-biedja Bħal Bonnie, Clyde kien fqir,
Il-karozza tal-koppja li fiha nqatlu bla mistenni imwieled f’familja ta’ bdiewa f’Telico. Kienu differenti għalkollox fil-ħajja kriminali li kienet inkorporata fid-DNA ta’ Clyde minn tfulitu. Waqt li kien daqqaq tajjeb tal-kitarra u tas-saxophone, Clyde dar għall-ħajja ta’ kriminalità taħt l-influwenza ta’ ħuh il-kbir, li kien diġà qabad din il-linja. Dak li beda bħala serq żgħir għal Clyde, malajr żdied għal serq ta’ oġġetti ta’ valur għoli bħal karozzi u eventwalment serq bl-armi. Din is-sensiela ta’ kriminalità wasslet biex Clyde spiċċa mfittex mill-ġustizzja sa minn meta kellu 20 sena. Kien f’dak iż-żmien li hu tefa’ għajnejh fuq is-sieħba futura tiegħu fil-kriminalità.
wel darba, l-aktar teorija popolari hi li kienu ltaqgħu fil-5 ta’ Jannar, 1930. Clyde kien qed iżur ħabib f ’Dallas, li dak iż-żmien inzerta kien qed jospita lil Bonnie. Minn dan il-ħin, jingħad li l-koppja saret inseparabbli. Mhux hekk biss, talli minn dak iż-żmien Bonnie u Clyde bdew vjaġġ romantiku qawwi. Sfortunatament għaliha, Clyde kien se jkun ikkundannat fuq serq ta’ karozzi u ntbagħat il-ħabs. Bonnie tant irrifjutat li taqta’ qalbha mill-maħbub il-ġdid tagħha, li spiċċat marret iżżuru u daħħlet arma tan-nar filħabs fejn kien hemm Clyde. Naturalment, wara qam taħwid sħiħ.
lu biex ħarab mill-ħabs, iżda nqabad mill-ġdid wara ġimgħa. Din id-darba kien ikkundannat għal xogħol iebes; kastig li kkonvinċieh jaqta’ biċċa minn subgħu ta’ siequ biex jiskużawh mix-xogħol li tawh. Minn wara l-kwinti, ommu kienet argumentat b’suċċess biex l-imħallef jeħilsu. Il-weġgħa apposta li għamel f ’siequ kienet għalkollox bla ħtieġa. Filwaqt li oriġinarjament Clyde pprova jaqla’ l-għajxien onest wara l-ħelsien tiegħu, dan ma damx ħafna. Il-fastidju mill-awtoritajiet, wassal biex tilef ix-xogħol li kellu. Għalhekk, ingħaqad ma’ Bonnie u ħallelin oħra biex ħoloq gang formidabbL-ewwel laqgħa li li wettqu sensiela ta’ serq It-triq għal-libertà bl-armi. Waqt li għall-bidu Filwaqt li mhux ikkonfermat s-serq kien bla xkiel, il-gangkif il-koppja ltaqgħet għall-ew- Clyde uża l-pistola li ngħatat- sters malajr żiedu l-vjolenza.
Il-bidu tal-vjolenza F’sensiela ta’ serq ikrah, Clyde qatel pulizija u lil sid ta’ ħanut. Dan il-qtil wassal biex il-gang kienet imfittxija mill-pulizija mal-pajjiż kollu. Fi sforz biex iżommu profil baxx, Bonnie u Clyde marru joqogħdu għand Buck, ħu Clyde, u martu Blanche. Wara li l-ġirien għarfu lill-koppja u infurmaw lill-pulizija, dawn waslu fil-post u saret sparatura fatali, fejn Bonnie u Clyde ħallew xi pjantuni mejtin. Huma rnexxielhom jerġgħu jisparixxu. Waqt li ħarbu, ħallew ritratti tagħhom warajhom, li malajr dehru fil-gazzetti Amerikani. Għal xhur sħaħ, il-pulizija segwewhom u sabuhom fi Platte City, Missouri, fejn reġgħet saret sparatura. Xorta waħda,
19
10.04.2022
Bonnie u Clyde armati bl-armi tan-nar, lesti għall-attakk li jmiss
Dehra tipika ta’ Bonnie bis-sigarru f’ħalqha
ir-renju tat-terrur tagħhom ma kienx intemm. Wara l-ħarba, huma baqgħu liberi u xorta ma qatgħux qalbhom milli jeħilsu lill-ħabib tagħhom mill-ħabs. Biex għamlu hekk, qatlu gwardjan. Barra minn hekk, waqt li l-pulizija intensifikaw il-kaċċa tagħhom għalihom, Clyde u r-raġel li għen jaħrab mill-ħabs qatlu żewġ pulizija oħrajn. Narrattiva falza
tiegħu kien ra kollox. Bla dewmien, il-bidwi ta l-informazzjoni kollha lill-awtoritajiet u tahom deskrizzjoni perfetta tal-aggressuri. It-Texas Ranger Frank Hamer u l-Aġent Speċjali tal-FBI L.A. Kindell kienu fuq ix-xwiek biex jaqbdu lil Bonnie u Clyde u kienu lesti għal konfrontazzjoni tassew ċinematika. Bonnie u Clyde ma kellhomx idea li Hamer u l-iskwadra tiegħu kienu qed jonsbuhom. L-uffiċjali sparaw 176 balla fuq il-koppja, u wasslu fi tmiemha l-kriminalità tagħhom. B’hekk intwera li Bonnie u Clyde ma kinux invinċibbli daqskemm kienet iġġegħilna nemmnu l-kultura pop.
Iżda din il-koppja kriminali, tista’ għadha twettaq l-inkwiet wara mewtha? Ir-residenti ta’ Mineral Wells, Texas, hekk jaħsbu. Fis-swali dilapidati tal-lukanda infami Baker tal-belt, Bonnie u Clyde huma rrappurtati li għadhom qed jagħmlu t-tricks qodma tagħhom. Abbandunata kompletament Il-lukanda Baker għalqet il-bibien tagħha fl-1973. Is-sidien biegħu l-għamara kollha fl-10 snin ta’ wara. Madankollu, il-kmamar u s-swali vojta għadhom jamplifikaw kull ħoss f ’dan il-bini abbandunat. Fosthom jinstema’ żaqżiq u taqtir tal-ilma li m’għandhom l-ebda sors loġiku. Jinstema’ wkoll tektik ta’ tkaken għoljin qrib dak li jkun... iżda kull min idur biex jara jilmaħx lil xi
ħadd, ma jsib xejn. Barra minn hekk, f ’dan il-bini mitluq u qed jaqa’, wieħed jista’ jxomm il-moffa mal-ġebel u mbagħad f ’salt wieħed, tinxtamm riħa ta’ fwieħa ta’ mara; irriħa taċ-ċikkulata u sigarru mixgħul. M’hemm ebda spjegazzjoni loġika mnejn ġejjin dawn l-irwejjaħ. Jingħad li T.B. Baker sid il-lukanda mal-familja tiegħu kienu jgħixu fl-għaxar sular tal-lukanda. Iżda fis-seba’ sular kienet tgħix is-sieħba tiegħu – mara b’xagħar aħmar.
Minħabba d-delitti koroh tagħhom u d-dinamika mhux tas-soltu, Bonnie u Clyde spiċċaw magħrufin fil-kulIl-fatat tal-mara tura pop. Issa, madankollu, ir-reputazzjoni tagħhom qed Xi wħud jgħidu li dik il-mara tiġi ddubitata u dan kollu wettqet suwiċidju fil-luminħabba l-iskrivana li sabet kanda mnikkta għall-istat dik il-biċċa informazzjoni vitar-relazzjoni tagħha ma’ tali. Fiha deher ċar li l-krim- L-istorja tagħhom Baker. U wara mewtha, supinali ma kellhomx ħajja faċli ma spiċċatx hemm post bdew jiġru affarijiet daqskemm pinġewhom. Kien waqt ix-xogħol tagħha fir-rekords antiki tal-qorti ta’ Tarrant, li Ann Perry ltaqgħet mad-dokument intriganti bl-ismijiet taż-żewġ kriminali notorji: Bonnie Parker u Clyde Barrow. Waqt li ħarbu, ħallew ritratti tagħhom warajhom, Għalkemm Ħadd il-Għid, hu jum ta’ ċelebrazzjoni, dak li malajr dehru fil-gazzetti Amerikani. Għal xhur sħaħ, tal-1934 kien jum ta’ traġedja. il-pulizija segwewhom u sabuhom fi Platte City, Missouri, Żewġ truppi tal-Istat ta’ Texas, resqu lejn karozza wieqfa fejn reġgħet saret sparatura. Xorta waħda, ir-renju fuq l-awtostrada, li fiha kien hemm Bonnie u Clyde. Huma tat-terrur tagħhom ma kienx intemm sparaw fuq it-truppi b’mod selvaġġ, iżda ma ndunawx li bidwi mistrieħ fil-parapett
strambi fis-seba’ sular. Fattiga qal li ra l-fatat tagħha f ’wiċċ l-ilma f ’xi żmien fissnin 50 jew 60 meta kien ħadem hemm. Aktar sinjali strambi Mara li kienet taħdem f ’bank fil-qrib kellha l-uffiċċju tagħha jħares lejn il-lukanda Baker il-ġurnata kollha. U allegat li kienet rat twieqi differenti li bdew jinfetħu u jingħalqu l-ħin kollu. Dak ir-rakkont potenzjalment sopranaturali hu ħafna eħfef meta mqabbel mal-ispirtu li għadu allegatament jgħix f ’dik li kienet il-kċina ta’ Baker. Fit-tours li jsiru fil-post, in-nisa sabu lilhom infushom iħossuhom pjuttost skomdi hekk kif jidħlu f ’dan l-ispazju. Oħrajn semgħu leħen irqiq femminili – li wissiehom biex jitilqu ’l bogħod minn hemm. Iżda l-ħsieb għal-Lukanda Baker, li kien fiha 14-il sular, mhux li tibqa’ marbuta mal-passat tagħha, jew li fiha jgħammru l-fantażmi. Filfatt, sal-aħħar ta’ din is-sena 2022, il-proprjetà għandha tkun restawrata għall-glorja oriġinali tagħha, grazzi għal tim ta’ żvilupp li ra l-potenzjal ta’ dan il-bini turistiku, li darba kien ultra lussuż. Allegatament, il-lukanda Baker se żżomm l-istil kolonjali Spanjol tagħha u ħafna mill-karatteristiċi affaxxinanti li kellha.
20
10.04.2022
IL-ĦAJJA VIVAĊI TA’ OPRAH Kitba ta’ CLIFFORD GALEA President tar-Reġjun Tramuntana
Illum ħsibt li ngħaddilkom tagħrif differenti minn tassoltu. Spiss nikteb dwar l-istorja, l-arti u l-kultura li huma wisq għal qalbi. Imma kelli suġġeriment minn qarrej regolari; Michael Saliba li nsellimlu u ssuġġerixxa li nagħti ftit tagħrif dwar artista kbira u maħbuba minn bosta. Oprah Gail Winfrey twieldet lil Vernita Lee u Vernon Winfrey f’razzett iżolat f’Kosciusko, Mississippi, fid-29 ta’ Jannar 1954. Isimha suppost kien Orpah, mill-Bibbja, iżda minħabba d-diffikultà tal-ortografija u l-pronunzja, kienet imsemmiha bħala Oprah kważi mit-twelid. Il-ġenituri mhux miżżewġin ta’ Winfrey isseparaw ftit wara li twieldet u ħallewha taħt il-kura tan-nanna materna tagħha fir-razzett. Meta kienet żgħira, Winfrey kienet tieħu pjaċir billi “taparsi tippreżenta” quddi-
em “udjenza” ta’ annimali tarrazzett. Taħt il-gwida stretta tan-nanna tagħha, tgħallmet taqra ta’ sentejn u nofs. Hija indirizzat lill-kongregazzjoni tal-knisja tagħha dwar “meta Ġesù qam f’Jum il-Għid” meta kellha biss sentejn. Imbagħad, Winfrey qabżet il-kindergarten wara li kitbet nota lill-għalliem tagħha fl-ewwel jum tal-iskola qalet li kienet tappartjeni għall-ewwel grad. Hija ġiet promossa għat-tielet grad wara dik is-sena. Ta’ sitt snin Winfrey ntbagħtet lejn it-tramuntana biex tingħaqad ma’ ommha u maż-żewġ ħutha f’ghetto ta’ Milwaukee, lokal estremament fqir u perikoluż. Ta’ 12-il sena ntbagħtet tgħix ma’ missierha f’Nashville, Tennessee. Waqt li kienet tħossha sigura u ferħana, għal perjodu qasir bdiet tagħmel diskorsi f’laqgħat soċjali u fi knejjes, u darba waħda qalgħet 500
dollaru għal diskors. Dakinhar kienet taf li riedet “titħallas biex titkellem”. Winfrey, għal darb’oħra, issejħet lura minn ommha, u kellha tħalli s-sigurtà tad-dar ta’ missierha. L-istil ta’ ħajja
fqira u urbana kellu l-effett negattiv tiegħu fuq Winfrey bħala żagħżugħa, u l-problemi tagħha kienu aggravati minn abbuż sesswali ripetut, li beda mill-età ta’ disa’ snin, minn irġiel li nies fil-familja tagħha
kienu jafdaw. Ommha kienet taħdem ġurnata iva u ġurnata le, u ma kellhiex ħafna ħin għas-superviżjoni tagħha. Wara snin ta’ mġiba ħażina, omm Winfrey bagħtitha lura għand missierha f’Nashville.
L-istil ta’ ħajja fqira u urbana kellu l-effett negattiv tiegħu fuq Winfrey bħala żagħżugħa, u l-problemi tagħha kienu aggravati minn abbuż sesswali ripetut, li beda mill-età ta’ disa’ snin, minn irġiel li nies fil-familja tagħha kienu jafdaw
21
10.04.2022
WINFREY Il-popolarità tal-ispettaklu ta’ Winfrey żdiedet ’il fuq wara s-suċċess ta’ The Color Purple, u f’Settembru tal-1985 id-distributur King World xtara d-drittijiet biex jitqassam programm televiżiv sabiex jixxandar il-programm f’138 belt, rekord għall-airing għall-ewwel darba. Dik is-sena, għalkemm Donahue kienet qed tixxandar fuq 200 stazzjon, Winfrey rebħet is-slot tal-ħin tagħha b’31%, ġibdet darbtejn l-udjenza ta’ Chicago, u ġarret l-aqwa 10 swieq fl-Istati Uniti
Punt ta’ bidla Winfrey qalet li missierha salvalha ħajjitha. Kien strett ħafna magħha u pprovdielha gwida, struttura, regoli u kotba biex tistudja. Huwa talab lil bintu biex tlesti rapporti ta’ kotba ta’ kull ġimgħa, u kienet saħansitra spiċċat mingħajr pranzu sakemm tgħallmet ħames kelmiet ġodda mill-vokabularju fuq bażi ta’ kuljum. Winfrey saret studenta eċċellenti, u pparteċipat ukoll fil-klabb tad-drama, ilklabb tad-dibattitu, u l-kunsill tal-istudenti. F’konkors ta’ taħdit ta’ Elks Club, hija rebħet borża ta’ studju sħiħa għall-Università tal-Istat ta’ Tennessee. Is-sena ta’ wara kienet mistiedna għal Konferenza tal-White House dwar iż-żgħażagħ. Winfrey ġiet inkurunata Miss Fire Prevention minn WVOL, stazzjon
tar-radju lokali ta’ Nashville, u ġiet imqabbda mill-istazzjon biex taqra l-aħbarijiet ta’ wara nofsinhar. Winfrey saret Miss Black Nashville u Miss Tennessee matul is-sena tagħha f’ennessee State. L-affiljat tas-Sistema tax-Xandir ta’ Nashville Columbia (CBS) offrietilha impjieg; Winfrey irrifjutat darbtejn, iżda fl-aħħar ħadet il-parir ta’ għalliema (coach tat-tv), li fakkarha li l-offerti ta’ xogħol mis-CBS kienu “ir-raġuni li n-nies imorru l-kulleġġ”. L-ispettaklu deher kull filgħaxija fuq WTVF-TV, u Winfrey kienet l-ewwel kowċ femminili Afrikan Amerikan ta’ Nashville li taqra l-aħbarijiet ta’ filgħaxija. Kellha 19il sena u kienet għadha filkulleġġ.
WJZ-TV f’Baltimore, Maryland, kienet ippjanatha biex tagħmel l-aġġornamenti tal-aħbarijiet lokali, imsejħa ‘cut-ins’, matul Good Morning, fl-Amerka, u ftit wara ġiet imċaqalqa għat-talk show ta’ filgħodu Baltimore Is Talking mal-co-host Richard Sher. Wara seba’ snin fl-ispettaklu, il-maniġer ġenerali ta’ WLSTV, l-affiljat ta’ Chicago ta’ American Broadcasting Company (ABC), rat lil Winfrey f’tejp ta’ audition mibgħut mill-produttur tagħha, Debra DiMaio. Dak iż-żmien il-klassifikazzjonijiet tagħha f’Baltimore kienu aħjar minn Phil Donahue, ospitanti nazzjonali ta’ talk-show, u hi u DiMaio ġew mikrija. Winfrey marret toqgħod Chicago, Illinois, f’Jannar 1984 u ħadet f’idejha l-A.M. Karriera professjonali Chicago, talk show filgħodu li kien spiss jiġi fl-aħħar Wara li Winfrey iggradwat, fil-klassifikazzjonijiet. Bid-
dlet l-enfasi tal-ispettaklu minn kwistjonijiet tradizzjonali tan-nisa għal suġġetti kurrenti u kontroversjali diskutibbli. Tliet xhur wara kienet marret ’il quddiem. F’Settembru tal-1985 il-programm, imsejjaħ Oprah Winfrey Show, ġie estiż għal siegħa. Fl-1985 Quincy Jones (1933– ) rat lil Winfrey fuq it-televixin u ħasbet li se tkun attriċi tajba f’film li kienet qed tipproduċi flimkien mad-Direttur Steven Spielberg (1946–). Il-film kien ibbażat fuq ir-rumanz ta’ Alice Walker (1944–) The Color Purple. L-unika esperjenza bħala attriċi sa dak iż-żmien kienet fi spettaklu ta’ mara waħda, The History of Black Women Through Drama and Song, li hija interpretat waqt festival tat-teatru Afrikan Amerikan fl-1978. Popolarità ta’ Oprah
Il-popolarità tal-ispettaklu ta’ Winfrey żdiedet ’il fuq wara s-suċċess ta’ The Color Purple, u f’Settembru tal-1985 id-distributur King World xtara d-drittijiet biex jitqassam programm televiżiv sabiex jixxandar il-programm f’130 belt, rekord għall-airing għall-ewwel darba. Dik is-sena, għalkemm Donahue kienet qed tixxandar fuq 200 stazzjon, Winfrey rebħet is-slot tal-ħin tagħha b’31%, ġibdet darbtejn l-udjenza ta’ Chicago, u ġarret l-aqwa 10 swieq fl-Istati Uniti. Fl-1986 Winfrey rċeviet premju speċjali mill-Akkademja ta’ Chicago għall-Arti għall-kontribuzzjonijiet uniċi lill-komunità artistika tal-belt u ngħatat l-isem ta’ Woman of Achievement mill-Organizzazzjoni Nazzjonali tan-Nisa. L-Oprah Winfrey Show rebħet diversi Emmys għall-aħjar Talk Show, u ġiet onorata bħala l-aqwa Talk Show Host.
22
10.04.2022
VALERIA SULTANA: BDIET TIKTEB U TKANTA WARA LI ESPERJENZAT IL-VJOLENZA DOMESTIKA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Fil-ħajja kultant ngħaddu minn esperjenzi li ma nkunu rridu lil ħadd jgħaddi minnhom. Iżda kif jgħidu, il-ħajja mhux dejjem wara u żahar. Riċentement sirt naf b’mudella li dan l-aħħar bdiet tikteb u tkanta kanzunetti tagħha stess, wara li esperjenzat il-vjolenza domestika f’relazzjoni li kellha. Qed nirreferi għal Valeria Sultana. Għandha 27 sena, minn Ħal Kirkop, imma toqgħod Ħal Tarxien u taħdem mad-detention service bħala uffiċjal. Il-passatempi tagħha huma li tikteb id-diski, tkanta, u sa ftit ilu kienet timmudella wkoll, tħobb toħroġ mal-ħbieb tgawdi u tapprezza l-ħajja, tħobb ħafna r-ritratti u kemm-il darba meta jkollha ħin liberu tħobb tieħu xi photoshoots għax joffrulha ħafna fotografi bħala reklam lilhom infushom. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna determinata ħafna, b’karattru b’saħħtu ħafna u ferriħija, li tkompli ma’ kulħadd u tapprezza lil ta’ madwarha u lil persuni li dejjem kienu hemm għaliha. L-iktar difett tagħha hu li hija perfezzjonista żżejjed u tkun trid kollox bl-eżatt u fil-ħajja xejn mhu eżatt. Fix-xena tal-mużika, magħrufa aħjar bħala Marie Valerie. Ridt inkun naf proprju minn fejn nibet dan l-istage name tagħha. Stqarret miegħi li użat l-isem ta’ oħtha li kienet mietet u li kien jisimha Maria Sultana. “Semmejtu għal oħti għax naf kemm hija għażiża għalija u għall-familja kollha tiegħi. Din hija l-anġlu tagħna li qed tħarisna mis-sema u naf li kull fejn immur dejjem tħarisni, kemm lili kif ukoll lill-familja tiegħi, allura xtaqt li l-istage name tiegħi nieħu isimha għall-memorja tagħha”. Riċentement, proprju fit28 Frar 2022, Valeria ħarġet kanzunetta Had Enough. Kitbitha hija stess ukoll. Filfatt l-ispirazzjoni tal-kitba u l-kant kollha ġabithom minn esperjenza qarsa li ġratilha matul ħajjitha. Ħallejt f’idejha sabiex tirrakkonta eżatt
x’ġara. L-imħabba ma tinxtarax b’affarijiet materjali “Fil-passat tiegħi kont ħabbejt persuna żbaljata f’ħajti. Id-diska hija fuq li jekk int tħobbni vera, ma taqlibilix, imbagħad wara tipprova tixtrini bl-affarijiet materjali. Dik mhix imħabba. Il-vera mħabba f’relazzjoni hi li dejjem tirrispetta lill-partner, li jkollok fiduċja f’xulxin u li tirrispetta l-valuri u d-dinjità tal-partner - dik hija imħabba. Fid-diska pruvajt noħroġ il-fatt li jekk int żbaljajt miegħi u weġġajtni ħafna, inutli ser tipprova tixtrini b’affarijiet materjali. Dawk ma jiswew xejn u l-messaġġ li xtaqt nagħti lin-nies huwa li jekk għaddejjin mill-istess esperjenza ma jħallu lil ħadd jużawhom u dejjem iżommu l-valuri, il-prinċipji u d-dinjità tagħhom u jekk bniedem ma jirrispettakx tħallihx jixtrik b’affarijiet materjali għax dik mhix imħabba,” saħqet Valeria. Ta’ min jgħid li fuq il-melodija ta’ din il-kanzunetta ħadmet ma’ Kevin Paul Calleja, filwaqt li mużika u produzzjoni ma’ Cyprian Cassar. Il-ġbid tal-video ħadmitu ma’ BLEND, make-up artist Priscilla Edwards, fotografu Robert De Carlo, Hotel Lulu Boutique filwaqt li l-attur ta’ magħha kien Karl Bonnici u l-mudelli li użat tal-aġenzija Malta Models kienu Kim Vassallo, Rachel Vassallo, Leanne Fenech u Marie Caruana. “Nista’ ngħid li kelli tim ta’ għajnuna kbira u kollha ħadmu b’mod professjonali wkoll u l-lukanda li ħdimna fiha kienet vera lussuża u l-istaff laqgħuna. Nixtieq nirringrazzja lil kulħadd”. Valeria riedet tiffoka fuq xi ħaġa ġdida f’ħajjitha, u qabel ma bdiet tiffoka fuq il-kant, hija kienet timmudella. Filfatt infurmatni li bdiet timmudella minn mindu kellha sitt snin. “Irbaħt diversi titli f’Malta u l-għalliema tiegħi tal-immudellar kienu Alexander John Psaila u Sue
Rossi. Wara li rbaħt diversi kompetizzjonijiet f’Malta, iddeċidejt li nidħol f’kompetizzjoni Malta li jekk tirbaħ tmur barra u dħalt u rbaħt Miss Freedom of Malta 2019 u tlajt nirrappreżenta lil Malta fil-Kosovo f’Miss Freedom of The World 2019. Hemm irbaħt titlu wkoll meta kkompetejt barra bil-kostum Malti u rbaħt Miss Freedom of the World Best National Dress 2019”. Valeria tistqarr li qed tikteb il-lirika tal-kanzunetti tagħha stess, sabiex tkun ta’ ispirazzjoni għal individwi oħra li jistgħu jkunu għaddejjin minn esperjenzi qarsa f’ħajjithom. Bħala persuna li esperjenzat il-vjolenza domestika waqt relazzjoni, staqsejtha kif saret tħares lejn il-ħajja llum il-ġurnata. “Għalkemm
għaddejt minn vjolenza domestika, xorta bqajt inħares lejn il-ħajja b’mod pożittiv u l-passat tiegħi, minn xiex għaddejt jien, għamilni iktar persuna b’saħħitha u bqajt nimxi ’l quddiem u ma ħallejtx l-individwu jkissirni, anzi għamilni b’saħħti iktar bħala persuna u bis-saħħa tal-passat tiegħi qbadt nikteb u nkanta l-esperjenzi ta’ ħajti. Nixtieq ngħaddi messaġġ li jekk hawn xi persuni li għaddejjin mill-istess ħaġa, tibqgħux f’relazzjoni fejn issir il-vjolenza, għax min jerfa’ idu darba jerġa’ jagħmilha. Dak huwa vizzju, sibu l- kuraġġ u toqogħdux f’relazzjoni hekk għax tkissirkom u ħadd ma jistħoqlu hekk”. B’kollox, Valeria ilha tkanta u tikteb mis-sena 2020 u s’issa ħarġet tliet kanzunet-
ti - Let me live my life (2020) kitba tagħha stess u melodija u produzzjoni ta’ Cyprian Cassar. We will Never Be (2021) kitba tagħha u melodija u produzzjoni ta’ Cyprian Cassar u l-aħħar diska Had Enough. “Inkanta wkoll cover versions ta’ artisti barranin biex nitħarreġ fuqhom dejjem qabel noħroġ l-oriġinali. Il-kant u l-kitba saru ħajti, mingħajrhom ma noqgħodx u ovvjament iktar kemm jgħaddi ż-żmien, iktar u iktar qed niffoka fuqhom għax saru biċċa minni issa”. Għal Valeria li tkun artista u tikteb il-lirika u tkanta kanzunetti tagħha stess hija xi ħaġa ferma sabiħ li ma tistax tiddeskriviha. “Tagħmilni kuntenta ħafna għax fiha qed naqsam l-emozzjonijiet tal-esperjenzi tiegħi mal-pub-
08.11.2020 10.04.2022
23
SKEDA ONE 12:30 12:35 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25 17:30 18:30
ONE News Liquorish Step Up Kalamita ONE News Popcorn PrimeTime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza
19:20 19:30 20:10 20:35 22:20 22:50 23:30
ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Liquorish Popcorn Music Legends ONE News
06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Ħabrikt 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Telebejgħ 09:05 PrimeTime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso
12:30 12:35 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25 16:55 17:30
ONE News Liquorish Step Up Kalamita ONE News What’s Cooking PrimeTime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak Li Jgħodd
18:30 19:18 19:30 20:10 20:35 21:10 22:15 22:45 23:30 23:50
Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Reboot Flip the Venue Il-Willy The Local Traveller ONE News Liquorish
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00
12:30 12:35 12:45 13:00 15:30 15:35 16:05 16:28 17:15 18:00
ONE News Liquorish Step Up Kalamita ONE News Żona Sport PrimeTime Preview Pink Panther Mqades l-Istorja What’s Cooking
18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:10 22:30 23:30 23:45
Pjazza 13-04 ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime The Local Traveller Cash Ride Flip the Venue ONE News Liquorish
06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:33 Telebejgħ 09:00 Magdalena: Meħlusa mill-Mistħija 10:00 Espresso
12:30 12:35 12:45 13:00 15:30 15:40 16:05 16:25 17:00 18:15
ONE News Liquorish Step Up Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta PrimeTime Preview Popcorn Mhux Kemm Taf Quddiesa: Ħamis
19:20 19:30 20:10 20:30 21:25 21:25 23:30
ix-Xirka ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime 7 Visti Kariot Ġimgħa Mqaddsa ONE News
06:30 06:45 07:00 10:00 12:30
12:35 15:00 16:30 19:30 20:10
21:00 Maratona Puttinu Funzjoni Ħal Qormi 00:00 Purċissjoni Ħal Qormi ONE News Gospel - Music Legends
06:30 ONE News 06:45 Music Legends - Gospel 07:20 Ġimgħa Mqaddsa 08:30 Better Living 09:35 Ġesù: Il-Film għat-Tfal 10:45 Int fejn sejjer?
12:30 12:35 15:30 15:35 16:30 17:30
Musical San Franġisk ONE News Il-Maħfra ONE News Liquorish Omnibus Flimkien ma’ Nancy Sabiħa l-Ħajja
18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:30
Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News
06:30 06:45 07:15 07:40 08:00 09:00 12:00 12:30
12:40 13:15 15:30 15:35 16:30 17:05 18:15 19:25
Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa Music Legends Mqades l-Istorja Eko Djar One Sport & Temp
19:30 20:10
ONE News 17-04 Ieqaf 20 Minuta Willy Kunċert Ħal Luqa ONE News
TLIETA 12-04
bliku u l-ikbar sodisfazzjon hu li bihom peress li nikteb fuq esperjenzi nista’ nkun ta’ għajnuna għal diversi persuni li jkun qed jgħaddu mill-istess esperjenzi tiegħi jew agħar”. Fil-ħajja xejn mhuwa faċli u l-bidu dejjem ser ikun iebes Staqsejtha hijiex biħsiebha tidħol għal xi konkorsi tal-mużika, jew hijiex qed tiffoka biss fuq rekordjar ta’ singles. “Jien ma nirrifjuta xejn u qatt ma tista’ tgħid le u l-opportunitajiet meta jiġu nistudjahom sew u jekk ikun għall-ġid tal-karriera tiegħi naċċettahom. Bħala singles ser nibqa’ noħroġ u ’l qudiem anke albums ser noħroġ,” sostniet miegħi. Magħha ddiskutejt dwar il-fatt jekk hux faċli li toħroġ kanzunetta f’pajjiżna u kemm issib għajnuna f’dan ir-rigward. Fil-fatt, stqarret miegħi li fil-ħajja xejn mhuwa faċli u l-bidu dejjem ser ikun iebes, imma temmen f’ħaġa li jekk tkun determinata u taħdem għal għan tajjeb, fil-ħajja dejjem tasal. “Trid tgħin ruħek biex Alla jgħinek. Jien nitkellem fuqi sibt ħafna għajnuna minn nies li jaħdmu f’dan il-qasam u l-ewwel bniedem li nixtieq nirringrazzja huwa l-producer tiegħi li għamel ħafna miegħi. Hu kien l-eww-
el wieħed li ħeġġiġni biex dak li ktibt inkantah u emmen fija meta jien kont għadni lanqas biss naf inkanta u minn hawn nixtieq nirringrazzjah ta’ kemm għamel miegħi. Ma nistax ninsa wkoll lill-coach tiegħi Maria Luana li dejjem emmnet fija, anke meta jien ma kontx tajba fil-kant dejjem emmnet li bid-determinazzjoni tiegħi nasal u ta’ dan nixtieq nirringrazzjaha minn qalbi. Ma nistax ninsa lill-familja tiegħi u lil sħabi talli dejjem kienu ta’ sapport kbir f’ħajti. Kieku mhux għal dawn in-nies ma wasaltx fejn ninsab illum il-ġurnata u baqagħli x’naħdem għax fil-ħajja dejjem titgħallem. Nixtieq ngħid ukoll grazzi minn qalbi lill-pubbliku kollu li jsegwini u li jagħtini s-sapport”. Ma’ Valeria tkellimt dwar ilfatt kif mill-immudellar, imxiet għall-kant. “It-tnejn huma esperjenzi differenti u li kieku ma kienx għall-immudellar ma kontx nasal għall-kant. Xorta nemmen li l-kant u l-kitba huma iktar marbutin ma’ qalbi u rrid nibqa’ navvanza fihom”. Dawk il-qarrejja li jixtiequ li jsewgu lil Valeria Sultana jew aħjar Marie Valerie, jistgħu jsegwuha fuq YouTube https:// youtube.com/channel/UCKJAnzdAnW-X_-DJWsldVfA
TNEJN 11-04
ONE News Liquorish Niftakru ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta Espresso
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:30 09:05 09:30 10:00
ONE News Liquorish Popcorn ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta Espresso
ĦAMIS 14-04
SIBT 16-04
ONE News Liquorish Providenza Maratona Puttinu ONE News
ERBGĦA
Maratona Puttinu ONE News
ĠIMGĦA 15-04
ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Quddiesa tal-Jum L-Irxoxt - Hal Qormi Urbi Et Orbi ONE News
20:35 21:15 23:30
ĦADD
24
10.04.2022
reċensjoni tal-ktieb
IĊ-ĊIMITERJU TAL-IMGĦALLQIN IT-TIENI VOLUM Addattat minn Charles B. Spiteri Iċ-Ċimiterju tal-Imgħallqin mill-pinna ta’ Giuseppe Cumbo huwa rumanz mill-isbaħ li fih l-intriċċi, l-inganni, l-imħabba u l-vendetti ma jonqsux. Iħallik fuq ix-xwiek mill-bidu sal-aħħar u jitilfek f’dinja oħra ta’ Markiżi, palazzi u Malta tal-antik. Hi sfaret u għajnejha dehru jleqqu. ‘Misħut!’ qalet bejnha u bejn ruħha. Is-Sur Borg ma tilifx ċaqliqa waħda biss minn tagħha. Hu ġarrab fih innifsu ferħ bla tarf xħin raha quddiemu hekk safra u beżgħana. “Oqgħod attenta,” reġa’ qalilha hu t’ton qalil, “għax int taf biżżejjed li ma nerġa’ lura minn ebda ostaklu li nsib quddiemi! Jekk niltaqa’ ma’ xi wieħed quddiemi, matul it-triq tiegħi, jien inbattih! Sinjura, la tfixkilnix, għax xejn ma jimpedini biex nasal fl-iskop tiegħi!” “Theddidni!” qaltlu hi b’ton ta’ disprezz profond. “Ħsibt li b’hekk se tbeżżagħni? Iżda jien ma nibżax minnek, Sinjur! Iva, jien inkun ta’ ostaklu bejnek u bejn binti u naħliflek li int ma tagħmel xejn!” “Tisfidanix,” kompla hu b’leħen fgat, “għax jien ma nerġa’ lura qatt! Dawk l-ittri li għadni kemm semmejtlek u li jxandru ħwejjeġ strambi; dawk l-ittri jivvendikaw lill-bniedem li int trid tikkumbatti!” “Miżerabbli!” għajtet Adele.
Mistoqsija: X’kien fihom l-ittri li bdiet issemmi Adele? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IĊ-ĊIMITERJU TAL-IMGĦALLQIN - IT-TIENI VOLUM. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 17 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IL-ĦALFA TAD-DESTIN hija:
P. FALZON - GUDJA
01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Fi Frar li għadda kemm kien hemm persuni li qegħdin jirreġistraw għal impjieg?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
Rebbieħ: N. CASSAR - FURJANA
25
10.04.2022
“THE DEATH HOUSE LANDLADY” Dorothea Puente kellha dehra ta’ “nanna ħelwa” IT-TIENI PARTI Wara li skontat tliet snin mis-sentenza ta’ ħames snin ħabs, Puente nħelset u Gillmouth mar jiġborha bil-karozza tiegħu, li kienet tal-għamla Ford pickup ta’ lewn aħmar. Il-ħbiberija ta’ bejniethom malajr inbidlet għal relazzjoni intima u bdew minnufih il-preparamenti taż-żwieġ. F’Novembru tal-1985, Puente qabbdet lil Ismael Florez jaħdmilha fid-dar u tatu l-karozza ta’ Gillmouth bħala ħlas għax qalet li ma kellux bżonnha u li ma kienx jgħix hemm. Florez ħadmilha wkoll kaxxa ta’ sitt piedi biex titfa’ ‘kotba u affarijiet oħrajn’ fiha. Wara li ħadimhielha, Puente melietha u qalet lil Florez biex jgħinha teħodha f’post tar-rimi. Florez aċċetta u marru qrib xmara f’Sutter County biex jarmu l-kaxxa. Fl-1 ta’ Jannar tal-1986, sajjied ra l-kaxxa, li fil-verità kellha forma ta’ tebut, u ċempel lill-pulizija. Kif fetħuha, il-pulizija sabu katavru ta’ raġel xiħ fi stat ta’ dekompożizzjoni. Il-katavru dam tliet snin biex ġie identifikat u dan ma kien ħadd ħlief Gillmouth. Sakemm ġie identifikat, Puente baqgħet tiġbor il-pensjoni tiegħu u baqgħet tibgħat ittri lill-qraba tiegħu fejn qaltilhom li kien marid u li b’hekk qata’ ftit mill-kuntatt. Puente baqgħet ukoll tilqa’ iktar nies fid-dar u kienet magħrufa sew mal-ħaddiema soċjali għax kienet taċċetta ‘każijiet diffiċli’ bħal persuni li jabbużaw mid-droga u persuni vjolenti. Hi kienet tara l-ittri li jirċievu qabilhom, tagħtihom xi ħaġa żgħira tal-flus u l-bqija kienet iżżommhom ‘għall-ispejjeż.’ L-uffiċjali tal-qorti żaru lil Puente minn tal-inqas 15-il darba u, minkejja li kienet ordnata ma tersaqx lejn nies anzjani u biex ma tmissx ċekkijiet governattivi, huma ma raw xejn ħażin fid-dar. Kienu l-ġirien li bdew jissuspettaw li xi ħaġa ma kinitx f’postha hekk kif bdew jinnotaw raġel iħaffer fil-kantina tad-dar u dan beda jġorr ħamrija u imbarazz ieħor b’karrettun. Ir-raġel, li kien imsejjaħ bħala ‘Chief,’ poġġa biċċa blata biex għatta l-art tal-kantina u għamel l-istess fil-bitħa ta’ wara. Ftit wara li tlestew dawn ix-xogħlijiet, ‘Chief’ għosfor. Fil-11 ta’ Novembru tal-1988, il-pulizija marru jkellmu lil Puente wara li ħaddiema tas-sigurtà soċjali rrappurtat lil Alvaro Montoya bħala persuna nieqsa. Il-ħaddiema qalet lill-pulizija li Montoya kien jgħix ma’ Puente u li meta kienet tistaqsi għalih, Puente kienet dejjem issibilha skuża u l-aħħar gidba kienet li mar jgħix ma’ qraba tiegħu fil-Messiku. L-uffiċjali tal-pulizija bdew iduru fil-proprjetà ta’ Puente u nnotaw li l-ħamrija kienet intmesset. Kien għalhekk li
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Dorothea Puente waqt il-ġuri
Alvaro Bert Montoya
Dorothy Miller
staqsew lil Puente jekk jistgħux iħaffru u din aċċettat. Hekk kif bdew iħaffru, huma skoprew il-katavru ta’ waħda mill-kerrejja, Leona Carpenter, li kellha 78 sena. Il-pulizija sejħu għal iktar għajnuna u komplew iħaffru sakemm b’kollox sabu seba’ katavri. Meta kienet mistoqsija dwarhom, hi qalet li ma kinitx taf bihom u peress li kienet għadha mhix is-suspettata ewlenija f’dawn is-sejbiet, l-uffiċjali tal-pulizija ħallewha tmur tixtri ftit kafè. Puente marret tixtri iżda wara ħarbet lejn Los Angeles. Kien għalhekk li l-pulizija ħarġu mandat ta’ arrest speċjalment minħabba l-fatt li l-vittmi kienu kollha kerrejja tagħha. Waqt l-investigazzjoni sar magħruf li Puente kienet l-ewwel tiddroga lill-vittmi, wara kienet tgebbibhom fil-lożor u l-plastik u fl-aħħar kienet tidfinhom fil-bitħa. Waqt li kienet Los Angeles, Puente pruvat tagħmel ħbieb ma’ pensjonant f’bar iżda dan għarafha u għarraf
lill-pulizija. Puente ġiet arrestata u Benjamin Fink l-ġuri tagħha beda f’Ottubru tal-1992. Hi ġiet akkużata b’disa’ omiċidji iżda nstabet ħatja ta’ tlieta biss – bil-qtil tal-ewwel grad ta’ Dorothy Miller u Benjamin Fink, u bil-qtil tat-tieni grad ta’ Leona Carpenter. Meta ġiet mistoqsija fuq il-vittmi, Puente qalet li dawk kienu mietu b’kawża naturali u b’hekk difnithom fid-dar. Minkejja li baqgħet tgħid li kienet innoċenti, Puente weħlet għomor il-ħabs mingħajr il-possibbiltà li tinħeles qabel iżżmien. Il-vittmi kienu: l-aħħar għarus li kellha, Everson Gillmouth ta’ 77 sena, Ruth Munroe ta’ 61 sena, Leona Carpenter ta’ 78 sena, Alvaro “Bert/Alber- Vera Faye Martin to” Montoya ta’ 51 sena, Dorothy Miller ta’ 64 sena, Benjamin Fink ta’ 55 sena, James Gallop ta’ 62 sena, Vera Faye Martin ta’ 64 sena u Betty Palmer ta’ 78 sena. Dorothea Puente mietet fil-ħabs tas-Central Women’s Facility f’Chowcilla f’Kalifornja fl-età ta’ 82 sena.
James Gallop
Betty Palmer
TMIEM
26
10.04.2022
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
10.04.2022
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 428
K. GRIXTI - SAN ĠWANN
Bi 3 NUMRI 008 078 151 174 203 302 313 347 365 376 405 752 764 878
945 992 B’4 NUMRI 0010 0461 1670 2571 2580 2751 2856 3334 3418 3852 4575
5057 6818 7048 7297 7988 8045 8130 8457 8813 8831 8874 9213 9516
B’5 NUMRI 01642 10584 11516 11749 19086 21073 22910 27665 34260 35956 36661 39152 40311 41101
43318 47175 48312 48689 51944 60095 61339 62008 65481 70780 71043 79126 79529 84634 87323
91868 B’6 NUMRI 038272 056251 087590 192211 347726 408849 615578 671820 701831 831010 839885 884411
MIMDUDIN: 7,9. 1. Kompli l-qawl: 9. Għad illi marru 10. l-ħwietem (ċrieket) baqgħu 12. s-............. (5) 16. 4. Ma baqax qasir (4) 18.
Żibel (5) Ara 7 19,17. Jintuża biex 20. jgħin fil-mixi (6) 21. ........ Southgate (6) Di Janeiro (3) 23. L-aħħar tnejn 24.
WEQFIN: 8. 1. Raħal (6) 2,15. Mimlija silġ (9) 11. 3,20. Materjal li l-użu 12,22. tiegħu pprojbit (8) 5.11. Radam (5) 6, 21W. Mibegħda? (6) 13.
Jintramaw wara ż-żwiemel (9) Ara 5 Taffettwa s-saba’ l-kbir tas-saqajn (5) Il-parti ta’ fuq
14. 15. 17. 21. 22.
tal-fatat (2) Kunjom 6) Ara 3 Żaren Oliva Tellus (1.1.1) 12 Iniżżel il-baħar (5) tal-ġisem (3) Purtiera (6) Ara 2 Ara 19 Ara 6 Ara 12 wieqfa
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Kilwa, 4.Ward, 7,23.Tpatti, 9.Eċċ, 10.Tevadi, 12.Tapiti, 16.Tia, 18,19. Aktar, 20.Aroma, 21.Tap, 24.Żball
WEQFIN: 1.Kielet, 2,17.Luċija, 3.Att, 5,11.Arana, 6,21W. Dritta, 8.Perikoluż, 12,22. Tapit, 13.Par, 14.Italja, 15.Fradal
28
10.04.2022
MILL-ESPERJENZA PAPALI Editorjal
Wara li nhar l-Erbgħa li għadda l-Papa tkellem mill-esperjenza personali f’Malta u f’Għawdex u kellu biss tifħir u gratitudni għall-awtoritajiet lokali, l-antagonisti tas-soltu “ħarbitilhom” l-aħbar
Ħadd ma jista’ jiċħad li ż-żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Fran ġisku f’pajjiżna ġimgħa ilu kienet waħda ta’ suċċess kbir, kemm għalih kif ukoll għal pajjiżna. Mill-għadd kbir ta’ pajjiżi li żar u li fihom kullimkien ġie milqugħ b’rispett u mħabba, jidher, iżda, li mkien daqs f’Malta u f’Għawdex ma kien daq l-entużjażmu u l-qima li ngħata u li tixraq lil kull suċċessur ta’ Pietru. Dawn il-veritajiet anke għa rafhom u esprimiehom il-Papa nnifsu meta nhar l-Erbgħa li għadda ddedika l-parti kbira ta’ diskorsu biex jaqsam l-esperjenzi spiritwali u umani tiegħu f’dan il-pajjiż ċkejken, li ddeskrivieh bħala “l-qalb tal-Mediterran”. Fl-udjenza ġenerali tiegħu fis-Sala Nervi tal-Vatikan, il-Papa rrakkonta b’passjoni din l-esperjenza lill-eluf ta’ devoti preżenti u anke lill-miljuni ta’ telespettaturi, li kienu qed isegwu x-xandira diretta. Dawk li kontinwament iseg wu ħidmet il-Papa jisħqu li l-eloġju twil li l-Qdusija Tiegħu ddedika għall-vista Appostolika li kellu fostna ġimgħa ilu kien
bla preċedent. Minbarra l-ħin twil li ħa biex jaqsam ħsibijietu mad-dinja dwar Malta, kulħadd seta’ jinnota kemm il-Mexxej Nisrani kien għadu kommoss u impressjonat mhux biss bil-mod eċċezzjonali li l-poplu Malti u Għawdxi tah merbħa b’affezz joni kbira, iżda anke għall-qalb nobbli tagħna. Ikkonferma li, minkejja ċ-ċo kon u l-limitazzjonijiet, irnex xielna nibnu u niżviluppaw soċjetà ġusta, li għadha tgħożż bil-kbir u timxi fuq il-passi talaħbar it-tajba li mal-2,000 sena ilu nibbet fostna San Pawl. Il-Papa enfasizza li ried jiġi fostna, bħala Isqof ta’ Ruma u s-suċċessur ta’ Pietru, biex jivverifika dan b’għajnejh. Fl-udjenza ġenerali tal-Erbgħa kkonferma li ħareġ tassew sodisfatt u spiċċa laqqam lil artna bħala “pajjiż sħiħ li hu laboratorju talpaċi”. Għaraf li dan il-poplu tagħna jimxi fuq il-passi tan-Nazzare nu: li jxerred l-imħabba u l-paċi, u mhux il-mibegħda; li jinsisti biex ħadd ma jbati jew jibqa’ lura; li jgħin biex kulħadd iħossu inkluż, u mhux eskluż; li jig-
garantixxi li kulħadd ikollu dritt għall-kura, għall-edukazzjoni u ħajja diċenti b’dinjità mist ħoqqa. Il-Papa niseġ dawn il-kisbiet kollha tal-poplu Malti u Għawdxi f’diskorsu nhar l-Erb għa, waqt li faħħar lill-ogħla awtoritajiet lokali u lil ġensna inġenerali. Fl-istess ħin irrakkomanda l-eżempju Malti b’impenn sfiq favur il-paċi fi żmien li, fi kliemu, il-bnedmin donnhom ma jridux jitgħallmu jabbandunaw il-gwerer darba għal dejjem. Żgur ma nistgħux inħallu barra l-kliem sabiħ u dinjituż li l-Papa ddedika għal Dijonisju Mintoff, li rrefera għalih bħala l-Patri ta’ 91 sena li jagħti lezz joni lil kulħadd għall-mod kif jattwa l-Vanġelu ta’ Kristu b’ħidma u b’dedikazzjoni assoluta. L-emozzjoni tiegħu meta tkellem dwar Patri Mintoff u dak li qed iwettaq kienet evidenti. Hawnhekk il-Qdusija Tiegħu wkoll irrakkonta kemm ħassu ferħan u sodisfatt li żar il-La boratorju tal-Paċi f’Ħal Far fejn għannaq miegħu lil ħutna li ma setgħux ikomplu jgħixu f’arthom u kellhom jaffrontaw
il-mewt biex jibdew jgħixu flok jeżistu. Is-soliti antagonisti, li dejjem iridu jikkundannaw lill-Gvern Laburista anke għal tibniet li ma jeżistux, ippruvaw jagħmlu kapital minn kliem li uża l-Papa Franġisku waqt li kien fostna. Ġimgħa ilu mlew il-faċċati u żej nu l-aħbarijiet bl-ispin skaduta tagħhom wara li Franġisku tkellem, kif jagħmel dejjem kemm mit-tieqa tal-Palazz kif ukoll f’kull art li jżur, kontra l-korruzzjoni u l-inġustizzja u favur it-trasparenza. Qalu li dan kien messaġġ ċar għal Malta. L-Erbgħa li għadda, iżda, “ħarbitilhom” l-udjenza ġene rali mill-Vatikan. U r-raġuni hi sempliċi … erbat ijiem ilu l-Papa tkellem fuq dak li tassew ra b’għajnejh u mess b’idejh, imħabba u paċi. Wara l-esper jenza personali ta’ ġimgħa ilu, il-Papa kellu biss tifħir u grati tudni għall-President, għallPrim Ministru, għall-Gvern u għall-poplu kollu. L-antagonisti ħadu r-risposta minn Ruma. Kif kienu jgħidu dari, “tkellmet Ruma, il-kawża magħluqa” (“Roma locuta est, causa finita est”)!