IT-TNIĠĠIS FL-ARJA KIEN SE JITTRIPPLA BLA CENTRAL LINK Il-Ħadd, 29 ta’ Awwissu, 2021
Ħarġa Nru 1,468
Prezz €1
Rapport f’paġna 6
“OĦROĠNI TA’ NIES!” B’kunfidenza personali kien insista mal-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia biex ma jwaqqgħux għaċ-ċajt meta talbu jorganizzalu coffee morning fil-ballroom tal-Hilton lejlet l-Elezzjoni Ġenerali tal-2008 … jinqabad fil-gideb meta f’Novembru li għadda qal li żgur qatt ma ħa xejn mingħand Yorgen Fenech Jason Azzopardi kellu rabta mill-qrib u kunfidenza man-negozjant Yorgen Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, kif jixhed tagħrif ġdid f’idejn din il-gazzetta. Dan hu totalment bil-kontra ta’ dak li l-istess Eks Ministru Nazzjonalista kien ipprova jagħti x’jifhem fix-xhur li għaddew jew l-indikazzjoni li ta fl-aħħar jiem il-Partit Nazzjonalista waqt li ħareġ jiddefendi lil dan id-deputat tiegħu. L-istejjer, li feġġew fl-aħħar jiem, jirreferu għall-perjodu ta’ 13-il sena ilu u jduru ma’ pjaċiri li d-Deputat Nazzjonalista u avukat tal-familja Caruana Galizia kien talab direttament mingħand l-Eks Direttur Maniġerjali ta’ Tumas Group, li llum qed jistenna li jgħaddi ġuri akkużat li kkummissjona l-qtil makabru f’Ottubru tal-2017. Minn informazzjoni ġdida li għandha f’idejha l-KullĦadd, joħroġ li Azzopardi kien pjuttost frank, jekk mhux arroganti, f’messaġġ personali li bagħat lil Fenech biex jagħmillu l-pjaċir kbir bil-valur stmat li jlaħħaq eluf ta’ ewro. Tkompli f’paġna 4
QRIB REKORD IEĦOR TA’ TNAQQIS FIL-QGĦAD F’Lulju li għadda kien hemm 1,542 persuna jirreġis- skont tbassir preliminari. Storikament f’pajjiżna jirriżulta li, taħt it-tmexxija traw għax-xogħol, l-inqas numru ta’ persuni bla xogFil-fatt, hemm indikazzjonijiet tajbin ħafna li Aw- tal-Gvern ta’ Ġorġ Borg Olivier bejn l-aħħar tal-ħamħol li qatt ġie osservat fl-istorja ta’ pajjiżna. Il-minimu wissu mistenni jagħlaq b’inqas qgħad mix-xahar sinijiet u l-bidu tas-sebgħinijiet, l-inqas li qatt niżel ilpreċedenti kien dak irreġistrat f’Ġunju 2019, meta preċedenti u allura rekord ieħor miksub mill-ammin- qgħad kien fil-livell ta’ 3,270 persuna f’Mejju tal-1970. kien hemm 1,616-il persuna fuq ir-reġistru tal-qgħad. istrazzjoni Abela f’din il-ġlieda dejjiema. Il-Perit Dom Mintoff kien irnexxielu jikseb rekord aħDin hija kisba ekonomika ferm importanti jar meta f’Awwissu tal-1979 il-qgħad kien naqas għall-Gvern Malti, immexxi mill-Prim Ministru għal 2,930 persuna. Bil-maqlub, iż-Żona Ewro għadha Robert Abela, wara l-aħħar xhur ikkaratterizzati L-erba’ Prim Ministri ta’ wara, iżda, qatt ma tirreġistra miljun persuna bla xogħol iżjed mill-pandemija globali u fi żmien li qed jitfakkar rnexxielhom jippresiedu fuq tnaqqis fil-qgħad milli kien hemm qabel feġġet il-pandemija iċ-ċentinarju mit-twelid tal-Partit Laburista. inqas minn dak il-livell u kien biss f’DiċemMinkejja li għadna ħerġin minn pandemija u bru tal-2016 li r-rekord ta’ Mintoff inkiser għadd ta’ pajjiżi oħrajn fid-dinja baqgħu jirreġistraw Malta qed tistenna li tikseb dawn ir-riżultati avol- taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat, żidiet sinifikanti fil-qgħad, jirriżulta lil din il-gazzetta li ja ż-Żona Ewro, li nagħmlu parti minnha, għadha tir- b’popolazzjoni u forza tax-xogħol li kienu ferm akbar. dan ix-xahar, li wasalna biex intemmu pitgħada, ukoll reġistra miljun persuna qiegħda iżjed milli kien hemm mistenni jtejjeb fuq dan ir-rekord storiku nazzjonali, qabel feġġet il-pandemija. Tkompli f’paġna 3
02
29.08.2021
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 32°C L-Inqas Temperatura: 24°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja dgħajfa ta’ pressjoni għolja qed tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit imsaħħab bil-possibbiltà ta’ xi ħalbiet tax-xita Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Punent li jsir moderat mill-Majjistral Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 29°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
31°C UV 8
KUNTATT ĠENERALI
24°C
Il-Ħamis
32°C UV 8
25°C
Il-Ġimgħa
32°C UV 8
24°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
32°C
KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1 182
UV 8
24°C
31°C UV 5
23°C
31°C UV 8
24°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7, Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21225991 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 21232954 San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485 Chemimart Pharmacy . 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 Brown’s Chemists, Triq San Pawl, In-Naxxar – 21417652 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala – 27023322 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun – 21806009 Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra – 27551140 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
29.08.2021
L-EFFETTI TA’ MIŻURI POŻITTIVI Tkompli minn paġna 1 Sussegwentament l-għadd ta’ persuni qiegħda baqa’ jonqos b’mod kostanti sakemm intlaħaq minimu ta’ 1,616 f’Ġunju tal-2019. Wara dak ix-xahar, in-numru ta’ dawk jirreġistraw reġa’ beda jiżdied ftit ftit, tant li fi Frar 2020 kien ilaħħaq l-1,659 persuna. Kif mistenni, il-pandemija wass let għal daqqa ’l fuq fil-qgħad u sa Mejju tal-2020 dan kien laħaq tela’ għal 4,409 persuni jirreġistraw għax-xogħol. B’hekk morna lura għal kif konna fil-bidu tal-2016. Irid jiġi rrimarkat li f’dak il-perjodu tal-bidu tas-sena li għaddiet il-Gvern kien qed jingħata tbassir differenti, tant li kien hemm dawk li bassru li l-qgħad seta’ faċilment jitla’ għal-livell ta’ 50,000 persuna qiegħda, li hu livell astronomiku għal popolazzjoni żgħira bħal tagħna. Minflok, wara t-tħabbir tal-Pjan għar-Riġenerazzjoni Ekonomika ta’ €900 miljun fil-bidu ta’ Ġunju 2020, li inkluda fost oħrajn l-akbar għajnuna lin-negozji u lill-industriji biex ikunu jistgħu jsostnu l-pagi tal-ħaddiema meta ma kellhom l-ebda tip ta’ dħul finanzjarju, ilqgħad qabad it-triq tan-niżla biex issa għandna l-inqas numru fl-istorja ta’ nies ifittxu impjieg. Fl-aħħar leġiżlatura Nazzjonalista, dik bejn l-2008 u l-2013, il-politika ta’ awsterità adottata mill-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi kienet wasslet biex xokk ekonomiku, li kien ferm inqas qawwi minn dak tal-pandemija, tella’ l-qgħad minn 5,861 f’Ġunju tal-2008 għal xejn inqas minn 7,900 fi Frar ta’ sentejn wara. Sussegwentement hekk kif l-ekonomija rkuprat, il-qgħad naqas ftit, iżda sa Marzu 2013 kien għadu fil-livell ta’ 7,350. Fil-fatt, kellu jkun April tal-2015 u l-bidla qawwija fil-politika ekonomika talGvern Laburista biex pajjiżna reġa’ kellu l-qgħad fl-istess livell li kien f’Ġunju 2008. Dan ifisser li x-xokk ekonomiku tal-2008 kien dam 72 xahar biex spiċċa l-impatt tiegħu fuq il-qgħad. Imqabbel ma’ dan, ix-xokk ferm akbar tal-pandemija globali talCOVID-19 kellu impatt fuq il-qgħad f’pajjiżna għal 16-il xahar biss. Il-politika progressiva tal-ammi nistrazzjoni Abela mhux biss wass let biex, anke fl-eqqel tal-pande mija, il-qgħad lokali dejjem baqa’ taħt il-medja storika ta’ 6,000 persuna, imma talli t-tul tal-impatt fuq is-suq tax-xogħol kien kważi ħames darbiet inqas.
Fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena d-dħul tal-Gvern mill-VAT żdied b’€125 miljun, frott l-irkupru ekonomiku
DEFIĊIT INQAS FL-EWWEL SEBA’ XHUR … MINĦABBA T-TKABBIR EKONOMIKU Mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 il-pandemija. f’pajjiżna, il-Gvern investa bl-akbar Dan, jekk xejn, jikkonferma li l-qamod biex isostni lill-ekonomija nazz- għda tal-familji u n-negozji qed tirpiljonali u b’riżultat ta’ dan l-Istat Malti ja sew. Mhux biss qed ikunu jistgħu rreġistra titjib fid-defiċit ta’ €169 mil- jħallsu lura t-taxxi differiti s-sena li jun fil-Fond Konsolidat fl-ewwel seba’ għaddiet, imma saħansitra qed iħallxhur tas-sena meta mqabbel mal- su taxxi aktar minħabba li d-dħul istess perjodu sena ilu. tagħhom żdied, frott ir-rata ta’ rkupru Minkejja l-imxija globali, li għattnet tal-ekonomija. numru ta’ pajjiżi, u r-restrizzjonijiet Filwaqt li d-dħul qed jirkupra, prorelatati, id-dħul tal-Gvern Malti va ta’ kemm kien għaqli l-Gvern kien aktar minn nofs biljun Laburista li fl-aħħar xhur ewro aqwa mill-istess ma jadottax politika ta’ xhur fl-2020. Waqt li awsterità nazzjona kien hemm xi tnaq li, xorta kompliet qis fid-dħul minn tiżdied sew l-ispiża liċenzji, kif ukoll mill-Istat bil-għan Id-dħul tal-Gvern inqas flus minn li s-sistema tasmill-VAT, l-Income Tax u saħħa pubblika grants, id-dħul mit-taxxi kiber l-Bolla fl-ewwel seba’ xhur tingħata aktar b’rata qawwija. riżorsi u tiġi sostkien aħjar mill-istess Fil-fatt, jirriżulnuta l-ekonomija, perjodu qabel bdiet ta li d-dħul mill-VAT fost oħrajn. żdied b’€125 miljun, Fil-fatt, l-ispiża il-pandemija dak mill-Income Tax rikorrenti laħqet retela’ b’€284 miljun, menkord ta’ €3.1 biljun fl-ewtri mill-bolla l-Gvern daħħal wel seba’ xhur tas-sena. €113-il miljun aktar. Dawn huma Dan hu tliet darbiet in-nefqa li ammonti akbar mhux biss mill-2020, kellu l-Gvern Nazzjonalista fl-istess imma saħansitra aktar milli kien xhur fl-2009, meta kien iffaċċja kriżi inġabar fl-2019, jiġifieri qabel bdiet ekonomika b’miżuri ta’ awsterità u piż
akbar fuq il-familji u n-negozji. Kontra l-fatt li l-pajjiż kien dam snin twal ibati l-konsegwenzi tal-kriżi 12-il sena ilu, illum diġà qed jirnexxilna nirkupraw mid-daqqa ferm akbar tal-pandemija. L-unika spiża li qed inaqqas il-Gvern hi dik tal-imgħax fuq dejn pubbliku. Mentri fl-ewwel seba’ xhur tal-2013 kien intefaq €131 miljun fuq hekk, fl2021 tħallsu €104 miljun. Dan għax il-fiduċja qawwija fit-tmexxija fiskali wasslet biex il-Gvern ikun jista’ jissellef b’rati inqas. Fl-istess ħin, biex ukoll jagħi spinta lill-ekonomija u jitkompla l-pjan ambizzjuż ta’ investiment infrastruttu rali, kif ukoll diversi proġetti biex jissaħħaħ is-servizz tas-saħħa, il-Gvern nefaq €323 miljun fuq spiża kapitali. Dan hu 15% aktar mill-ammont minfuq qabel il-pandemija. Din hi l-aqwa konferma ta’ kemm il-Gvern hu kommess lejn l-ekonomija ta’ pajjiżna. Waqt pandemija, mhux talli qed inaqqas l-investiment, imma aċċellera l-pass f’dan ir-rigward. Dan qed isir biex, malli tispiċċa l-isfida tal-COVID-19, l-ekonomija tkun tista’ terġa’ titlaq tiġri permezz ta’ infrastruttura ġdida li tippermetti u tħejji lill-pajjiż għal prosperità ġdida.
04
29.08.2021
KUNFIDENZA PERSONALI TURI Tkompli minn paġna 1 Din il-gazzetta llum tista’ tiżvela li fl-2008 Azzopardi kien bagħat messaġġi personali lil Yorgen Fenech u, bl-akbar kunfidenza, qallu biex ma jwaqqgħux għaċ-ċajt meta talbu jorganizzalu coffee morning għal iżjed minn 100 persuna fil-ballroom tal-Lukanda Hilton waqt il-kampanja elettorali ta’ dak iż-żmien. F’dik l-elezzjoni, Azzopardi kien ġie elett u eventwalment magħżul mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-ewwel, bħala Segretarju Parlamentari għall-Artijiet fil-Ministeru tal-Finanzi u sussegwentement Ministru responsabbli bl-istess dekasteru. “Oħroġni ta’ nies!” kien jaqra messaġġ li Azzopardi bagħat lil Fenech u li jixhed familjarità bejn it-tnejn. Dan talaħħar serraħlu rasu billi qallu “Ħalli f’idi!”, b’indikazzjoni li kollox kien qed jiġi organizzat għall-attività. Jirriżulta li Azzopardi ma ħallas xejn għall-attività u mhux magħruf kemm-il okkażjoni oħra kellu biex juża s-servizzi b’xejn ta’ Fenech, jekk kien hemm. Attivitajiet simili bħal coffee mornings jiswew eluf ta’ ewro biex jiġu organizzati u ġeneralment il-kandidati wkoll jiġbru ħlasijiet mingħand il-mijiet ta’ kostitwenti tagħhom biex ikunu jistgħu jieħdu sehem. L-Erbgħa filgħodu l-ġurnalist ta’ ONE News Samuel Lucas insista ma’ Azzopardi għal reazzjoni, fost oħrajn, dwar il-messaġġ lil Fenech biex “joħorġu ta’ nies”. Għalkemm baqa’ jimxi miegħu biċċa sew minn Triq ir-Repubblika u jagħmillu ħemel ta’ mistoqsijiet, il-ġurna list baqa’ b’xiber imnieħer għax id-Deputat Nazzjonalista baqa’ jinjorah u jparla fuq il-mobile, għajr għal ftit botti politiċi. L-aħbar tal-messaġġ perso nali tikkuntrasta d-dikjarazzjo ni li d-Deputat Nazzjonalista għamel fil-programm Xtra s-sena l-oħra fejn kategorikament ċaħad li qatt ingħata xi ħaġa direttament mingħand Yorgen Fenech. “Żgur mhux mingħand Yorgen Fenech,” qal Azzopardi viżibbilment mifxul u skomdu
lil Azzopardi u lill-bloger Ma nuel Delia dwar l-“attakk sistematiku” fuq il-persuna li setgħet laqgħet it-talba tal-klijent tagħhom għall-ħelsien mill-arrest fuq ċerti kundizzjonijiet. F’kontro-protest nhar l-Erbgħa, Azzopardi allega li n-negozjant ried “jeliminah” fl-2019. Azzopardi qal li messaġġ li Fe nech għadda lil uffiċjal Nazz jonalista, li ma indikax min hu, ingħad li kellu jitwarrab wara l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, li saret sentejn ilu. Qrib Tumas Group
Post fuq Facebook li ttella’ minn Azzopardi l-ġimgħa l-oħra bħala parti mill-attakk fuq l-Imħallef Griscti meta mistoqsi mill-ġurnalist u preżentatur Saviour Balzan fil-programm tiegħu fuq TVM nhar il-5 ta’ Novembru 2020. Minbarra hekk, il-familjarità tiegħu ma’ Fenech titfi l-attakk li hu stess għamel il-ġimgħa li għaddiet kontra l-Imħallef Giovanni Griscti qabel dan iddeċieda fuq talba oħra għall-ħelsien mill-arrest tal-istess allegat mandant filqtil ta’ Caruana Galizia, li issa ilu kważi sentejn jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Fl-istess ġurnata li Fenech tpoġġa taħt att ta’ akkuża biex jgħaddi ġuri, Azzopardi bagħat ittra lill-Prim Imħallef fejn akkuża lill-Imħallef Griscti b’kunflitt ta’ interess għar-raġuni li dan xtara dgħajsa mingħand missier Yorgen Fenech fl-2008, l-istess sena li d-Deputat Nazzjonalista kien qed jiġri wara l-allegat mandant biex jagħtih b’xejn is-sala prinċipali tal-Hilton u fiha jorganizzalu coffee morning.
L-ittra kienet segwita wkoll minn attakk fil-konfront talImħallef Griscti b’posts fuq Facebook mill-istess Azzopardi u esponenti mill-għaqda Repubblika, waqt li Matthew Caruana Galizia, iben Daphne, saħansitra xerred id-dokument li juri t-trasferiment tad-dgħaj sa mingħand George Fenech għal fuq Giovanni Griscti 13il sena ilu, qabel biss dan sar imħallef. L-ittra qajmet furur fl-ambjent legali, li ma setgħux jifhmu kif negozju leġittimu fuq bejgħ ta’ dgħajsa antika fl-2008 bejn missier Yorgen Fenech u l-imħallef seta’ qatt influwenza lil dan tal-aħħar. Sadanittant il-ġimgħa l-oħra l-Imħallef Griscti ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest preventiv ta’ Fenech, fejn omm l-akkużat, Patricia, poġġiet lilha nfisha garanti għal binha li ma jaħrabx mill-pajjiż. Fi protest ġudizzjarju, l-avukati tal-allegat mandant fil-qtil talbu lill-Pulizija biex tinvestiga
Il-gideb ta’ Jason Azzopardi u l-familjarità tiegħu ma’ Yorgen Fenech jitfu l-attakk li hu stess għamel il-ġimgħa li għaddiet kontra l-Imħallef Giovanni Griscti eżatt qabel dan iddeċieda fuq talba għall-ħelsien mill-arrest tan-negozjant akkużat li kkummissjona d-delitt tal-2017
Sadanittant il-każ tal-pjaċir għall-coffee morning, kif żvelat minn ONE News din il-ġimgħa, mhux wieħed iżolat għal Azzopardi, li inzerta hu wkoll ir-rappreżentant legali tal-familja Caruana Galizia. Id-Deputat ilu s-snin jipprova jħammeġ u jfajjar bl-addoċċ suppost konnessjonijiet ta’ persuni ma’ Yorgen Fenech. U kull darba li għamel dan, kien qiegħed jostor il-konnessjoni personali tiegħu stess mal-allegat moħħ wara l-qtil ta’ Caruana Galizia. Dan iż-żmien sena ilu Azzopardi kien qal li qatt ma kien il taqa’ personalment ma’ Yorgen Fenech, biex imbagħad ħarġet omm Fenech stess u fakkritu li kien iltaqa’ ma’ binha fit-tieġ tiegħu (ta’ Yorgen) stess u indikat li meta tkun mistieden tieġ tkun tal-familja, kollega tax-xogħol jew ħabib tal-qalb! Ftit tax-xhur wara, meta mistoqsi dwar jekk qattx ingħata xi ħaġa mingħand il-familja Fenech, magħrufa wkoll bħala “ta’ Tumas”, l-isem tan-nannu ta’ Yorgen u l-bniedem li bena l-imperu tal-familja, Azzopardi nqabad jigdeb sfaċċatament fil-pubbliku. F’Novembru tas-sena l-oħra, kien ħareġ ukoll li lura għal Lulju tal-2017 Ray Fenech, iz-ziju ta’ Yorgen, kien ħallas lil Azzopardi u s-sieħba tiegħu akkomodazzjoni ta’ ħames stilel fil-Lukanda Hilton ta’ Tel Aviv f’Iżrael. Dan proprju tlett ijiem biss wara li fuq l-istazzjon nazzjonali d-Deputat tal-establishment kien eskluda li akkwista xi ħaġa mill-imperu vast tal-familja Fenech. Waqt Xtra nhar il-5 ta’ Novembru li għadda, Azzopardi ġie mistoqsi b’mod dirett mill-preżentatur jekk qattx ħa xi ħaġa mingħand
Tumas Group, li s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, kien imexxi sa ftit taż-żmien ilu. Viżibbilment mifxul u skomdu, Azzopardi qal li żgur mhux mingħand Yorgen Fenech. Għall-mistoqsija speċifika, li ġiet ripetuta lilu “bħall-avukati”, jekk qattx ħa xi ħaġa mit-Tumas Group, Azzopardi sostna li ma jiftakarx li qatt ħa xi ħaġa. Wara din l-aħbar, l-eks mara tiegħu, Marica Azzopardi Balzan, ukoll żvelat li żewġha kien mar Iżrael fuq divertita mas-sieħba tiegħu bil-moħbi tagħha, waqt li kien għadu miżżewweġ lilha u minkejja li t-tnejn kienu mistednin għattieġ tat-tifla tar-Rabbi. Hi qalet li żewġha kien ġabilha l-iskuża li ried imur waħdu biex iqatta’ lejl f’Ġerusalemm fejn hemm il-qabar ta’ Kristu, għalkemm imbagħad żmien wara kellha tiskopri x’kienet il-verità. F’post twila fuq Facebook, Azzopardi Balzan qalet ukoll li żewġha kien baqa’ fid-dar matrimonjali tagħhom sal-kampanja elettorali, iżda telaq appena għaddiet l-Elezzjoni ta’ Ġunju 2017. Aktar tard il-PN ħareġ stqar rija fejn qal li l-Kap tal-Partit Bernard Grech iltaqa’ ma’ Azzopardi, li informah
05
29.08.2021
ĦBIBERIJA SA MILL-2008 bid-deċiżjoni tiegħu biex jitlob lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika Dr George Hyzler biex jinvestigah b’rabta mal-istejjer ippubblikati dwar ir-relazzjoni ma’ Yorgen Fenech. Azzopardi kien konxju li Hyzler ma seta’ qatt jinvestigah għax il-Liġi kienet iċċaħħdu milli jara każi li seħħew qabel il-ħatra tiegħu. Fuq Facebook, ħamest ijiem wara li qal li qatt ma akkwista xi ħaġa mingħand Tumas Group, Azzopardi qal li ftakar eżatt x’kien ġara b’konnessjoni
mal-mawra f’Tel Aviv u ddikjara li messu insista biex iħallas il-kont kollu u mhux biss ittaxxi u spejjeż żejda tal-jiem li qatta’ mas-sieħba tiegħu fil-Lukanda Hilton, li kienet tiswa iżjed minn €2,000, skont riċerka li kien għamel ONE News. Hu qal li kien patta b’rigal, li kien ħalla fir-reception ta’ Portomaso, għal Ray Fenech. Minkejja dan, fi stqarrija ftit jiem wara, Dr Hyzler insista li, għalkemm ma setax jinvestiga l-aġir ta’ Azzopardi u l-vaganza tiegħu f’Tel Aviv, rigal li seta’ nxtara lil ta’ Tumas ma jpattix biex iħassar il-ħlas ta’ ħamest iljieli t’akkomodazzjoni f’lukanda ta’ ħames stilel bħalma hi l-Hilton ta’ Tel Aviv. “Mr Smith” għal Tel Aviv B’rabta mal-istess mawra f’Iżrael imħallsa minn Tumas Group, din il-ġimgħa sar magħruf ukoll kif hemm iżjed sigrieti moħbijin fil-gwar darobba tad-Deputat Nazzjonalista. Fil-fatt messaġġ ieħor żvelat mill-ġurnalist Karl Stagno-Navarra, juri li, għall-btala ta’ ħamest ijiem ‘all inclusive’ fi suite lussuża f’Tel Aviv, Azzopardi talab lil Fenech biex jirreġistrah
bħala “Mr Smith” mal-Lukanda Hilton. ONE News kompla jikxef x’kien jgħid il-messaġġ. “Għidilhom jiktbuni bħala Mr Smith, ma jmurx jinqala’ xi dimonju, u ifhimni” kien insista d-Deputat Nazzjona lista f’konverżazzjoni personali ma’ Ray Fenech wara li tkarrab għall-akkomodazzjoni b’xejn għal żewġ persuni. Minbarra li dan ikompli jikxef ilgideb u l-ipokrisija ta’ Azzopardi, li dej jem ipprova jaħrab milli jgħid il-verità dwar il-vjaġġ tiegħu lejn il-Lvant Nofsani, iżjed minn hekk jikxef il-familjarità kbira li kellu għal żmien twil mal-familja Fenech. Meta fl-aħħar jiem ħarġu l-ewwel dettalji ġodda, il-Partit Nazzjonalista ma ħariġx stqar rija uffiċjali, minflok wieġeb mistoqsijiet tal-Lovin Malta, il-portal li sa ftit tal-ġimgħat ilu kien jitmexxa minn dak li issa qed imexxi l-kampanja ta’ Bernard Grech. Mal-Lovin Malta, il-PN ħareġ għonqu għal Azzopardi u qal li dan m’għandux jitpoġġa fuq l-istess miżien ta’ ħaddieħor. Saħansitra tenna li dak li qed isir hu falz. Qabel l-informazzjoni li qed niżvelaw hawn illum, il-PN ħass li kellu jagħmel dikjarazzjoni ta’ difiża fuq l-aħħar rabtiet żvelati bejn Azzopardi u s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Mhux l-istess kien għamel għal Adrian Delia. Fil-fatt meta l-istess Lovin Malta qal li Delia kien f’kuntatt ma’ Yorgen Fenech waqt li kien għaddej dibattitu Parlamentari fuq il-kumpanija 17 Black, il-PN ma ħarrikx suba’ wieħed biex jid defendi lid-Deputat u Eks Kap tiegħu. Saħansitra ħarġu jiftaħru mis-Civil Society Network, li jkunu fil-protesti ma’ ta’ Repubblika u Manuel Delia, li l-PN mhux jaqbeż għal Adrian Delia. Il-midja uffiċjali Nazzjonalista wkoll ingħatat struzzjonijiet mit-tmexxija tal-Partit biex ma tagħtix spazju lil Delia. Meta dan tal-aħħar mar jiftaħ libell lil Lovin Malta fuq l-istorja, għax skontu dak irrapportat kien biss gidba, lanqas il-bulettin tal-aħbarijiet tan-NET dakinhar ma kien irrapporta xi ħaġa dwar dak li għamel Delia. Fil-każ ta’ Azzopardi l-istorja kienet
Ir-ritratt ta’ Azzopardi ma’ Fenech li ġie ppubblikat wara li d-Deputat qal li qatt ma kien iltaqa’ miegħu
għalkollox differenti, wisq probabbli għax dan id-Deputat kien fost il-perċimes li mill-bidu imbotta lil Grech għal Kap, minflok Delia. Azzopardi kien ukoll iltaqa’ ma’ Grech f’ħanut f’Tas-Sliema ftit qabel dan iddeċieda li jikkontesta l-elezzjoni interna għal Kap f’Ottubru li għadda. Azzopardi taħt inkjesta Mill-istess programm televiżiv fuq TVM f’Novembru li għadda kien sar magħruf li kien hemm inkjesta kriminali, li nfetħet seba’ snin ilu, dwar korruzzjoni, frodi u miżapproprjazzjoni relatata ma’ deċiżjoni fid-Dipartiment tal-Artijiet fi żmien li Azzopardi kien responsabbli minnu. Fl-aħħar jiem ukoll, il-bloger u lekċerer Universitarju Simon Mercieca indika li l-attakk ta’ Azzopardi fuq l-Imħallef
Giovanni Griscti aktarx hu relatat ma’ din l-inkjesta dwar art f’Għajn Dwieli, li jaqa’ fid-distrett elettorali ta’ dan id-Deputat tal-Oppożizzjoni. Skont Mercieca, l-inkjesta, li għadha miftuħa, kienet inbdiet minn Griscti fl-2014 bħala Maġistrat u mbagħad għaddiet għand ħaddieħor meta sar imħallef. Mercieca indika wkoll li l-Maġistrata Monica Vella, li spiċċat ħadet l-inkjesta f’idej ha minn dak iż-żmien, fl-aħħar jiem ġiet attakkata fil-midja minħabba li m’għaddietx dikjarazzjoni tal-VAT lid-Dipartiment konċernat. “Forsi mela m’għandhiex tkun sorpriża, allura, li din il-maġistrata ġiet attakkata fl-aħbarijiet għax ma tatx l-irċevuta tal-VAT lid-Dipartiment konċernat. Donnu Jason Azzopardi jattakka lil kull min jaħseb li jista’ jaf dwar għawwaru,” temm jgħid Mercieca.
Post ta’ Stagno-Navarra fuq Twitter fejn żvela l-istorja li Azzopardi insista biex fil-Lukanda Hilton ta’ Tel Aviv jiġi rreġistrat bħala “Mr Smith”
06
29.08.2021
IT-TNIĠĠIS TAL-ARJA KIEN SE JITTRIPPLA BLA CENTRAL LINK Li kieku l-Gvern Laburista għa mel bħal ta’ qablu u ħalla s-Central Link Project fuq l-ixkaffa, l-ivvjaġġar fiż-żona bejn Ħ’Attard u l-Imrieħel kien litteralment jistaġna sas-sena 2030 u t-tniġġis mill-karozzi fl-inħawi kien kważi jittrippla, b’żieda ta’ 278%. Permezz ta’ Infrastructure Malta, il-Gvern ma beżax minn din l-isfida tant li fix-xhur li ġejjin se jkun qed ilesti dan ilproġett kbir li kien ilu ppjanat sa mis-sittinijiet. Fil-fatt kienet din il-gazzetta li, f’Settembru tas-sena l-oħra, żvelat pjanta li tixhed kif proġett simili kien ilu fuq il-karta sa minn żmien il-Gvern ta’ George Borg Olivier. Bil-maqlub, bis-Central Link jilħaq id-90% tiegħu din ilġimgħa, daqt nibdew ingawdu kompletament minn investiment ieħor f’katina twila ta’ xogħlijiet li qed iwettaq pajjiżna għal toroq iżjed effiċjenti, siguri u sostenibbli. Studji xjentifiċi minn esper ti indipendenti qabel beda l-proġett jikkonfermaw li kieku tħalla kollox kif kien qabel, il-problemi li ta’ kuljum kienu jsibu ma’ wiċċhom eluf ta’ persuni li jgħixu jew jivvjaġġaw f’Ħ’Attard, Ħal Balzan, l-Imrie
Pjanta ta’ madwar 60 sena ilu tal-proġett li kien propost mill-Gvern ta’ Borg Olivier, simili ħafna għas-Central Link li llum għandna 90% tiegħu lest ħel u Birkirkara sa sena u nofs ilu kienu se jmorru għall-agħar. Fil-fatt, skont dawn l-istudji, kieku ma sarx l-investiment f’din ir-rotta, vjaġġ mill-Imrieħel sa Ta’ Qali kien se jieħu sagħtejn u kwart fl-2030. Xufiera kienu se jispiċċaw litte ralment imwaħħlin fit-traffiku u jsuqu b’veloċità ta’ 1.83km/h. L-istess studji juru kif il-proġett qed itejjeb l-effiċjenza ta’ din ir-rotta ewlenija fiċ-ċentru talpajjiż biex l-ivvjaġġar jonqos bin-nofs, anke meta tqis żidiet fid-domanda għat-trasport li jista’ jkun hemm fil-futur. Studju ieħor qies il-kwalità tal-arja permezz ta’ monitoraġġ tal-arja li sar fl-2018 f’diversi
nħawi tul ir-rotta. Dawn juru li, kieku l-proġett baqa’ ma sarx, it-trabijiet fini fl-arja fl-inħawi, inkluż f’Ħ’Attard u f’Ħal Balzan, kienu se jiżdiedu b’278% sa disa’ snin oħra. It-trabijiet fini (particulate matter) u d-dijossidu tan-nitroġenu (nitrogen dioxide) huma l-akbar żewġ sorsi ta’ tniġġis ikkaġunat mill-emissjo nijiet tal-karozzi. Bis-Central Link Project, ilGvern qed jelimina l-konġest jonijiet fit-toroq u l-junctions fl-inħawi biex it-trabijiet fini fl-arja jonqsu b’66% sal-2030, anke meta tikkunsidra ż-żieda fit-trasport fil-ġejjieni. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidu tan-nitroġenu se jonqsu
b’41%. Din il-ġimgħa Infrastructure Malta ħabbret li qed toqrob lejn l-aħħar stadji tas-Central Link Project, hekk kif 90% tat-toroq ġodda, bankini, korsiji għar-roti u infrastruttura oħra ta’ dan l-investiment f’Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara huma lesti. Central Link Project hu investiment ta’ €55 miljun biex inaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar, ir-riskji ta’ aċċidenti u t-tniġġis ikkaġunat minn konġestjonijiet tul ir-rotta arterjali prinċipali fiċ-ċentru ta’ Malta. Il-proġett joħloq ukoll spazji aktar siguri għal mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi fiż-żona. Ħafna mis-seba’ kilometri ta’
korsiji ġodda ta’ dan il-proġett se jkunu lesti biex jibdew jin tużaw mill-pubbliku fil-bidu ta’ Ottubru li ġej, hekk kif filġimgħat li ġejjin se jkunu qed isiru diversi xogħlijiet t’asfalt. Fil-ġimgħat li ġejjin, se tkun lesta wkoll il-parti l-kbira minn dik li se tkun l-itwal korsija għar-roti u l-mixi fiż-żewġ direzzjonijiet maqtugħa millkarozzi f’Malta. Is-Central Link se jinkludi wkoll 10 kilometri ta’ bankini ġodda u diversi waqfiet ġodda u aktar siguri għas-servizz talkarozzi tal-linja. Taħt it-toroq ġodda, Infras tructure Malta għaddiet għe xieren ta’ kilometri ta’ sistemi ġodda għas-servizzi, li jinkludu pajpijiet għall-ilma, katusi taddrenaġġ, cables għad-dawl u l-Internet, kif ukoll sistema kumplessa għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita li se tingħaqad malmini tas-sistema nazzjonali ta’ kontra l-għargħar. Xogħlijiet oħrajn li se jaqbdu r-ritmu matul ix-xahar ta’ Settembru jinkludu l-installazzjonijiet ta’ sistemi ta’ irrigaz zjoni u t-tħawwil ta’ aktar minn 580 siġra ġdida f’madwar 24,000 metru kwadru ta’ żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti li nħolqu bħala parti minn dan il-proġett. Għal dan il-għan, l-aġenzija governattiva wkoll bniet ġibju ni taħt l-art, li ġew mgħammrin b’hydrodynamic separators biex jiffiltraw u jsaffu l-ilma tax-xita ħalli jkun jista’ jintuża għat-tisqija ta’ ħafna minn dawn iż-żoni ħodor ġodda.
07
29.08.2021
Ritratt: OMAR CAMILLERI / DOI
€700,000 ĠEW INVESTITI FI MDINA ROAD L-aġenzija Infrastructure Malta lbieraħ lestiet l-irran ġar ta’ waħda mit-toroq ewlenin f’Ħal Qormi, Mdina Road, b’investiment ta’ €700,000, li issa qed jagħmilha iżjed sigura u komda għall-eluf ta’ xufiera li jivvjaġġaw ta’ kuljum minnha mid-direzzjoni ta’ Ħaż-Żebbuġ lejn il-Marsa. Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg qal li “waħda mill-prijoritajiet ta’ dan il-Gvern tibqa’ s-sigurtà tan-nies u b’hekk qed naraw li permezz tax-xogħlijiet li għamilna kemm fuq din ittriq kif ukoll fuq il-proġetti infrastrutturali kollha li saru u li qed isiru, din tibqa’ prijorità. Kif kienet, din it-triq kienet faċli li jseħħu inċidenti u b’hekk ħtafna l-opportunità biex din il-possibbiltà neliminawha kemm jista’ jkun.” Hu tenna li, minbarra hekk, permezz ta’ din il-ħidma, tnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar u allura tnaqqsu l-emissjonijiet li kienu jkunu kkawżati minħabba konġestjonijiet regolari tat-traffiku. “Bħalissa għaddejja ħidma intensiva fit-toroq li se ssarraf għal nuqqas kbir fil-ħin tal-ivvjaġġar tal-Maltin u tal-Għawdxin. Insemmi s-Central Link li 90% tal-proġett hu lest. B’hekk, inħares ’il quddiem ħalli naraw li anke dan il-proġett infrastrutturali fiċ-ċentru tal-pajjiż, li kienu ilu tant mistenni u mixtieq, jiġi mwettaq fil-ħin ħalli l-poplu jkompli jgawdi minn infrastruttura tat-toroq tal-ogħla kwalità u tal-aqwa effiċjenza,” qal il-Ministru Borg. Min-naħa l-oħra, fi Mdina Road, li hi wkoll waħda mill-itwal toroq arterjali użata ta’ kuljum minn bosta utenti, Infrastructure Malta wettqet xogħlijiet anċillari, fosthom il-bini mill-ġdid tat-tappieri tad-drenaġġ tal-karreġġjata li ħafna minnhom kienu spiċċaw, tiswijiet ta’ wħud mill-mogħdijiet tagħha u l-ħitan tal-konfini, waqt li saret organizzazzjoni mill-ġdid tal-ispazji tal-parkeġġ fit-toroq taż-żona. L-Aġenzija ħabbret li lestiet dan il-proġett bit-tqegħid ta’ madwar 2,000 tunnellata ta’ asfalt u line markings ġodda.
Fit-tieni kwart ta’ din is-sena, jiġifieri qabel daħal is-sajf, kien hemm kważi 50,000 resident lokali li għażlu li jqattgħu xi lejl f’lukandi f’Malta jew f’Għawdex. Dan kien tliet darbiet u nofs iżjed l-ammont li kienu għamlu l-istess fit-tieni kwart tal-2020. Aktar sinifikanti minn hekk hu l-fatt li dan l-ammont kien saħansitra 21% aktar minn dak osservat fl-istess żmien imma fl-2019, jiġifieri qabel biss konna noħolmu bil-pandemija. Fil-fatt waqt li bejn April u Ġunju tal-2019, il-Maltin u l-Għawdxin kienu qattgħu 98,685 lejl f’lukandi f’pajjiżna, fl-istess xhur tal-2021 huma għaddew 122,917-il lejl. Dan ifisser li, mqabbel ma’ qabel il-pandemija, l-ammont ta’ ljieli f’lukandi żdied b’25%. Ta’ min ifakkar li, minbarra din iż-żieda fl-użu ta’ lukandi, kien hemm żieda qawwija wkoll fil-kiri ta’ akkomodazzjonijiet privati, bħal farmhouses u flats, speċjalment fil-gżira Għawdxija. Fl-istess ħin it-tieni kwart ta’ din is-sena ra wkoll żieda fitturiżmu barrani. Kien hemm aktar minn 94,000 turist li qagħad f’lukandi f’pajjiżna, mqabbel ma’ ftit aktar minn 3,000 is-sena li għaddiet. Dawn it-turisti għaddew kważi nofs miljun lejl f’pajjiżna, kontra inqas minn 34,000 lejl fl-istess xhur sena qabel. Meta wieħed iqabbel dawn ir-riżultati ma’ dawk tal-2019 isib li l-lukandi kellhom kwart tal-viżitaturi, bil-klijenti loka li u dawk barranin magħdudin f’daqqa. Fil-fatt bejn April u Ġunju 2021 kien hemm ftit inqas minn 144,000 persuna li għaddew lejl f’xi lukanda f’pajjiżna, kontra aktar minn 575,000 persuna fl-2019. Ta’ min ifakkar li Malta ma fetħitx għat-turiżmu qabel l-1 ta’ Ġunju. L-aktar li jikkumparaw tajjeb mal-2019 huma l-lukandi 5-star f’Għawdex. Dawn ospitaw 3,500 persuna bejn April u Ġunju li għaddew, kontra 6,800 fl-istess
Ritratt: DANIEL MALINOWSKI
IT-TURIŻMU INTERN B’ŻIEDA QAWWIJA QABEL IL-VOUCHERS
xhur ta’ sentejn ilu. Li jfisser li kienu diġà laħqu t-53% tal-ammont minn qabel il-pandemija. B’kuntrast, lukandi 5-star f’Malta laħqu 30% tan-numru ta’ viżitaturi li kellhom fl-2019. Ta’ min jinnota li dawn ir-riżultati nkisbu f’perjodu fejn kien hawn aktar restrizzjonijiet fuq l-attività u qabel ma bdiet tirranka t-tieni skema tal-vouchers, fejn il-Gvern reġa’ ta €100 lil kull ċittadin ta’ 16-il sena ’l fuq. L-indikazzjonijiet huma li kemm fit-turiżmu domestiku kif ukoll dak barrani, l-attività aċċellerat aktar wara Ġunju. Statistika maħruġa mill-Ajru-
Fost aktar restrizzjonijiet fuq l-attività u qabel biss bdiet tirranka l-iskema tal-vouchers, l-ammont ta’ ljieli li l-Maltin u l-Għawdxin qattgħu fil-lukandi lokali żdied b’25%
port Internazzjonali ta’ Malta tindika li f’Lulju l-passiġġieri li għaddew kienu fil-livell ta’ 39% tal-2019, kważi tliet darbiet il-medja ta’ bejn April u Ġunju. Fl-istess ħin l-ammont ta’ passiġġieri li qasmu l-fliegu bejn Malta u Għawdex kien ferm ogħla minn sena ilu. L-irkupru tat-turiżmu jibqa’ fattur ewlieni wara t-tnaqqis fil-livell tal-qgħad għal minimi storiċi, speċjalment fil-gżira Għawdxija. Minbarra hekk jispjega għaliex l-ammont ta’ operaturi turistiċi li għandhom bżonn moratorju naqas minn 455 f’Awwissu għal 29 illum. Fl-istess żmien kien hemm żieda ta’ 47 biss fil-lukandi u restoranti li kellhom bżonn dejn garantit mill-Bank Malti tal-Iżvilupp. F’dan ir-rigward, il-Gvern xorta se jibqa’ mill-inqas salaħħar tas-sena jsostni lill-ope raturi f’din l-industrija, filwaqt li jkompli jħaddem strateġija għall-iżvilupp fit-tul tagħha.
08
29.08.2021
DEPUTATI TAL-PN QED JINGĦATAW PUNTI TA’ “BRAVI” Grech imħasseb b’nuqqas t’appoġġ fil-pubbliku Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech iffissa li jrid ikollu aktar likes u shares fuq il-midja soċjali u, minbarra l-metodi konvenzjonali, it-tim ta’ strateġisti li qabbad ħolmu bi skema li jirregalaw il-punti lid-deputati l-iżjed “bravi”. Sorsi fi ħdan il-Grupp Parla mentari Nazzjonalista qalu li l-iskema hi maħsuba speċifikament biex timmarka min għa mel l-aktar shares lill-Kap Nazzjonalista fuq il-midja soċjali. L-iskema, deskritta “infantili u redikola”, ukoll għandha l-għan li ġġiegħel lid-deputati tal-Oppożizzjoni juru l-appoġġ tagħhom fil-pubbliku u allura tikxef lil dawk li xorta jibqgħu pass jew tnejn lura. Dawk madwar Grech kontinwament isostnu li d-deputati jridu juruh appoġġ akbar filmiftuħ. Għal dan, ir-reazzjoni tkun dejjem maqsuma fi tnejn – min jgħid li għandhom jappoġġjawh dawk li poġġewh fittmun tal-Partit u oħrajn jgħidu li l-Kap jaf lilhom il-kariga. Il-pass tal-iskema ttieħed proprju f’xahar fejn il-qasma
fil-PN reġgħet evidenti bi ġlied kontinwu u attakki fuq persuni li mhumiex parti mill-fazzjoni tal-“Blue Heroes” jew l-establishment, dik li poġġiet lil Grech fit-tmexxija tal-PN. Is-sorsi, li tkellmu magħna, qalu li mhux magħruf x’se jkun qed jiġri b’din il-klassifika talpunti. “Sinċerament ma nafx x’se tbiddel. Fil-Grupp (Parla mentari) diġà qed jiddeċiedu kollox l-erbgħa li poġġew lillKap fil-kariga … ħafna mid-de putati diġà huma mxebbgħin sal-ponta ta’ mneħirhom. Dawn il-punti kien jonqos. Ara kemm ġejna sew!” Minn tagħrif ieħor jirriżul ta li, biex titħaddem din is-sis tema, hemm grupp li qed jgħin lil Chris Peregin, li l-Kap Nazzjo nalista riċentement ħa miegħu d-Dar Ċentrali mil-Lovin Malta. Nifhmu li s-sistema tal-punti kienet ukoll riżultat tal-fatt li ħafna deputati Nazzjonalisti kienu qegħdin juru apatija kbira f’attivitajiet li ġew organizzati mill-Partit fl-aħħar xhur, mhux l-inqas kampanji ta’ ġbir ta’ fondi.
L-IĊĊARĠJAR TA’ VETTURI ELETTRIĊI B’RATI BAXXI MALTA MINN TA’ QUDDIEM FOST IL-PAJJIŻI EWROPEJ BIEX TVARA REGOLAMENTI U POLITIKA NAZZJONALI DWAR INFRASTRUTTURA TAĊ-CHARGING PILLARS PUBBLIĊI Malta hija fost l-ewwel pajjiżi Ewropej li varat politika nazzjonali għall-infrastruttura taċcharging pillars pubbliċi u regolamenti li joffru serħan il-moħħ lill-konsumaturi li se jkunu qed igawdu fost l-orħos u l-aktar rati vantaġġużi biex jiċċarġjaw il-vetturi elettriċi tagħhom. Il-policy paper flimkien mar-regolamenti ġew varati għall-konsultazzjoni pubblika mill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli. B’dak li qed jiġi propost, il-Gvern Laburista qed jiggarantixxi rati vantaġġużi u fost l-aktar rati kompetittivi fl-Unjoni Ewropea flimkien ma’ numru ġeneruż ħafna ta’ sigħat off-peak. Din il-bidla ma teskludi lil ħadd, tant li dan ilGvern irid jagħmel is-sistema attraenti għall-investiment privat. It-tranżizzjoni għal trasport aktar nadif huwa ħolqa mill-katina ta’ ħidma li qed issir f’setturi differenti biex l-ekonomija ta’ Malta u Għawdex ma tkunx tniġġes. Żewġ tipi ta’ tariffi
SEJĦA GĦALL-KWOTAZZJONIJIET PROVISTA TA' SERVIZZI TA' AWDITJAR L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu hi entità pubblika fi ħdan il-Ministeru talEdukazzjoni mwaqqfa f’Ġunju 2014 permezz tal-Avviż Legali 192 tal-2014 taħt l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika. Aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija tinstab fuq www.education.gov.mt/nla. Responsabbiltajiet ewlenin mistennija mill-awditur/awdituri: 1. Jeżamina l-Management Accounts tal-aħħar tas-sena; 2. Imexxi u jiċċertifika r-rapporti finanzjarji tal-awditjar annwali hekk kif mitlub mir-regolamenti finanzjarji, u mill-istandards tal-Gvern Ċentrali, kif meħtieġ mill-Att dwar il-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi (Kapitlu 601 talLiġijiet ta’ Malta); 3. Jippreżenta lill-Aġenzija bir-rapport awditjat tal-kontijiet kif ukol birrapport finali fuq ix-xogħol imwettaq u l-manjiera li l-operat tagħha kien imwettaq biex taqdi l-funzjonijiet li għalihom twaqqfet. Dan irid isir mhux aktar tard minn 4 ġimgħat minn tmiem is-sena li għaliha ikun qed isir lawditjar. L-awditjar irid isir billi jintużaw l-Istandards ta’ Awditjar (ISAs); 4. Jipprovdi għajnuna lill-Awditur appuntat mill-Gvern matul il-proċess talawditjar jekk u meta mitluba; 5. Jgħin lill-Aġenzija biex tiffinalizza l-formoli tat-Taxxa relevanti jekk ikun meħtieġ. L-awditur/awdituri għandhom: 1. Ikollhom warrant ta’ Certified Public Auditor; 2. Ikunu aġġornati bl-aħħar IFRSs u standards/regolamenti tal-Accountancy; 3. Jaħdmu b’koordinazzjoni mal-impjegati tal-Aġenzija. Ix-xogħol kollu meħtieġ isir fl-Uffiċċini Amministrattivi tal-Aġenzija fil-ħinijiet tal-uffiċċju. Remunerazzjoni: Ir-remunerazzjoni annwali kkwotata għas-servizz ta’ awditjar tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu għandha tinkludi l-VAT, jekk applikabbli. Il-kwotazzjoni għandha tinkludi ir-rimunerazzjoni għat-tliet snin konsekuttivi li jibdew bl-awditjar tas-sena finanzjarja li tagħlaq fl-2021. Sottomissjonijiet: Kumpaniji ta’ awditjar jew awdituri individwali interessati għandhom jissottomettu l-interess tagħhom mhux aktar tard min-nofsinhar tat-13 ta’ Settembru 2021 lis-Sur John Farrugia b’ittra elettronika fuq john.b.farrugia@gov.mt jew bil-posta lil Mr John Farrugia, Segretarju Eżekuttiv, Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, Triq Ġużè Abela Scolaro, ilĦamrun, HMR 1304. Sottomissjonijiet bil-posta għandhom jintbagħtu b’posta rreġistrata kmieni biżżejjed biex jaslu għand l-Aġenzija sad-data tal-għeluq. L-applikanti jiġu mgħarrfa li tkun waslet is-sottomissjoni tagħhom fi żmien sebat ijiem. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mingħand is-Sur John Farrugia permezz ta’ ittra elettronika fuq john.b.farrugia@gov.mt jew fuq it-telefon 2598 2997.
Ir-regolamenti jipproponu żewġ tipi ta’ tariffi: dawk residenzjali u dawk mhux residenzjali. L-ewwel sett ta’ tariffi jiffokaw fuq residenzi privati li jixtiequ jinstallaw charging point fil-garaxx tagħhom. L-off-peak tariff hija ta’ ftit
inqas minn 13ċ, u tapplika għal dawk li jagħżlu li jiċċarġjaw il-vettura tagħhom bejn nofsinhar u l-4:00 p.m., jew bejn nofsillejl u s-6:00 a.m., kif ukoll il-Ħadd matul il-ġurnata kollha. It-tariffa off-peak u s-sigħat joħorġu minn studju li sar ibbażati fuq proġett pilota li mex xiet l-Enemalta. Ifisser, li sid ta’ vettur elettrika se jkollu 84 siegħa fil-ġimgħa bir-rata off-peak – sigħat li huma ferm aktar milli sewwieq ikollu bżonn biex jiċċarġja l-batterija tal-karozza. Permezz ta’ meter addizzjonali, awtorizzat mill-Enemalta, konsumaturi se jkunu jistgħu jiċċarġjaw il-vettura waqt ħinijiet off-peak. B’dan il-mod, il-vettura tiġi programmata minn qabel biex b’mod awtomatiku il-batterja tiġi ċċarġjata meta l-elettriku jkun bl-orħos rata. F’każijiet fejn wieħed irid jiċċarġja l-vettura fis-sigħat l-oħra, il-konsum se jkun ikkunsidrat skond il-bands normali tat-tariffi residenzjali. Mill-istudju li għamlet l-Enemalta jirriżulta li sewwieqa rari jkollhom bżonn jagħmlu dan f’ħinijiet barra mit-tariffa off-peak. It-tieni sett ta’ tariffi huwa għal charging pillars pubbliċi, fejn it-tariffa off-peak hija wkoll ta’ ftit inqas minn 13ċ, filwaqt li fil-bqija tas-sigħat, it-tariffa hija ta’ ftit inqas minn 15ċ. Se jkun hemm ukoll Premium Fee, jew miżata
RATI VANTAĠĠUŻI Off-peak applikabbli għal Residential u Non-residential
Ħin
Tariffa
00:00 – 05:59 12:00 – 15:59 Il-Ħadd bejn 00:00 – 23:59
€0.1298/kWh (VAT inkluż)
F’KAŻ TA’ INSTALLAZZJONI ADDIZZJONALI TA’ METER Ħlas għall-installazzjoni Single Phase Meter €50 (VAT inkluż) Three Phase Meter €80 (VAT inkluż)
Service Charge €4 (VAT inkluż) €6 (VAT inkluż)
NON-RESIDENTIAL (toroq pubbliċi, parkeġġi privati u postijiet ta’ użu mhux residenzjali, eċċ.) Non-Residential On-Peak €0.1485/kWh (VAT inkluż) F’KAŻ TA’ INSTALLAZZJONI ADDIZZJONALI TA’ METER Ħlas ta’ darba għall-applikazzjoni Single Phase Meter €50 (VAT inkluż) Three Phase Meter €80 (VAT inkluż)
Servizz ta’ installazzjoni €6 (VAT inkluż) €8 (VAT inkluż)
09
29.08.2021
“L-AKTAR NETWORK B’SAĦĦTU” MINN EPIC
li l-operaturi jżommu talli tkun qed tiġi użata l-infrastruttura tagħhom. B’dan il-mod operatur jissettja miżata skont it-tip ta’ servizz offrut – dan jista’ jagħmlu fejn iżomm prezz baxx għal kull unit fuq standard Sid ta’ vettura elettrika f’Malta se jkun charger u prezz iktar ogħla għal kull unit fuq fast charger. Fast charger jiċċarġja l-batterija qed igawdi fost l-orħos tariffi fl-Ewropa fl-inqas ħin possibbli. Se jkun hemm traspa renza sħiħa fil-prezzijiet finali li jħallas il-konl-informazzjoni tkun aċċessibbli mill-pubbliku. sumatur. Fost l-orħos fl-Ewropa
Gvern li joħloq opportunitajiet ġodda
Analiżi li saret turi kif sid ta’ vettura elettrika f’Malta se jkun qed igawdi minn fost l-orħos tariffi fl-Ewropa. Il-Ministru Miriam Dalli spje gat kif Malta qed toffri fost l-aktar rati kompetittivi. Meta wieħed iqabbel ir-rati ma’ dawk Ewropej, isib kif it-tariffi jvarjaw, fosthom fin-Norveġja li toffri rata ta’ 18ċ, il-Polonja b’tariffa medja ta’ 36ċ u l-Italja b’rata li tilħaq il-45ċ. Il-Ġermanja, li għandha operaturi varji, toffri tariffa medja ta’ 31ċ5. Barra minn hekk, sewwieq ta’ karozza elettrika se jkun qiegħed diġà jiffranka fil-konsum tal-fuel meta mqabbel ma’ min isuq vettura konvenzjonali li taħdem bil-petrol jew bid-diesel. Sid ta’ karozza li taħdem bil-petrol u jsuq mal-50km kuljum, jikkonsma madwar €30 filġimgħa. Fil-każ ta’ vettura elettrika, il-konsum huwa medja ta’ €13 fil-ġimgha. Li tifsser medja ta’ €68 differenza fix-xahar. Fuq sena, il-medja hija ta’ aktar minn €800 differenza.
Din il-politika nazzjonali dwar l-infrastruttura taċ-charging pillars f’postijiet pubbliċi se tkun qed tagħti viżibilità lill-investituri li jridu jinvestu f’dan il-qasam. Bħalma s-settur privat daħal jopera u jikkompeti fis-settur tat-telefonija, jeżisti futur fejn is-settur privat joffri servizzi ta’ charging pubbliku f’postijiet bħalma huma car parks privati jew supermarkets. Fl-istess ħin, il-politika nazzjonali tipproponi miżuri li jassiguraw li l-pubbliku kollu jkun moqdi tajjeb biex ikun evitat li xi operatur jew ieħor jokkupa xi żona partikolari, mingħajr ma jittieħed f’kunsiderazzjoni l-interess tal-Maltin u l-Għawdxin. Aktar minn hekk, dan huwa settur li se joħloq aktar opportunitajiet ta’ green jobs. F’dawn l-aħħar ġimgħat, il-Gvern ra interess inkoraġġanti ta’ min irid jinvesti f’dan il-qasam. Għalhekk, permezz ta’ din il-policy u r-regolamenti varati jiffaċilitaw din it-tranżizzjoni għax iddaħħal ċertezza għal min jixtieq jinvesti.
Tiżdied l-aċċessibilità Il-policy paper tindirizza l-ħtieġa li l-infrastruttura taċ-charging pillars tkun aċċessibbli għal kulħadd mingħajr restrizzjonijiet. Bl-introduzzjoni tal-kunċett ta’ interoperability, se ssir aktar faċli biex wieħed jirreġistra ma’ operatur wieħed, filwaqt li juża’ s-servizz provdut minn operaturi varji. Biex tiżdied it-trasparenza u jkun assigurat livell ogħla ta’ servizz, tħabbru regoli li bihom operatur ikun jista’ joffri servizz ta’ charging, u jkun liċenzjat. Il-proposta hi li l-liċenzja tal-operatur tkun valida għal 10 snin. Barra minn hekk, kull charging pillar pubbliku issa se jkun irreġistrat fuq reġistru nazzjonali biex
Il-kumpanija lokali tat-telefonija Epic ħabbret li qiegħda tibni dak li ddeskri viet bħala l-aktar network b’saħħtu f’Malta biex tkompli ttejjeb l-esperjenza ta’ aktar minn 250,000 klijent li għandha. Bil-programm tagħha ta’ mmoder nizzar tan-network li għaddej bħalissa, Epic se tiżviluppa n-network f’diversi villaġġi lokali, bl-aktar riċenti jkunu l-Mellieħa, Ħal Tarxien u Għajnsielem. L-effett ta’ dan l-iżvilupp jista’ jinħass diġà minn diversi klijenti li jgħixu f’dawn iż-żoni, qalet stqarrija tal-kumpanija. Hi spjegat li, waqt li l-popolazzjoni Maltija qed tikber b’mod gradwali kull sena, b’ċifri sa tmiem l-2020 jindikaw li din laħqet il-516,100, inħolqu sfidi għal akwati, li qabel kienu aktar rurali, u allura diversi sfidi għal kumpaniji tat-telekomunikazzjoni, partikolarment matul ix-xhur tas-sajf. L-investiment ta’ Epic għandu proprju l-għan li tiżdied ilkapaċità u l-livell tan-network tagħha biex tilħaq żoni simili aħjar. Dan il-programm ta’ mmodernizzar tan-network jinkludi tibdil sħiħ tal-mobile access network u t-tqassim tal-aktar teknoloġija avvanzata tal-mobile network f’Malta, fost oħrajn. Minbarra hekk, se jissaħħaħ il-backhaul network u t-tqassim ta’ aktar siti li jissapportjaw l-Epic Fibre. Dan kollu qed isir grazzi għal investiment ta’ aktar minn €40 miljun, li se jwassal ukoll għal 5G aktar b’saħħtu. Mario Cordina, li hu l-Kap tal-Mobile Access Networks ta’ Epic, spjega li “ż-żieda fl-urbanizzazzjoni ta’ diversi villaġġi madwar Malta u Għawdex wasslet għal sfidi ġodda fuq il-kapaċità ta’ networks tal-mobile u l-kopertura tan-network, partikolarment fuq ġewwa. Waħda mill-isfidi hija l-kostruzzjoni moderna u l-materjali li jintużaw li jaffettwaw il-kopertura fuq ġewwa. Il-programm ta’ mmodernizzar ta’ Epic qed isir b’mod speċjali biex jindirizza dawn l-isfidi billi joffri infrastruttura tan-network aktar b’saħħitha, teknoloġija mill-aqwa u tekniki oħrajn li jsaħħu l-kopertura fuq ġewwa madwar il-Gżejjer Maltin.” Il-programm ta’ titjib tal-kumpanija kien beda bit-tħabbira tas-sħubija strateġika tagħha ma’ Phoenix Tower International (PTI) u li l-kumpanija rinomata Ericsson intgħażlet biex tforni r-radio access network (RAN) għallaċċess tal-Epic 5G. Bħala parti minn din is-sħubija, Epic se tkun qed tuża wkoll it-teknoloġija avvanzata ta’ Ericsson biex timmodernizza n-network tagħha. Il-kumpanija qalet li, fix-xhur li ġejjin, se tkompli tiddefinixxi u timplimenta n-network tal-ġenerazzjoni li jmiss, li se jippermettilha tilħaq il-mira strateġika tagħha: dik li tibni l-aktar network b’saħħtu f’Malta billi tipprovdi tekonoloġija li hi avvanzata, flimkien ma’ veloċitajiet mill-aqwa u li huma aċċessibbli minn kullimkien.
10
Ritratt: ANTHONY AXIAQ
29.08.2021
“MALTA: IDEALI GĦAL KULL PENSJONANT” Il Giornale fl-Italja jirrakkomanda lil Malta fost l-aqwa 10 pajjiżi fejn persuna tibda tgħix b’mod tajjeb, komdu u ta’ valur wara l-irtirar mix-xogħol … li hu tajjeb għall-barranin, bil-wisq aħjar għall-pensjonanti Maltin u Għawdxin Isem pajjiżna ta’ sikwit jissemma fost mill-pajjiż ġar tagħna jibqgħu jiġu jaqill-aqwa pajjiżi f’diversi setturi. Huwa għu l-għajxien tagħhom fostna, xi ħaġa fatt li fejn jidħol il-programm naz- li hi ferm aktar diffiċli f’pajjiżhom, iżzjonali tat-tilqim bħala prevenzjoni jed se jkollna minn dawn li jirtiraw fosgħall-pandemija, fejn Malta hi l-aqwa tna fiż-żmien li ġej. fid-dinja, qed ikompli jagħtina palata Fost il-pajjiżi li jissemmew minn tajba ħafna fiċ-ċirkostanzi ġodda tal- Il Giornale, tlieta biss huma membri lum. U dan ukoll hu marbut mal-fatt tal-Unjoni Ewropea – Malta, Spanja li pajjiżna ssemma riċentement fost (inklużi l-Gżejjer Kanarji) u l-Portugall. l-aqwa gżejjer li fihom turist jista’ jkol- Il-bqija tal-pajjiżi huma fil-maġġoranza lu l-aħjar vaganza. assoluta mill-Amerki – il-Costa Rica, Miżjud ma’ dan, artiklu ppubblikat il-Ġamajka, il-Panama, l-Ekwador, bi prominenza fl-aħħar jiem mill-ġur- il-Kolombja, Barbados u t-Tajlandja. nal influwenti Taljan Il Giornale jgħid li L-artiklu Taljan, li wkoll irrefera għaMalta hi fost l-aqwa 10 pajjiżi fejn pen- lih l-Eks Ministru Malti Leo Brincat u sjonant jista’ jirtira. Mhux biss għax li attwalment iservi fil-Qorti Ewropea il-pensjoni sservihom aktar, tal-Awdituri, jiftaħ billi jgħid imma wkoll għax, f’dawn li fl-età tal-irtirar, pensil-pajjiżi, il-pensjonanti jonant ifittex li jgħaddi jistgħu jgħixu ħajja taj dan iż-żmien ta’ misba u komda tassew, trieħ kemm jista’ b’valur għall-pensjkun b’mod tajjeb. Malta fost dawk li joni tagħhom. Għalhekk jaħseb jissodisfaw elementi Mingħajr ma jikukoll biex jittrasklassifikahom wara kruċjali li pensjonant ferixxi ruħu f’pajjiż xulxin, Il Giornale fejn dan ikun jista’ ifittex, inkluż fejn jagħti ħarsa lejn liejagħmlu. dħul ma jitnaqqarx ma pajjiżi huma l-aħWaħda mir-raġunijar biex pensjonant jiet prinċipali hi li b’piżijiet żejda Taljan jirtira għal ħajja jagħżel li jgħix f’pajjiż aħjar u aktar rilassanti lil li għandu l-aħjar kundizhinn minn art twelidu u jgħid zjonijiet ekonomiċi possibbli li dawk li jmorru jfittxu ħajja b’kun- u wkoll ħajja ferm aħjar minn dik ta’ dizzjonijiet aħjar u aktar vantaġġużi pajjiżu. mill-Italja, jagħżlu fost oħrajn lil Malta. F’dawn il-pajjiżi hemm sitwazzjoni Dan hu rifless fin-numru ta’ pens- jiet li huma differenti ħafna minn dawk jonanti Taljani li qed jgħixu din it-tip ta’ tal-pensjonanti barranin, imma mhux ħajja f’pajjiżna u, waqt li iżjed ċittadini inqas interessanti, u wkoll b’diversi
vantaġġi, kemm għall-opportunitajiet li dawn joffru imma fuq kollox għasservizzi tas-saħħa, għall-vantaġġi ekonomiċi u li għalhekk huma pajjiżi li l-pensjonant jista’ jqatta’ l-ħajja tiegħu fil-paċi u serħan il-moħħ. Fattur importanti hi l-valur tal-pensjoni. Il Giornale jgħid li huwa fatt li hemm qabża minn salarju jew paga għal pensjoni. Għalhekk li pensjonant ifittex fejn l-aħjar li jaqbillu biex din il-pensjoni ma titnaqqarx aktar b’piż finanzjarju, fosthom taxxi, u għalhekk ikun jista’ jlaħħaq mal-ħajja. Iħares lejn pajjiżi fejn jista’ jistrieħ fuq inċentivi tat-taxxa, il-ħajja ta’ kuljum li tiswa inqas minn dik ta’ pajjiżu, b’sistema ta’ saħħa tajba, kura medika adegwata u servizzi effiċjenti. Fuq in-naħa l-oħra tal-munita hemm li pensjonant jagħżel ukoll pajjiż li ma jkunx wisq ’il bogħod minn pajjiż twe lidu, b’lingwa li ma jkollux diffikultà biex ikun jista’ jikkomunika fil-pajjiż, bħall-Ingliż u t-Taljan stess, klima favorevoli u saħansitra network tajjeb tal-internet. Pajjiżna hu wieħed li jissodisfa dawn l-elementi kollha. U għalhekk jitpoġġa mal-aqwa 10 pajjiżi mid-dinja kollha li l-pensjonant Taljan jiffavorixxi meta jħares lejn pajjiż li fih jista’ jirtira b’kumdità. Dan kollu jnibbet ħsieb li mhu xejn ħief ir-realtà li għandna f’pajjiżna. Jekk għall-pensjonanti barranin, Malta hija ideali biex jirtiraw hawn, aħseb u ara kemm, ħdejn ċittadini f’pajjiżi oħrajn,
il-pensjonanti Maltin u Għawdxin qed jgħixu tajjeb, kemm bħala stat ekonomiku, imma wkoll f’serħan tal-moħħ u għajxien vantaġġuż! U dan huwa kollu xhieda tas-servizzi soċjali b’saħħithom li għandna f’pajjiżna, bil-pensjonanti Maltin u Għawdxin, bil-kontra ta’ oħrajn, igawdu mill-aqwa benefiċċji li jista’ joffrilhom l-Istat. Hi wkoll mera ta’ soċjetà Maltija li lill-pensjonant tippremjah għas-snin twal li jkun għamel li matulhom ta kontribut siewi lil pajjiżu. Jekk tieħu l-pensjoni, mhux biss kien Gvern Laburista li introduċa dan is-servizz soċjali lill-pensjonant Malti u Għawdxi, imma kien ukoll Gvern Laburista li fl-aħħar snin kompla jsaħħaħ il-pensjoni b’żieda wara l-oħra filbaġits annwali. Apparti li l-pensjonant beda jgawdi wkoll minn żidiet sħaħ tal-għoli tal-ħajja. Pensjonant Malti jgawdi wkoll millaqwa settur tas-saħħa. Mhux biss għax jinqeda b’servizz li hu bla ħlas, imma wkoll igawdi minn mediċini b’xejn. Hemm lista sħiħa ta’ inċentivi u wkoll skemi u miżuri li l-pensjonant f’pajjiżna jgawdi minnhom, fosthom trasport pubbliku b’xejn u opportunitajiet ta’ tagħlim b’xejn. Ta’ min jinnota wkoll li n-nefqa soċjali tal-Gvern matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kienet ta’ €27.4 miljun aktar mill-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra, u l-pensjonanti kienu l-aktar li gawdew, bin-nefqa fil-benefiċċji kontributorji; bħall-pensjonijiet, li kienet ta’ €21.7 miljun aktar. Kif tħabbar ukoll ftit tal-jiem ilu, 95% tal-miżuri soċjali mħabbrin fil-baġit għal din is-sena diġà ġew imwettqa. U anki hawnhekk naraw kif gawda l-pensjonant, għax fost dawk li huma stmati li gawdew minn dawn il-miżuri hemm 95,500 pensjonant u 14,600 anzjan ieħor li ma jikkwalifikawx għall-pensjoni. Ma’ dawn kien hemm ukoll 37,000 anzjan li għandhom iżjed minn 75 sena, 23,000, benefiċjarju tal-għajnuna supplimen tari u ftit inqas minn 7,000 persuna li jgawdu mill-għajnuna soċjali. Fost l-iskemi mwettqa diġà hemm iż-żieda fil-pensjoni kontributorja u dik mhux kontributorja.
11
29.08.2021
ĊELEBRAZZJONI TA’ TRADIZZJONI TUL SETTEMBRU Is-smewwiet ta’ Malta u Għawdex se jinxtegħlu f’Settembru li ġej f’dak li jwiegħed li jkun wieħed mill-isbaħ spettakli bi tradizzjoni ewlenija Maltija – l-arti tal-logħob tan-nar. Il-Malta Fireworks Spe cial se jkun qed isir fuq erbat ijiem u f’erba’ postijiet differenti ta’ pajjiżna. L-ispettakli jiftħu fl-4 ta’ Settembru f’Għawdex, jissoktaw fid-9 ta’ Settembru fl-Imqabba, wara fil-11 ta’ Settembru fil-Mellieħa u jintemmu b’finali grandjuż fl-20 ta’ Settembru fil-Port il-Kbir fil-Belt Valletta. Dawk li jaraw l-ispettaklu se jgawdu minn settijiet tradizzjonali ta’ logħob tan-nar, kif ukoll logħob tan-nar kumpless f’wirjiet ta’ bejn ħamsa u seba’ minuti, ilkoll f’idejn il-parteċipanti, li huma 29 fabbrika tan-nar u 45 assoċjazzjoni tallogħob tan-nar minn madwar Malta u Għawdex. Il-Ministru responsabbli mit-Turiżmu Clayton Bartolo spjega kif dan l-avveniment speċjali tal-logħob tan-nar hu aħbar eċċellenti għall-industrija tad-divertiment u anke dik turistika. Hu qal ukoll li, fit-triq lejn in-normalità, hu kruċjali li l-pubbliku Malti jibqa’ responsabbli billi jirrispetta b’mod sħiħ ir-regolamenti deskritti mis-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika. Il-Ministru awgura lill-organizzaturi u rringrazzja b’mod speċjali lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) li kellha parti kbira biex dan l-avveniment isir realtà. Min-naħa tiegħu, Johann Buttigieg, Kap Eżekuttiv tal-MTA, saħaq li, bħala Awtorità, jinsabu kuntenti ħafna li din is-sena qed jiġi organizzat il-Malta Fireworks Special, fl-istess żmien li, għal darb’oħra, kellna nissagrifikaw tradizzjonijiet sajfin kbar għalina, jiġifieri l-festi fl-ibliet u l-irħula u l-logħob tannar, li jiġi magħhom. Buttigieg qal ukoll li, bħas-soltu, is-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd huma ta’ importanza kbira, u għal din ir-raġuni l-MTA qiegħda tħeġġeġ lin-nies biex ma jinġabrux fis-siti tal-wirjiet, imma biex jaraw il-logħob tan-nar minn postijiet differenti, filwaqt li dejjem jaderixxu mar-regolamenti tal-COVID-19.
“LUZZU” FL-EWWEL LISTA TA’ NOMINAZZJONIJIET GĦALL-UNURI EWROPEJ Il-film “Luzzu”, li għadu kemm rebaħ il-premju prestiġjuż Sundance, sar l-ewwel wieħed minn Malta li qatt intgħażel biex ikun fl-ewwel lista biex minnha jintgħażlu n-nominati fil-kategoriji tal-European Film Awards. Wara li x-xahar li ġej jitħabbar it-tieni grupp ta’ films fil-lista inizjali, aktar minn 4,000 membru tal-Akkademja Ewropea tal-Films jivvutaw biex jintgħażlu n-nominati finali li jitħabbru fid-9 ta’ Novembru fil-Festival Ewropew tal-Films f’Seville. L-34 edizzjoni tal-European Film Awards se ssir f’Berlin fil-11 ta’ Diċembru li ġej, fejn il-ġurija tagħżel ukoll ir-rebbieħa fil-kategoriji taċ-Ċinema
tografija Ewropea, Editjar, Di sinn tal-Produzzjoni, Disinn tal-Kostumi, Irtokk u Xagħar, Mużika Oriġinali, u Effetti Sonori u Viżwali. “Luzzu”, li għandu direzzjoni ta’ Alex Camilleri u lill-atturi Jesmark Scicluna, Michela Farrugia u David Scicluna fil-partijiet ewlenin, se jintwera għall-ewwel darba fl-Eden Cinemas f’Malta mit-8 ta’ Settembru ’l quddiem. Il-film drammatiku bl-ilsien Malti, li kiseb it-tifħir ta’ bosta fis-Sundance Film Festival tal-Films fejn l-attur prinċipali mis-Siġġiewi rebaħ l-unur tal-World Cinema Dramatic Special Jury Award in Acting fid-debutt tiegħu, kien il-favo rit tal-udjenzi u rebaħ premji-
jiet f’għadd ta’ festivals oħrajn prestiġjużi madwar id-dinja. Fost dawn kien hemm il-Festivals Internazzjonali ta’ Boston, Sofia, Melbourne, Karlovy Vary u Hong Kong. “Luzzu” hu bbażat fuq rakkont ta’ storja fittizja ta’ Jesmark, sajjied b’diffikultajiet finanzjarji, li jkun imġiegħel jitbiegħed mit-tradizzjonijiet antiki u jissogra kollox billi jidħol fid-dinja tas-suq tas-sajd illeċtu biex jipprovdi għajxien diċenti għal martu u t-tarbija tat-twelid tagħhom. Il-biljetti għall-wiri tal-film, li sar bl-appoġġ ta’ Screen Malta u l-inċentivi finanzjarji mill-Malta Film Commission u l-Gvern Malti, jistgħu jinkisbu mis-sit uffiċjali tal-Eden Cinemas.
Sejħa għall-offerti għal xogħlijiet: Offerti għar-restawr ta’ parti mill-faċċata ta’ fuq f’125, Cottoner Blokk, fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta (l-Awtorita’ tad-Djar) (Rif. SPD4/2021/007 – TWO 6/2020). L-offerta tagħlaq fis-27 ta’ Settembru 2021 fid-9:30 ta’ filgħodu. Id-dokument jiġi miksub u http://www.etenders.gov.mt.
imniżżel
BISS
minn
fuq
is-sit
eletroniku
Kull kjarifika jew addenda fuq l-offerta jiġu mtella u jinkisbu minn fuq is-sit http://www.etenders.gov.mt.
12
29.08.2021
L-ESTABLISHMENT
OWEN BONNICI Ministru
Jekk ma tgħallimt xejn fiżżmien li ili nimmilita b’mod attiv fil-Partit Laburista hu li dawk li huma parti mill-establishment f’pajjiżna u li l-iktar li jsabbtu fuq sidirhom kemm iħobbu r-rule of law għandhom tliet karatteristiċi prinċipali. Iktar ma jsabbtu bis-saħħa fuq sidirhom, iktar dawn it-tliet karatteristiċi jkunu b’saħħithom fost il-membri tal-establishment. L-ewwel karatteristika hi d-double standards. M’hemmx fejn iddur: inevitabbilment jużaw riga mod fejn jidħlu r-rappreżentanti tal-
Gvern u riga mod ieħor fejn jidħlu huma. Anzi, fatt identiku jpenġuh bħala ħażin jekk jagħmlu membru tal-Gvern u tajjeb jew ma jimpurtax jekk jagħmlu membru tal-establishment. U din verament jemmnuha. Jekk nieħdu l-każ tal-Capital One ta’ Beppe Fenech Adami qisu ma ġara xejn. Jekk nieħdu l-każ ta’ Jason Azzopardi u l-lukanda ta’ Tel Aviv bilkemm ma jgħidux li ma għamel xejn ħażin. Jekk nieħdu l-każ ta’ Karol Aquilina u l-mod kif saq għal ġol-iskorta qisu ma ġara xejn. Jekk nieħdu l-każ tal-allegata korruzzjoni mit-Times, kważi intnesiet. Jekk nieħdu l-każ li wassal biex Joe Cassar irriżenja mill-Parlament indifen fuq ruħ ommu. Jekk nieħdu l-każ ta’ Mario De Marco u l-irċevuti, l-istess. Il-ħażin hu dejjem ħażin, jagħmlu min jagħmlu. Imma d-double standards huma karatteristika ewlenija tal-establishment. It-tieni karatteristika tal-establishment hi li mhux vera jemmnu fl-għażla demokratika tal-poplu. Anzi
għalihom bħal donnu l-poplu meta jagħżel il-Partit Laburista jagħmel hekk għax ma jafx aħjar. Ikun x’ikun ir-riżultat elettorali, daqslikieku t-tkaxkira lill-PN ma tkunx ingħatat. Ma temmnunix? Staqsu lil Adrian Delia …. għażluh it-tesserati imma għall-blue heroes il-vot demokratiku ma jiswa xejn. Ir-rapporti tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista? Jiktbuhom u jinsewhom wara erba’ sekondi. U nagħti parir biex dak li jkun jerġa’ jagħti titwila lejn ir-rapporti tat-telfa tal-PN u jiskanta b’dak li jsib miktub hemmhekk. Imma dak diskors għal darb’oħra. It-tielet karatteristika hija li l-vera motivazzjoni tagħhom hi li l-establishment ma jniżżel qatt u qatt li nies li mhumiex fl-establishment imexxu lil dan il-pajjiż. Jekk tara minn xiex għaddew lil kull Mexxej tal-Partit Laburista tara trend ċara kristall. Lil Mintoff iddemonizzawh kemm felħu, lil Karmenu x’ma qalulux, lil Alfred Sant penġewh b’mod mill-iktar ikrah, lil Joseph nafu x’qa-
lu fuqu. U anke lill-Mexxej preżenti Dr Robert Abela niftakru li wara erbat ijiem riedu jibagħtuh għomru l-ħabs imma arralhom u arralhom bl-ikrah. Meta tara l-ġid enormi li kull Mexxej Laburista għamel matul is-snin u tkejlu mat-trattament li l-establishment inevitabbilment tah, issib trend kostanti, f’ċerti istanzi qawwija iktar milli f’oħrajn imma t-trend tibqa’ hemm. Naturalment dan it-trattament ma jingħatax biss lill-Mexxejja imma anke lil dawk l-esponenti tal-Partit Laburista li fl-opinjoni tagħhom ikunu qed jagħmlu l-ġid u mexjin tajjeb. Nitkellem għalija, l-attakki sitta la sinistra ma waqfux u min jaf kemm għadhom iridu jiġu. Mur ġib għal mument li fi żmieni kien hemm il-ġudikanti li nqabdu bil-korruzzjoni bħal fi żmienhom, jew li l-Avukat Ġenerali jagħti l-maħfra (nolle prosequi) lill-Kummissarju tal-Pulizija li ġie indizzjat minn Maġistrat inkwerenti x’kienu jagħmlu! Jew li jkollok Prim Ministru
li jmur taħt il-pont jinnegozja l-maħfriet mal-kriminali, jew li jagħtu l-maħfriet lit-traffikanti tad-droga. Dawn huma tal-establishment li jridu jagħtu l-lezzjonijiet. Aħna biddilna, tejjibna, rriformajna u se nkomplu nirriformaw. Huma f’25 sena użaw għall-gwadann tagħhom is-sistemi li issa jridu li jinbidlu. Imbagħad meta niġu għas-si u n-no jivvutaw kontra r-riformi li nkunu rridu nagħmlu. Għamluha lili meta qsamt l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u ftit ilu lil sieħbi Edward Zammit Lewis meta ried isolvi l-issue tat-tribunali li jagħtu pieni amministrattivi ta’ ċerta portata. Huma mhux ir-rule of law jew it-tisħiħ tad-demokrazija jridu, imma l-Gvern u l-poter. Lil Malta ma jħobbuhiex, il-fehma tal-poplu ma jirrispettawhiex. Li jridu hu li l-klikka tal-establishment terġa’ tiggranfa fit-tmexxija tal-pajjiż. U intom tiftakru x’jiġri u min igawdi u min jitħalla lura meta l-establishment jieħu over!
IL-POLITIKA TAT-TRIQ
KEITH TANTI Kandidat
Fid-dinja politika, l-ikbar żball li fil-fehma tiegħi wieħed jista’ jagħmel huwa li jaħseb li dak li jgħid huwa vanġelu, li dejjem għandu raġun, u li b’dak kollu li wettaq ikun solva l-problemi kollha ta’ kulħadd. Li tirrikonoxxi li żbaljajt mhux dgħufija jew u-turn, imma sempliċiment tkun bniedem li kapaċi tagħraf u timxi fuq il-feedback ta’ ħaddieħor. Fl-aħħar tmien snin, Gvern Laburista l-ewwel immexxi minn Joseph Muscat u wara minn Robert Abela wet-
taq xogħol kbir. Ġab ordni fil-finanzi pubbliċi. Saħħaħ l-ekonomija billi ħoloq ix-xogħol u l-ġid bil-konsegwenza li żdiedu l-flus fi bwiet in-nies. Eluf ta’ nies inqalgħu mir-riskju tal-faqar. Mill-aspett t’infrastruttura, speċjalment toroq, qed naraw lil pajjiżna jinbena mill-ġdid. Sar xogħol ieħor li s-suċċess tiegħu ma’ jistax jitkejjel b’mod monetarju. Xogħol li tejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies u li partikolarment stajna naraw il-frott tiegħu speċjalment waqt il-pandemija. Imma b’dan kollu ma jfissirx li m’għadx hemm nies li qed ibatu, li jeħtieġu iktar għajnuna sabiex ikollhom livell ta’ għajxien aċċettabbli speċjalment meta mqabblin ma’ saffi oħrajn tas-soċjetà. B’dan m’iniex nikkritika lillGvern Laburista, imma ma nistgħux ngħaddsu rasna fir-ramel u ma ninnutawx nies li għalihom irridu nkomplu naħdmu sabiex ngħollulhom il-livell ta’ għajxien tagħhom. Iva, sar ħafna imma daqstant ieħor fadlilna ħaf-
na x’nagħmlu. Kultant anki meta jogħla l-livell ta’ kulħadd se ssib min jibqa’ lura anke minħabba l-istess progress li jkun sar. Jekk ngħollu lil kulħadd tarġa, id-distakk bejn min hu fuq u min hu taħt, se jibqa’ l-istess. Għalhekk hawn nies li jeħtieġu imbuttatura ikbar ’il fuq biex ilaħħqu ma’ ta’ fuqhom. Dan nista’ nosservah waqt il-kuntatt tiegħi man-nies, partikolarment fil-home visits. Ċerti affarijiet jgħiduhomlok in-nies. Aspetti oħrajn tista’ tosservahom mingħajr ma jintqal xejn. Meta titfassal il-politika, din titfassal għall-ġid komuni. Imma hemm grupp ta’ individwi li għandhom bżonn għajnuna ikbar u li irridu naħsbu fihom u nżommuhom f’moħħna. L-empatija, għalkemm sabiħa, mhijiex biżżejjed. Il-politiku hu fid-dmir li jintervjeni, jieħu azzjoni. Iridu jsiru skemi u għajnuniet li minnhom jiggwadanjaw dawk l-iktar fil-bżonn u li baqgħu lura. U dan mingħajr burokrazija. Mingħajr il-ħtieġa li naqtgħu
qalb in-nies qabel jibdew ilproċess. U bilħaqq, mingħajr ma nġibu lil dak li jkun jidher qisu l-miskin li għandu bżonn jittallab. Ħadd m’għandu għax jittallab mingħand il-politiċi. Jien nokkupa l-kariga ta’ Sindku bis-saħħa tan-nies. Kienu l-istess nies li għoġobhom jagħtuni din il-fiduċja. L-istess id-Deputati u l-Ministri. Mingħajr in-nies, aħna ċittadini bla kariga. Il-futur tal-politiċi qiegħed f’idejn innies. Huma jagħtuk u huma jeħdulek kariga. Il-politiċi huma nies b’kariga li poġġewhom fiha huma. M’għandhom xejn iżjed speċjali. Għalhekk wieħed qatt m’għandu jitkabbar. In-nies ma taħfirlekx. U tagħmel sew! L-ebda politiku m’għandu jħossu xi ħaġa ’l fuq minn oħrajn. Kultant niltaqa’ ma’ nies li jkunu mweġġgħa għax ikunu ġew stmati ħażin. Mhux qed ngħid li ġew stmati ħażin millpolitiċi direttament. Imma l-politiċi jridu joqogħdu iżjed attenti li ma jarawx lin-nies dubbien.
In-nies m’għandhom xejn inqas mill-politiċi jew minnies ta’ madwarhom. L-ikbar attenzjoni għandha tibqa’ mija fil-mija fuqhom. Il-karigi li jkollna jiġu u jmorru, imma r-rispett li jkunu tawk jibqa’ għal dejjem.
Mill-aspett t’infrastruttura, speċjalment toroq, qed naraw lil pajjiżna jinbena mill-ġdid. Sar xogħol ieħor li s-suċċess tiegħu ma’ jistax jitkejjel b’mod monetarju
13
29.08.2021
WARA SITTIN SENA SE JSIR REALTÀ
IAN BORG Ministru
Kienu snin twal ta’ stennija, preċiżament 60 sena millħsieb tiegħu, fejn dan ilproġett inżamm fuq l-ixkaffa b’detriment għall-familji tal-inħawi, fosthom dawk f’Ħal Balzan u Ħ’Attard. Ħadd ma ried iċappas idejh bir-responsabilità. Iżda aħna kellna viżjoni. Emminna fil-potenzjal tal-proġett, għamilna kuraġġ, stinkajna, ħadna deċiżjoni u minn pjan fuq il-karta qegħdin nagħmluh realtà. 90% tal-proġett huwa lest u għalhekk ninsabu pass eqreb sabiex nagħtu
proġett ieħor, bħalma tajna bil-Marsa Junction, li se jkompli jbiddel l-infrastruttura u l-wiċċ ta’ pajjiżna. Imfassal fuq il-politika u l-pjanijiet tat-Transport Master Plan 2025 tal-pajjiż u approvat mill-Kummissjoni Ewropea li ffinanzjat parti minn dan il-proġett, is-Central Link se jintroduċi għall-ewwel darba f’dawn l-inħawi infrastruttura li tixpruna iżjed persuni jużaw mezzi tal-ivvjaġġar aktar sostenibbli. Il-viżjoni ta’ dan il-Gvern hija waħda ħolistika u ċara u b’mod speċjali fit-trasport qed iħares li b’modi differenti jinċentiva u jrawwem kultura fejn jintuża trasport aktar nadif u sostenibbli. U dan mhux biss fuq l-art. Biżżejjed wieħed isemmi l-fast ferry li mill-1 ta’ Ġunju sal-lum kburi ngħid li saru aktar minn 120,000 vjaġġ. Fuq l-istess nota, is-Central Link se joffri l-itwal korsija għar-roti li qatt kellna f’pajjiżna, maqtugħa għaliha mill-karozzi, b’tul ta’ 4.3km. B’hekk nemmnu li se nkunu
qed noħolqu konnessjonijiet diretti u aktar siguri bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali għal dawk kollha li jużaw dawn il-mezzi tal-ivvjaġġar. Però mhux biss, il-proġett imur oltre fejn anke ħsibna dwar is-sanità tal-bniedem. Skont stħarriġ xjentikifu jirriżulta li s-Central Link se jikkontribwixxi għal nuqqas f’dak li hu mard respiratorju, fost l-aktar komuni f’pajjiżna. Bħalma qed nagħmlu f’partijiet oħra madwar pajjiżna, bħal Grand Harbour Clean Air Project fin-Nofsinhar ta’ Malta u l-Malta National Park f’Ta’Qali huwa għalhekk bla dubju li l-viżjoni ta’ dan ilGvern hi waħda ambjentali u favur is-saħħa tal-bniedem. Is-Central Link se jkun qed inaqqas 66% tat-tniġġis tal-arja u l-emissjonijiet ta’ nitrogen dioxide b’41%, gass li huwa kawża għal dan it-tip ta’ mard. Barra minn hekk kemm smajna frażijiet bħal, “se neqirdu l-ambjent” u “se nnaqqsu b’mod drastiku l-ammont ta’ siġar”. Dawn aħna kollha provajniehom
żbaljati għax mhux talli ma naqqasniex iżda se nkunu qed inħawlu 600 siġra ġdida, f’żoni li jammontaw għal aktar minn 24,000 metru kwadru, li allura se jkunu ta’ kontribut pari passu ma’ din il-viżjoni ta’ infrastruttura ħadranija. Il-ħin. Ilkoll nafu kemm il-ħin huwa prezzjuż u bħalma jtir il-ħin titkellem dwar il-benefiċċji ta’ proġetti bħal dawn hekk aħna ħsibna sabiex lil dawk it-30,000 persuna li jużaw din ir-rotta ta’ kuljum se nagħtuhom lura r-rigal tal-ħin hekk kif is-Central Link Project se jnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar binnofs, anke meta tqis iż-żieda fid-domanda għat-trasport prevista għall-futur. Fl-aħħar mill-aħħar il-mandat huwa f’idejn il-poplu sabiex jiġġudika però meta wieħed iqis u jpoġġi kollox fuq keffa ta’ miżien, nazzarda ngħid li naħa minnhom tegħleb lin-naħa l-oħra. Il-Gvern jinsab impenjat li jkompli jinvesti biex l-infrastruttura tat-trasport, ta’ kull tip, f’pajjiżna tagħmel qabża
kbira ’l quddiem fil-kwalità u fl-effiċjenza, sabiex tilħaq b’mod sostenibbli l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet ta’ pajjiżna llum u fil-ġejjieni filwaqt li tkompli tagħti lill-familji f’pajjiżna kwalità ta’ ħajja aħjar.
Emminna fil-potenzjal tal-proġett, għamilna kuraġġ, stinkajna, ħadna deċiżjoni u minn pjan fuq il-karta qegħdin nagħmluh realtà
ĦIDMA KONTINWA FL-EDUKAZZJONI
JUSTYNE CARUANA Ministru
L-edukazzjoni hija pilastru għal dak li rridu nibnu fil-futur. Mhux biss il-futur tal-pajjiż, imma wkoll il-futur ta’ wliedna. U qed nara li dan is-settur ikattar il-ħidma tiegħu biex nimxu ma’ dak li għandhom bżonn uliedna u wkoll l-ekonomija tagħna. Għalhekk il-ħidma li qed twassal biex il-qasam edukattiv jinsab għaddej minn żmien ta’ tiġdid f ’kull settur li għandu fi ħdanu. Żmien li matulu qed naraw li nsaħħu mhux biss il-mod ta’ kif jaħdem
dan is-settur, imma wkoll l-ambjent li qed naħdmu fih. Qed inħares lejn strateġiji li qanqalna mill-qiegħ biex indaħħluhom għar-relevanza taż-żminijiet tallum, qed inħares ukoll lejn l-infrastruttura edukattiva. Ix-xogħol u l-ħidma huma kontinwi matul is-sena kollha. M’hemmx waqfien meta niġu għal dik li hija waħda mill-prijoritajiet ta’ dan il-pajjiż – l-edukazzjoni ta’ wliedna. U meta l-waqfa għas-sajf għal ħafna tfisser mistrieħ, għall-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-edukaturi, is-sajf huwa żmien ta’ preparazzjoni għas-sena skolastika li jkun imiss. Insellem mhux biss lill-edukaturi li għaddejjin bi tħejjija għas-sena skolastika li daqt tibda, imma wkoll lill-ħaddiema tal-Ministeru li matul dawn ilġimgħat għaddejjin b’xogħol ma jaqtax biex jagħmlu dak kollu meħtieġ fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet edukattivi tagħna, manutenzjoni, tisbiħ, tibjid, biex uliedna u l-edukaturi jidħlu f ’ambjent li huwa xieraq biex
ikomplu t-tagħlim tagħhom. Ma rridu lil ħadd minn uliedna li jaqa’ lura jew b’xi mod joħroġ mill-vjaġġ ta’ tagħlim, tort taċ-ċirkostanzi tal-pandemija. U għalhekk dawk kollha involuti fl-edukazzjoni ta’ wliedna ilhom għaddejjin b’laqgħat fil-joint committee biex nippreparaw għall-ftuħ tas-sena skolastika li jmiss. Qed isiru l-arranġamenti kollha possibbli biex minn Ottubru li ġej, l-istudenti jgħixu l-esperjenzi tagħhom fl-iskejjel fejn ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. Fuq il-campus. Għaliex kif dejjem għedna u emminna, l-aħjar u l-aqwa edukazzjoni li jistgħu jieħdu wlienda hija dik li jieħdu fil-klasssi mingħand l-edukaturi tagħhom. Fuq nota oħra, tkompli għaddejja wkoll il-ħidma biex nara li l-edukazzjoni tkun verament waħda inklussiva. Ninsab impenjata ferm biex nara li din tkun realtà. L-inklużjoni ta’ kull individwu fis-soċjetà hija dritt u huwa l-obbligu ta’ kull wieħed u waħda minna li naraw li dan
iseħħ fir-realtà. Aħna min-naħa tagħna qed nagħmlu l-parti tagħna. Iva, hemm ħafna aktar xi jsir. U dan nistgħu nagħmluh b’diskussjoni u djalogu. Huwa għalhekk li qed inħares ’il quddiem biex niltaqa’ ma’ dawk kollha li huma involuti biex imexxu ’l quddiem l-inklussività fl-edukazzjoni, fuq quddiem il-ġenituri. Bħala parti u biex tkompli tissaħħaħ l-inklużjoni fil-qasam edukattiv, qed nistieden lill-ġenituri u l-għaqdiet tal-ġenituri li għandhom uliedhom li taffettwahom direttament l-inklużjoni, biex jattendu laqgħa u matulha jressqu l-ideat tagħhom ta’ kif wieħed jista’ jkompli jtejjeb l-inklużjoni u l-edukazzjoni ta’ wliedhom. Preżenti se jkun hemm uffiċjali responsabbli mill-inklużjoni fil-Ministeru għall-Edukazzjoni. Aħna se nkunu hemm, imma rridu nisimgħu lilkom. Il-laqgħa se ssir fis-6 ta’ Settembru u hemm id-dettalji kollha fil-mezzi soċjali uffiċjali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni.
Fuq l-istess ħsieb, ħadt gost ftit tal-jiem ilu li flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi inawgurajna l-Migrant Learners’ Unit Malta li jinsab fil-Ħamrun. Ċentru importanti b’tim ħabrieki li qed jilħaq miri internazzjonali u Ewropej importanti ħafna. Edukazzjoni inklussiva tfisser ukoll li kull tifel u kull tifla f ’pajjiżna u kull individwu li għandna f ’pajjiżna jkollu l-opportunità li jkun jista’ jitgħallem u jiżviluppa l-ħiliet tiegħu, u f ’dan iċ-ċentru qed jitħaddmu l-kunċetti tal-inklużjoni, il-kunċetti tal-integrazzjoni, għaliex permezz tagħhom qed jingħata tagħlim bżonjuż għal tfal illi ġejjin minn pajjiżi oħrajn. Investiment ukoll b’fondi tal-Unjoni Ewropea, biex dawn it-tfal u ż-żgħażagħ jingħataw l-opportunità li meta jkunu f ’pajjiżna huma wkoll jirnexxu fil-qasam tal-edukazzjoni u jkomplu jimxu ’l quddiem bħal tfal oħra Maltin.
14
29.08.2021
INJEZZJONI MILJUNARJA
Bl-investiment ta’ €10 miljun mill-NDSF, infetħu ħames ber Mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura r-residenti f’14-il belt jew raħal lokali bdew igawdu minn kura primarja tas-saħħa usa’ u eqreb tagħhom, grazzi għal investiment multimiljunarju mill-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) f’daqstant bereġ imferrxin mal-pajjiż kollu. Fost dawn kien hemm l-inawgurazzjoni ta’ ħames bereġ ġodda, sa mill2018, b’servizzi li qatt ma kienu jingħataw qabel fil-lokalitajiet inkwistjoni. Il-lista teskludi wkoll il-bini taċ-Ċentru Reġjonali Vincent Moran fis-sit fejn kien hemm ilGrawnd ta’ Pacegrasso f’Raħal Ġdid, li għandu jkun lest fis-snin li ġejjin b’investiment ta’ €40 miljun, fosthom fondi Ewropej. L-istess mhux magħdud iċ-Ċentru tas-Saħħa ġdid li nfetaħ f’Settembru tal-2018 f’Ħal Kirkop u li qed jaqdi lil madwar 28,000 resident fl-istess lokalità u oħrajn fil-qrib, bħal Ħal Safi, iż-Żurrieq, Ħal Far, il-Qrendi, l-Imqabba, Ħal Luqa u Ħal Farruġ, li qabel kienu jinqdew biss miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana. Wara li fl-2017 l-NDSF għadda lill-awtoritajiet tas-saħħa s-somma ta’ €10 miljun, ġejjin mill-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment (IIP), dawn bdew jintużaw biex tinbidel radikalment il-politika żbaljata ta’ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti li jnaqqsu l-importanza tal-bereġ u ċ-ċentri tas-
saħħa, b’riżultat li kien fuq l-Isptar Mater Dei. Minn din l-injezzjon ti l-bereġ ta’ Ħaż-Żebbu Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun, ilGħaxaq u l-Gudja, waqt li Għawdex, Tal-Pietà, il-Fgu riċenti l-Kalkara għand darba. Nhar it-Tlieta filgħo mal-Kunsill Lokali, in fil-Kalkara, li se tkun qe tal-familja (GP) u infermi speċjalizzati tal-patoloġi fiżjoterapija, podjatrija, u Mitlub jikkummenta m l-investimenti kollha, idMinistru għas-Saħħa Chr sam tal-kura primarja m Gvern Laburista investa fi “Nemmnu li t-tluq ta jba għandha tkun fil-k aċċessibbli għaċ-ċittadin inkunu qegħdin insaħħu tal-isptar billi dan jiffoka jalizzati. Minbarra l-bere
29.08.2021
15
reġ ġodda u disgħa oħrajn ġew rinnovati fl-aħħar tliet snin
qed jintefa’ piż esaġerat kellna s’issa f’din il-leġiżlatura, għaddej ix-xogħol fuq numru ta’ bereġ oħrajn, fosthom berġa filni s’issa ġew rinnova- Belt Valletta u oħra f’Santa Luċija. Dan minbarra uġ, Ħ’Attard, Tas-Sliema, proġetti kbar oħrajn fil-qasam tal-kura primarja -Mellieħa, iż-Żurrieq, Ħal fosthom iċ-ċentru reġjonali tas-saħħa Vincent l-lokalitajiet tax-Xewkija, Moran f’Raħal Ġdid, xogħol strutturali maġġuri ura, Marsaxlokk u l-aktar fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira, u ċentru tas-saħħa dhom berġa għall-ewwel ġdid fir-Rabat, Għawdex,” tenna Mr Fearne. Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari odu, il-Gvern, flimkien Alex Muscat, li hu responsabbli mill-NDSF, qalilnawgura berġa ġdida na li “fi żmien meta s-servizzi tas-saħħa ta’ ħafna ed toffri servizz ta’ tabib pajjiżi qed ibatu minħabba l-effetti tal-pandemija, ier, flimkien mas-servizzi pajjiżna baqa’ jinvesti fil-faċilitajiet mediċi.” ija, tal-lingwa mitkellma, Hu tenna li minn qabel iż-żmien tal-pandemija, u tas-saħħa mentali. Malta kienet diġà qed tiffaċċa popolazzjoni anzjamill-KullĦadd dwar dawn na, li riżultat ta’ hekk toħloq aktar pressjoni fuq -Deputat Prim Ministru u is-servizz tas-saħħa. “Għalhekk inħolqot strateġiris Fearne qalilna li l-qa- ja li miżura ewlenija minnha kienet li tittaffa minn dejjem kien settur li l-pressjoni fuq l-Isptar Mater Dei billi tespanfih. di s-servizzi offruti fl-ibliet u l-irħula tagħna, a’ sistema tas-saħħa ta- b’servizz li jingħata b’mod mill-aktar aċċessibbli u komunità, fejn hi aktar ċentralizzat. L-investiment tagħna ta’ €10 miljun ni. B’dan il-kunċett ukoll għal dan il-għan minn fond li nħoloq speċifikau l-kura sekondarja, dik ment biex itejjeb l-għajxien tal-poplu inġenerali a aktar fuq servizzi speċ- hi parti mill-politika li emminna fiha mill-ewwel eġ ġodda jew rinnovati li ġurnata,”temm jgħid Muscat.
Ritratti: OMAR CAMILLERI, PIERRE SAMMUT, JEREMY WONNACOTT / DOI
GĦALL-KURA PRIMARJA
16
29.08.2021
IS-SUĊĊESSI MIKSUBA JISSARRFU F’RIEDA LI NWETTQU AKTAR
MARIO FAVA
President Sezzjoni Kunsilliera PL
Il-kunċett 100 idea telaq b’tifkira simbolika tal-100 sena mit-twaqqif tal-partit. Għalhekk hemm biss 100 idea ppubblikata u naċċertak li hemm ferm iktar ħsibijiet u ideat li qed jiġu studjati sabiex jigu implimentati wkoll fil-mument opportun. Dawn il-100 idea huma l-bażi ta’ djalogu u diskussjoni li qed issir dwar il-futur tagħna, ta’ pajjiżna u l-pajjiż li rridu fiż-żmien li ġej. Kif jista jara’ kulħadd, il-Partit Laburista sa mill-2013, qatt ma waqaf jiġġedded u dawn il-100 idea allura qed jagħtu wkoll garanzija u tama, li dan il-Partit fil-Gvern, se jibqa’ jġedded ukoll il-policies u l-politika ta’ pajjiżna f’diversi oqsma, fosthom; ekonomija, saħħa, Gvern Lokali, ippjanar, id-dinja tax-xogħol, l-industrija, l-edukazzjoni u oħrajn. Dan huwa eżerċizzju li jagħmel partit ħaj u allura Gvern ħaj u modern li jibqa’ jmexxi b’mod innovattiv u li jaħdem fil-ġejjieni. U dan mhux xi kliem sabiħ li wieħed jgħidu biex jiġbed in-nies lejh. Fl-aħħar xhur, rajna Prim Ministru li ħa diversi deċiżjonijiet u nbidel f’diversi oqsma mill-governanza sal-qasam soċjali u dak ekonomiku. U wieħed irid ifakkar li dan sar f’perjodu ta’ pandemija fejn bosta pajjiżi madwarna kienu taħt lockdown totali u għarkupptejhom. B’kuntrast, dan il-Gvern baqa’ għaddej bil-programm tiegħu filwaqt li ħa miżuri u deċiżjonijiet li żamm l-ekonomija għaddejja u għexieren ta’ eluf ta’ impjiegi. Għaliex qed ngħid dan? Qed ngħid dan għaliex dan kollu sar fi żmien ta’ kurrenti kontinwi u allura meta tara dan, bilfors tqawwi qalbek ta’ x’jista’ jagħmel ilGvern fi żminijiet normali. Għax jekk kellna l-kuraġġ li nwettqu dawn il-bidliet f’dawn iż-żminijiet, bla dubju se nkunu ferm iktar b’saħħitna biex nimplimentaw dawn il-100 idea li qed inpoġġu għad-diskussjoni quddiem il-poplu. Dan huwa Gvern li jemmen li ma’ dak li diġà wettaq, jista’ jwettaq aktar u qatt ma jkun kuntent bir-riżultati li jkun kiseb. Dan għax hemm rieda qawwija politika li pajjiżna u l-familji tagħa, jibqgħu mex-
jin ’il quddiem b’ritmu aktar mgħaġġel u qawwi. Il-medja u l-medjokrità mhux kliem li qegħdin fil-linja tal-ħsieb ta’ dan il-partit jew Gvern. Il-kliem l-aqwa u l-aħjar huma dawk li jixprunaw din l-enerġija kollha sabiex nassiguraw l-aħjar livell ta’ għajxien lill-familji tagħna. U għalhekk kien hemm djalogu wiesa’. Djalogu ma’ firxa wiesa’ ta’ nies minn kull sehem fil-ħajja. Djalogu miftuħ li wassal sabiex kien hemm diverġenzi fl-ideat li komplew sawru proġett interessanti u ambizzjuż. Dawn l-10 oqsma huma kollha importanti ndaqs u se jingħataw l-istess attenzjoni. Dan għaliex huma msawra fuq opinjonijiet differenti u għax ikkonsultajna u smajna. Ma kienx eżerċizzju għall-midja jew biex nidhru li għamilna xi ħaġa għall-100 sena mit-twaqqif tal-partit. Dan huwa partit li twaqqaf mill-ħaddiema għall-ħaddiema, min-nies għannies u allura għalhekk nifhmu x’inhuma verament il-bżonnijiet tal-familji Maltin u Għawdxin. Għax għall-Partit Laburista verament ħadd mhu għar-rimi u allura nemmnu li kulħadd għandu x’joffri u meta żżewwaq l-ideat tal-ħafna flimkien, joħorgu l-aħjar suġġerimenti sabiex il-prinċipji soċjalisti, dak li jitqassam il-ġid bejn kulħadd b’mod ġust, jipprevali. Dan huwa partit li f’dinja li qed tinbidel il-ħin kollu, jagħti assigurazzjoni ta’ ġejjieni aħjar, garanzija ta’ xogħol u fuq kollox impenn li jgħolli ’l fuq lil kulħadd. Il-bidliet li jagħmel il-Partit Laburista mhumiex bidliet ta’ konvenjenza iżda bidliet ta’ konvinzjoni, liema konvinzjoni ġejja mill-fatt li tassew nemmnu f’kull ħaddiem, kemm jekk hu ħaddiem tal-id, tal-moħħ, negozju jew professjoni. Dan huwa partit li ma jorqodx fuq is-suċċessi tiegħu iżda li dawk l-istess suċċessi jservu bħala inkoraġġiment sabiex niksbu iżjed. Huwa biss il-punt tattluq għal kisbiet ikbar.
Dan huwa partit li twaqqaf mill-ħaddiema għall-ħaddiema, min-nies għan-nies u allura għalhekk nifhmu x’inhuma verament il-bżonnijiet tal-familji Maltin u Għawdxin
Sur Editur, Ara mhux għax jien Laburist ħa ngħid hekk ta! Imma kemm nieħu gost nisma’ lill-Prim tagħna jitkellem. Għax meta jiftaħ ħalqu tkun taf xi Prim għandna. Meta jitkellem għid li se jħabbar xi ħaġa ta’ ġid għalina, xi ħaġa li se ngawdu minnha, jew xi ħaġa li bħala pajjiż inkunu għamilna progress. Bħal nhar il-Ħamis li għadda. Qalilna li l-istatistika uffiċjali turi li pajjiżna għandu l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja. Issa dan ir-rekord bil-ħidma tal-Prim ġie fi żmien meta ħerġin mill-effetti tal-pandemija ta. U dan meta kien hemm it-theddida ta’ 50,000 persuna mingħajr xogħol kawża tal-pandemija. Jiġifieri bejn Lulju tas-sena li għaddiet f’nofs pandemija u Lulju ta’ din is-sena l-qgħad naqas b’elfejn u nofs. Tihom Prim! Qed tara hux il-ħidma tal-Gvern tagħna mill-bidu tal-pandemija kemm swiet! Mela jiġu tal-PeeNee u jgħidulek li l-Gvern mhu qed jagħmel xejn. U morru komplu onħru, għax għalhekk tinqalgħu intom. X’ma jinżlilhomx l-ilma ma’ kuxxtejhom in-Nazzjonalisti! Għandna Prim sod Sur Editur! Dak li naf. U ara kemm hu Prim serju qalilna wkoll li hemm sfidi oħra li l-Gvern għandu r-rieda u l-kredibbiltà li jindirizzahom. Il-poplu llum rasu mistrieħa li dan il-Gvern huwa wieħed li jaħdem u jistinka biex jegħleb kull sfida quddiemu. Kontra l-kredibbiltà tas-Santo Subito, Jason Azzopardi u t-tribù kollu li jagħmel parti minnhom. Basta jippuntaw subgħajhom lejn tagħna, imbagħad ma jarawx dak li mgħerrqin fih. Mela tal-One sabu lil Jason u staqsewh dwar rigali li ħa mingħand ta’ Jurgen Fenech, jew kif il-mniefaħ jiktbu ismu. Mela dan Jason lejlet l-elezzjoni tal-2008, kien akkwista ballroom b’xejn fil-lukanda Hilton mingħand Fenech biex jagħmel coffee morning għal dawk li jarawh ħelu u jivvutawlu. U tal-One staqsewh dwarha din. Taf x’għamel dan is-Santo Subito, Sur Editur? Ma weġibx u beda jattakka lill-ġurnalist. Kemm hu gustuż hux? Imbagħad kompliet l-istorja ta’ meta mar fuq il-qabar ta’ Kristu wkoll. Sirna nafu li fil-mawra tiegħu fl-Iżrael u li fiha tħallsitlu kamra f’lukanda lussuża f’Tel Aviv mill-grupp ta’ Fenech, kien qalilhom biex iniżżluh bħala Mr Smith flok b’ismu proprju. Ajma xi ħlew, dan Mr Jason Azzopardi Smith! X’kull waħda wkoll! Issa jien dilettant sew tal-films, Sur Editur. U ġeneralment fil-films taf min juża l-isem komuni ta’ Mr Smith? Dawk li ma jkunux iridu jinqabdu li qegħdin f’xi lukanda għax ikunu qed jipprovaw jaħbu għalfejn verament qegħdin hemm. Issa Smith huwa wkoll isem ta’ film li kien ħareġ fis-sittinijiet, min għandu l-età tiegħi jaf liema hu l-film. Film Western kien, Sur Editur. Tal-Cowboys. U vera jixraqlu dan il-film ta’ lil dan il-Kawboj ta’ Malta! U ħallina Sur Jason Azzopardi Smith! Ma tiflaħx taqa’ aktar tan-nelħ milli qed taqa’. Anki lin-nies tiegħek stess qed iddardar. Naħseb għall-Coffee Monring li jmiss, mhux ballroom se jkollok bżonn mingħand ta’ Fenech, imma teħodhom għand ħanut tal-pastizzi, u tkunu komdi bid-distanza soċjali b’kollox. Ħa nerġa’ ndur fuq il-Prim tagħna, Sur Editur. Kemm naqbel miegħu meta qal li dan huwa Gvern li ħa u se jibqa’ jieħu d-deċiżjonijiet kollha li huma meħtieġa. Magħna tal-Labour in-nies jafu fejn qegħdin! U mela! U f’din is-sħana kollha tas-sajf u x-xogħol fil-pajjiż baqa’ għaddej b’ritmu li qatgħalhom nifishom. Ara fejn qatt saru proġetti ta’ infrastruttura daqskemm sar taħt il-Gvern tagħna! U l-kbir għadu ġej! Biss biss tara proġett kbir ieħor wara li tlestew il-flyovers tal-Marsa dak tal-proġett tas-Central Link, proġett kbir ieħor, li wasal biex jitlesta wkoll. U baqa’ għaddej it-tilqim, marelli 90% mlaqqma ta’ dawk eliġibbli! U sadanittant għaddejja ħidma fuq Baġit b’saħħtu ieħor għas-sena d-dieħla. X’differenza mill-partit tagħhom. Għad-dieħla!
17
29.08.2020
FEJN IRRIDU NARAW IL-PORT TAGĦNA?
JOSEPH BUGEJA Ċermen u Kap Eżekuttiv TM
Fejn irridu naraw il-port tagħna minn hawn u ħames, għaxar jew għoxrin sena oħra? Din hija mistoqsija li nistaqsi jien mal-kollegi tiegħi fi ħdan l-Awtorità u anke f’bosta laqgħat li jkolli ma’ numru ta’ stakeholders li għandhom x’jaqsmu mas-settur marittimu f’pajjiżna. Hija mistoqsija pertinenti ħafna u li żgur tqajjem diskussjoni għaliex kulħadd iħares lejn l-interess tiegħu, iżda bħala Awtorità responsabbli mill-Port il-Kbir flimkien ma’ Awtoritajiet oħra taħt it-tmexxija tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali rajna li nippruvaw niġbru flimkien dawn l-interessi kollha, li ġejjin minn kull rokna, u noħorġu b’viżjoni waħda ta’ kif il-port tagħna jista’ jibqa’ wieħed mill-isbaħ fid-dinja. Għaliex il-baħar għal stat gżira bħal tagħna huwa wieħed essenzjali u strateġiku. Il-Port il-Kbir huwa sors ekonomiku b’saħħtu għal pajjiżna għaliex fih għandek bosta industriji, minn dawk tal-cruiseliners għal ġarr ta’ merkanzija, minn servizzi
marittimi għal yacht marinas u bosta restoranti u attrazzjonijiet turistiċi. Dawn huma biss ftit mill-attivitajiet li jkollna għaddejin fil-Port għaliex apparti dawn hemm ħafna oħrajn li l-pubbliku inġenerali ma jinnotax. Iżda, li hu żgur huwa li din iż-żona hija waħda attiva u ħajja. Però l-għan tagħna huwa li din l-attività nkomplu nżiduha u fuq kollox naraw li filPort tagħna l-ispazju jkun utilizzat b’mod xieraq ħalli nilħqu l-potenzjal kollu. Kien għalhekk li matul l-aħħar xhur bdejna b’eżerċizzju importanti fejn qegħdin innaddfu l-Port tagħna minn bastimenti li tħallew mitluqa mingħajr ebda użu, bil-konsegwenza li kienu jieħdu spazju li jis-
ta’ jkun utilizzat ferm aħjar. Fost dawn, u li l-pubbliku kienu ilu jitkellem dwarhom, kien hemm r-riggijiet li kellna fil-Port u li kienu qed jiddisturbaw din il-veduta tant sabiħa. Iżda, wara intervent li għamilna għaliex dawn ir-riggijiet ma kinux qed jintużaw dawn telqu minn pajjiżna u llum jinsabu fil-Kroazja. Mhux biss, għaliex b’kollox fi ftit xhur intervjenejna fuq 26 bastiment. Dan kien il-punt tat-tluq. Però, il-viżjoni li nieda l-Ministru Ian Borg matul dan ix-xahar ma ġietx mix-xejn. Dan kien jinvolvi tliet snin ta’ laqgħat u studji ma’ esperti lokali u anke internazzjonali fejn flimkien irnexxielna nifformaw din il-viżjoni li hija bbażata fuq tliet pilastri ew-
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
lenin. Pjan għax-xtajta kollha tal-Port il-Kbir, l-użu tal-art fil-Marsa tal-eks Power Station u anke Wave Agitation Study Review. L-istudji li saru huma dettaljati ħafna, iżda l-għan tagħhom kienu li joħorġu bi strateġija waħda li tara li jinħolqu spazji ġodda għall-industriji tal-marittimu u dawk rikreattivi għall-familji Maltin u Għawdxin, issir riabilitazzjoni tas-siti storiċi, ikun hemm l-immodernizzar tal-infrastruttura eżistenti, l-użu mill-ġdid tas-siti li tħallew taħt abbandun għal snin sħaħ u t-tisħiħ tal-kummerċ, l-industrija marittima u dik rikreattiva. Din hija viżjoni li ma tistax issir millGvern biss, iżda hemm bżonn
li l-privat ukoll jinvesti. L-ewwel reazzjonijiet inizjali għal din il-viżjoni kienu pożittivi ferm, kemm mis-Sindki tal-lokalitajiet li jdawru l-Port il-Kbir kif ukoll mill-industrija fosthom, mill-Forum Marittimu Malti li fi ħdanu jiġbor il-maġġor parti tal-istakeholders ewlenin f’dan is-settur. It-triq hija twila, iżda aħna determinati li titwettaq u dan diġà bdejnieh hekk kif numru ta’ proġetti jinsabu għaddejjin filwaqt li hemm oħrajn li huma lesti u oħrajn li għadhom qed jiġu ppjanati. Determinati li l-Port tagħna jerġa’ jieħu l-glorja tiegħu biex inżommuh bħala wieħed mill-aqwa u mill-isbaħ portijiet mhux biss fl-Ewropa iżda anke fid-dinja.
18
29.08.2021
RIFORMA FIX-XANDIR NAZZJONALI Prova li huwa stazzjon miftuħ għal kulħadd Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Dan l-aħħar spiss konna qed nisimgħu dwar ir-riforma meħtieġa u li bdiet isseħħ fix-Xandir Nazzjonali. Il-PN kellu kritika li x-xandir talIstat huwa biss tieqa li xxaqleb lejn naħa waħda biss. Iddiskutejna mal-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela dwar dan u aktar. Xi tfisser għalik il-politika u għadek tħares lejha bħala missjoni li toħloq il-ġid jew iżjed ma jgħaddi ż-żmien saret iżjed diffiċli fil-ħajja tal-lum? Għadni nħoss l-istess entużjażmu ta’ meta kkontestajt l-elezzjoni l-ewwel darba. Qiegħed fil-politika biex inġib bidla għall-aħjar talpajjiż u tan-nies, speċjalment dawk li tawni l-privileġġ li nirrappreżentahom fil-Parlament. Mhux darba jew tnejn nirrifletti fuq għalfejn għażilt il-politika. U meta naħseb ftit, wara li nwarrab ir-rutina sfrenata, u l-ikrah tal-partiġjaniżmu żejjed, dejjem infakkar lili nnifsi fis-sabiħ li ġibidni lejha. L-opportunità li tagħmel bidla pożittiva u li ntella’ ’l quddiem il-weġgħat, l-inġustizzji, l-ideat u l-ħolm tan-nies li jagħżluni nirrappreżentahom fil-Parlament Malti huwa ideal kbir. Il-politika hija dwar il-ħeġġa, il-ħeġġa li twettaq u tgħin, hekk kont u hekk għadni nħares lejha. Iż-żminijiet jinbidlu, u dan nista’ verament nixhdu f ’dak li rajt tul il-25 sena li ili nservi fil-Parlament Malti. Kull perjodu politiku huwa differenti minn ieħor, u allura jġib miegħu sfidi differenti ta’ x’wieħed jaffaċċja. Ikollok żminijiet ta’ telf, fejn trid itejjeb biex tirbaħ ħalli twettaq il-politika li tixtieq tara fil-pajjiż u żminijiet ta’ rebħ li jkollok l-isfida li tkun dejjem l-aqwa verżjoni tiegħek innifsek. Nemmen li bħala politiċi rridu nibqgħu naħdmu b’viżjoni, id f ’id, u negħlbu l-isfidi u l-ostakli, biex nibqgħu naħdmu għan-nies li fdawna biex inġibu bidliet tajbin u pożittivi. Xi jdejqek l-aktar
fil-politika? Il-gideb. Il-gideb u l-malafami, li finalment iwasslu f ’attakki personali u familjari huma fost l-iktar li jdejquni fil-politika. Ma nistgħux nibqgħu sejrin, li jekk ma taqbilx ma’ partit politiku, jew ma’ individwu jew policy bilfors tkisser u tattakka, anki jekk f ’livell personali. Din mhijiex stil ta’ politika li twassalna għall-kisba tal-ġid f ’kull livell. Jiena nemmen f ’politika li permezz tagħha l-politiċi jsibu soluzzjonijiet u kompromessi. Imbagħad, fiċ-ċirkostanzi fejn il-qbil ma jistax iseħħ – dan isir b’rispett lejn xulxin. Kellek karigi diversi tul is-snin, mill-Oppożizzjoni għall-Gvern, Segretarjati u anki rwoli Ministerjali. Spjegalna ftit dwar dan. Ġejt elett għall-ewwel darba fl-elezzjoni ġenerali tal-1996 u bqajt niġi elett f ’kull elezzjoni sussegwenti. Fil-fatt f ’Ottubru li ġej, inkun ili 25 sena nservi fil-Parlament. Fis-snin bejn l-1996 u l-2013
servejt bħala Kelliem Ewlieni f ’diversi oqsma fosthom l-Edukazzjoni, l-Isport u l-Kultura. Malli l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni tal-2013, jien inħtart bħala whip tal-Grupp Parlamentari tal-Gvern u ftit wara wkoll bħala Kelliem Ewlieni talGvern. F’Diċembru tal-2014, imbagħad il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Joseph Muscat ħatarni għall-ewwel darba f ’kariga Ministerjali bħala Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Fl-2017
inħtart Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, filwaqt li l-Prim Ministru attwali, Robert Abela f ’Jannar tal2020 għoġbu jaħtarni bħala Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, liema kariga għadni nservi fiha sal-lum, fejn ir-responsabbiltajiet huma diversi fosthom ix-xandir pubbliku, l-implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali, il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, id-djalogu soċjali, fost oħrajn.
Xi tfisser meta qed ngħidu riforma fil-PBS? X’sar u x’hemm pjanat li jsir? L-ewwel u qabel kollox irridu ntejbu l-kwalità tal-istazzjonijiet kollha tal-PBS. Irridu naraw li l-produzzjonijiet li joħorġu minn TVM u issa minn TVMNews+ kif ukoll mir-radju, u l-online ikunu tal-ogħla kwalità. Bi kwalità nfisser ukoll iktar taħriġ u investiment fil-ħaddiema li naf kemm huma dedikati u li dejjem joħorġu bi prodott
Nemmen li bħala politiċi rridu nibqgħu naħdmu b’viżjoni, id f’id, u negħlbu l-isfidi u l-ostakli, biex nibqgħu naħdmu għan-nies li fdawna biex inġibu bidliet tajbin u pożittivi
19
29.08.2021
quddiem biex permezz tal-esplorazzjoni ta’ kollaborazzjoni mal-PBS, inkomplu nkabbru u nsaħħu r-relazzjonijiet mal-Istat tal-Vatikan. Kif tħares lejn il-kritika mill-PN dwar l-istazzjon nazzjonali?
superjuri. Hemm ħaddiema fi ħdan il-PBS li huma nies kapaċi jagħmlu produzzjonijiet ta’ kwalità tajba ħafna u għalhekk irridu nagħtuhom din l-opportunità. Irridu naġġornaw l-għodda li biha nittrażmettu għax nafu li t-teknoloġija qed tkompli timxi dejjem aktar ’il quddiem. Dan filwaqt li qed isiru wkoll riformi rigward kif titmexxa l-kumpanija fuq livelli maniġerjali u kummerċjali. Riforma li tħares ukoll lejn l-aċċessibilità tal-produzzjonijiet għall-membri mill-udjenza tagħna li rridu noffrulhom servizz aħjar bħal persuni neqsin middawl jew mis-smigħ. Din hi r-riforma li qed inwettqu – riforma ta’ kwalità, riforma ta’ aċċessibilità, riforma inklussiva, u riforma li tħalli lill-PBS f’sitwazzjoni finanzjarja b’saħħitha, li l-ħaddiema tal-kumpanija jkunu valorizzati dejjem iktar. Ftit ilu ġie ffirmat ukoll ftehim bejn il-PBS u l-MFA biex jibdew jixxandru żewġ partit diretti fil-ġimgħa. L-istazzjon nazzjonali
huwa tassew l-istazzjon ta’ kulħadd b’ingredjenti li jogħġbu jew jolqtu lil kulħadd? Se jkollna żewġ stazzjonijiet televiżivi iktar iffukati, TVM u TVMNews+,li jkunu distinti għax ikollhom identità, imma ugwali fil-prestiġju u l-importanza tagħhom. Stazzjonijiet li se jagħtu għażla lill-udjenza Maltija. Imma dan ma nistgħux ngħiduh bil-kliem biss, imma bl-azzjoni. Waħda minn dawn l-azzjonijiet kienet li nkomplu ninvestu fuq xandiriet li huma mitluba mill-pubbliku. Din is-sena u għas-snin li ġejjin, ġie maqbul mal-MFA biex minflok logħba waħda tal-kampjonat Premier, nuru żewġ logħbiet. Dan huwa biss eżempju wieħed u fl-iskeda tal-ħarifa ta’ din is-sena se tkun qed turi kif dak li qed ngħidu bilkliem tassew qed jitwettaq. Minn dixxiplini sportivi, li sa issa ma kinux qed jingħataw biżżejjed viżibilità, għal iktar ġrajjiet kurrenti u għażla vasta ta’ programmi li ċertament konvint li ser jolqtu
ħafna niċeċ ta’ udjenzi. Il-PBS qed jesplora possibbiltajiet ta’ kollaborazzjoni mal-Istat tal-Vatikan mill-aspett ta’ informazzjoni u edukazzjoni dwar il-Knisja Kattolika u r-rabta ta’ Malta mal-Vatikan. Spjegalna dwar dan. L-iskop ta’ dawn il-laqgħat kien li minbarra li nkomplu nsaħħu r-relazzjonijiet eċċellenti bejn iż-żewġ naħat, ikunu esplorati possibbiltajiet ta’ koperazzjoni anke għall-benefiċċju tal-poplu Malti u Għawdxi. Min-naħa tiegħu, il-PBS qed jesplora possibbiltajiet ta’ kollaborazzjoni mal-Istat tal-Vatikan mill-aspett ta’ informazzjoni u edukazzjoni dwar il-Knisja Kattolika u r-rabta ta’ Malta mal-Vatikan. Dan bħala parti mill-impenn tal-PBS li jsaħħaħ il-kuntatti li għandu ma’ entitajiet barranin fil-qasam tax-xandir bl-għan li jipprovdi produzzjonijiet għat-televiżjoni u r-radju lit-telespettaturi u lis-semmiegħa lokali. Inħares ’il
Fl-irwol tiegħi ta’ Ministru responsabbli mix-Xandir Nazzjonali, ħadt interess dirett biex din l-kumpanija jkollha direzzjoni għall-futur, tissaħħaħ kummerċjalment u fuq livell maniġerjali, iżda fl-istess waqt dejjem iddefendejt l-indipendenza tal-linja editorjali tal-PBS li għalija hija sagrosanta. Dan żgur ma nistgħux inqabbluh ma’ x’kien jsir qabel. Meta jitkellem dwar l-istazzjon nazzjonali, il-PN ma jista’ qatt ikun kredibbli. Ma jistax ikun kredibbli meta jikkritika dwar nuqqas ta’ bilanċ, u anki ndħil meta dan huwa l-istess partit li meta kien fil-Gvern, erba’ minn ħames ġranet matul il-ġimgħa kienu jkunu programmi mmexxija minn preżentaturi li kulħadd kien jaf l-affiljazzjoni politika tagħhom, u kif kienu jmexxu ċerti programmi. Jien nitkellem fuq il-fatti. Illum l-aħbarijiet m’għadhomx djarju ta’ dak li jkun qed jagħmel il-Gvern, kif kien jiġri qabel l-2013. Dak iż-żmien kull stqarrija li kien joħroġ Ministru kienet tkun fl-aħbarijiet. Illum mhux talli l-Oppożizzjoni tingħata l-ispazju tagħha imma anke s-soċjetà ċivili għandha spazju fl-aħbarijiet u fil-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti, xi ħaġa li ma kinitx tiġri fi żmien il-PN fil-Gvern. L-uffiċċju tiegħek kien ukoll ħabbar li f ’erba’ snin, il-Gvern wettaq 84% tal-miżuri tal-programm elettorali, għad baqa’ xi jsir? Kif għedt tajjeb int il-Ministeru tagħna huwa wkoll responsabbli mit-twettiq tal-manifest elettorali. Aħna ninsabu ftit xhur ’il bogħod minn tmiem il-leġiżlatura, għaldaqstant fuq manifest li kien ippjanat għal ħames snin sħaħ, qegħdin noqorbu lejn l-għeluq ta’ miżuri f ’oqsma diversi – u dan avolja l-pandemija setgħet affettwat ir-ritmu minħabba xogħlijiet u responsabbiltajiet mhux pjanati li ġew fuqna. Minn Ġunju tas-sena l-oħra sal-lum twettqu iktar minn 100 miżura. Insemmi l-infrastruttura, bit-twettiq tal-proġett tal-Junction tal-Marsa, Central Link u l-ġonna vertikali. Riformi
importanti fosthom fil-mod ta’ kif jinħatru l-President tar-Repubblika, il-Ġudikatura u l-Avukat Ġenerali, miżuri pożittivi favur is-sess sottorappreżentat fil-Parlament. Investiment b’saħħtu fis-servizz tas-saħħa - CT Scanners ġodda, Vital Signs Monitors, u t-tielet MRI unit, fost oħrajn. Tajna lura l-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa. Tkomplew ukoll l-aġġustamenti tal-pensjonijiet meta jidħlu fis-seħħ ftehimiet kollettivi ġodda. Dan kollu juri kif tabilħaqq dan huwa Gvern li jwettaq u Gvern għan-Nies. Proġetti u prospetti oħra għall-futur. Fejn jidħol id-dekasteru afdat lili mill-Prim Ministru, qed inħares li nkomplu naħdmu bis-saħħa, fosthom fejn għandhom x’jaqsmu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħaddiema. Smajna ħafna fuq il-ħolqien tax-xogħol li jwassal għall-ħolqien talġid, iżda importanti daqs ilħolqien tax-xogħol huwa li jkun hemm kundizzjonijiet adegwati tax-xogħol. Qegħdin naħdmu biex mill-iktar fis indaħħlu fil-liġi Maltija d-direttiva Ewropea dwar il-leave tal-ġenituri. Direttiva li trid tiddaħħal sa mhux iżjed minn sena oħra, iżda qed nagħfsu biex jingħalqu n-negozjati mal-imsieħba soċjali fil-Bord tar-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi biex din tiddaħħal qabel. Qed nesploraw ukoll ir-right to disconnect sabiex Malta tkun fost l-ewwel membri tal-Unjoni Ewropea li ddaħħal dan id-dritt. Qegħdin naraw ukoll l-aġġornament tal-wage regulation orders sabiex dawn ikunu jirriflettu r-realtajiet tal-lum. Finalment fuq livell Ewropew, qegħdin inkomplu niddiskutu direttiva proposta mill-Kummissjoni Ewropea dwar pagi minimi adegwati, fejn il-pożizzjoni ta’ Malta hija li filwaqt li din tista’ tiddaħħal, għandha tirrifletti r-realtajiet u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ kull pajjiż. Ser inkomplu wkoll insaħħu l-aġenzija Servizzi Ewropej f ’Malta, kif ukoll li nkomplu nwettqu r-riforma fl-istazzjon nazzjonali fejn fost l-oħrajn issa wieħed, irid iħares ukoll lejn l-operat tar-radju sabiex intejbu l-kwalità u s-servizz offrut lis-semmiegħa. Fuq bażi personali, inħares ’il quddiem li nerġa’ nikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss fuq it-tieni u t-tielet distretti elettorali.
20
29.08.2021
BASTIMENTI DIFFERENTI LI KIENU JITĦADDMU FIL-KORS MALTI Fl-intervista tal-Ħadd, 2 ta’ Mejju li għadda ma’ Liam Gauci, li hu l-Kuratur tal-Mużew Marittimu, hu rrakkuntalna li x-xambekki kienu jinħadmu kemm f’Malta kif ukoll barra. F’Malta kienu ‘jinbnew’ wara l-Isla, b’injam li jkun tnixxef sew fil-baċir ta’ Kordin. Qalilna wkoll li x-xambekki kienu l-aqwa opri tal-baħar għall-ħidma tal-kors u d-difiża ta’ pajjiżna. Illum se nkomplu nittrattaw dan is-suġġett u nsiru nafu b’tipi ta’ bastimenti differenti oħra, li kienu jintużaw għall-priża fil-kors. Minn CHARLES B. SPITERI Liam, insibu xi tagħrif fuq xambekk li nħadem barra pajjiżna? Fl-1785, nafu li kien hawn fostna x-xambekk bl-isem ta’ Santissima Famiglia, li nħadem f’Messina. Minkejja li fuqu kien hemm tmien kanuni, kien jitħaddem għall-attività merkantili u l-armamenti li kellu fuqu kienu jintużaw biss f’każ ta’ xi attakk mill-kursari Misilmin u biex jiddefendi ruħu minnhom. Xambekki oħrajn li jintużaw għall-kors, kienu jinkrew lil min ikun irid jaħdem. Għalhekk, fl-1776 insibu li Adriano Grech kera xambekk lill-Kaptan Leopoldo Desira u lill-Kaptan Salvatore Fabri, biex iwettqu l-kors tul dik is-sena. Dan ix-xambekk inkwistjoni kien ikun sorġut fix-xatt tal-Isla. Il-pjan tal-kaptani kien li jikruh għal erba’ xhur, bi ħlas ta’ 150 skud fix-xahar. Fil-fatt, il-Kaptan Desira telaq minn Malta f’Mejju tal-1777 abbord xambekk u dan jirriżulta minn bandu maħruġ biex jinforma lill-ekwipaġġ li kellu abbord jaċċertaw li jkunu fuq il-bastiment fi żmien 24 siegħa. Madankollu ma għandna l-ebda referenza jekk kienx l-istess xambekk li jissemma’ fil-kuntratt li sar bejn Grech u l-Kaptan Fabri. X’setgħet kienet ir-raġuni li s-Santissima Famiglia nkera minn żewġ kaptani? Peress li bħala bastiment għall-kiri, ix-xambekk kien ikun aktar għoli fil-prezz minn galjotta, kultant kienu jindaħlu żewġ kaptani għall-kiri tiegħu. Dawn ma kinux l-uniċi żewġ kaptani li għamlu dan. Insibu li l-Kaptani Preziosi u Cumbi, għamlu l-istess fl-1779; il-Kaptan Giorgio Mitrovich u l-Kaptan Giovanni Gera ssieħbu biex krew xambekk fl-1787. Imbagħad kellna kaptani li dderiġew weħidhom,
Mudell ta’ frejgata ta’ tmiem is-seklu 18, li hemm fil-Mużew Marittimu Malti
bħall-Kaptan Lorenzi fl-1777 u l-Kaptan Domenico Pastorfido. Tajjeb jingħad li x-xambekk kellu karattestiċi differenti għat-tħaddim tiegħu mill-galjotta u l-felukka. Kienu jkunu aktar faċli l-vjaġġi bix-xambekki?
snin biss wara nsibu li Lorenzi ħataf hu nnifsu, xambekk minn Rodi, li ħaddmu b’membri tal-istess ekwipaġġ tiegħu, taħt il-kmand tal-Kaptan Pietro Calderini. Madankollu nistgħu ngħidu li x-xambekk kellu bosta karatteristiċi simili għal bastimenti oħra, tant li f’verbal, il-Kaptan Lorenzi nnifsu kien stqarr mal-uffiċjali f’Lazzarett: “Se nsalpa mill-port ġenerali ta’ Malta bil-brigantin tiegħi, li hu magħruf ukoll bħala xambekk.” Din il-konfużjoni tista’ tkun spjegata billi l-brigantin u xambekk żgħir għandhom l-istess karatteristiċi.
Mhux dejjem. Insibu li fl-1779 ix-xambekk tal-Kaptan Preziosi kellu jsib port sigur wara li kien ilu ftit jiem biss fil-baħar. Ir-raġuni kienet li l-bastiment kien ħafif wisq fuq il-mewġ. Għalhekk, fil-Port Suleiman, il-Kaptan ta l-ordni li xi għassiesa biex jinżlu l-art u jispjunaw fuq l-inħawi. Wara bagħat felukka għall-ilma. Sadanittant, baħrin taħt il- Għar-rigward tal-kursari kmand tan-nocchiere, għab- Maltin, x’kienu jippreferu bew materjal tqil fuq ix-xambekk biex jistabbilizzawha.
minn dawn il-bastimenti, fix-xogħol tagħhom? Il-kursari Maltin kienu jippreferixxu x-cherlenghicco u lilu l-iktar li kienu jħaddmu, għalkemm dawn il-bastimenti qatt ma nbnew f’Malta. Kienu meqjusin bħala l-aqwa għall-kummerċ u fost l-ikbar bastimenti merkantili fil-Lvant. Skont Caruana Curran, fil-perjodu bejn l-1787 u l-1798, kien hawn mill-inqas erba’ cherlenghiccs jaħdmu minn Malta. Bastiment simili kien ikollu ekwipaġġ ta’ madwar 130 raġel. Minn fejn kienu jġibuhom dawn il-bastimenti? Ix-cherlenghiccs
kienu
jitħaddmu mill-Maltin wara li l-kursari jaħtfuhom meta jkunu fil-baħar. Kienu bastimenti li l-aktar li jintużaw kien għall-ġarr tal-merkanzija. Skont Caruana Curran, matul il-perjodu 1787-1798, kien hawn xejn inqas minn erba’ minnhom imħaddmin mill-kursari Maltin. Qabda ta’ bastiment simili kienet dik li għamel Lorenzo Stafrag, fil-bidu tal-1791, f’attakk għal għarrieda waqt li kien moħbi fil-port tal-gżira ta’ Pellerizzo. Wara li Stafrag hedded li jiftaħ in-nar tal-kanuni tiegħu, il-kaptan Grieg ċeda x-cherlenghicco li kien ta’ merkanti Torok. Biex juri lill-għadu tiegħu li kien se jieħu l-kontroll talpriża li qabad, Stafrag ta n-nar lill-galjotta tiegħu fl-istess port
It-Torok kellhom ukoll xambekki għall-priża tagħhom? Iva, u nsibu li f’Lulju tal-1778 il-Kaptan Lorenzi kien infurmat li t-Torok kienu qed jarmaw żewġ xambekki speċifikament biex jaħtfu lilu. Iżda sitt
Peress li bħala bastiment għall-kiri, ix-xambekk kien ikun aktar għoli fil-prezz minn galjotta, kultant kienu jindaħlu żewġ kaptani għall-kiri tiegħu
21
29.08.2021
kull bastiment ieħor tal-gwerra, kienet l-aktar ideali fl-użu tagħha. Fl-1792, N.C. Romme ddeskriva l-frejgata bħala bastiment tal-gwerra bi gverta waħda b’bejn 20 u 50 kanun. L-armar tagħha hu l-istess bħal ta’ bastimenti oħrajn, li jkollhom aktar minn gverta waħda. Fir-realtà l-kelma frejgata tfisser bastiment li jiġri ħafna, aktar minn kull tip ta’ bastiment ieħor. Din hi r-raġuni li meta bastiment kbir ikun kapaċi jiġri, jgħidu li qisu frejgata.
Dehra ta’ kif kien jidher xambekk
Għandna xi idea ta’ kif kienet tkun frejgata? Iva. Eżempju tipiku ta’ frejgata ta’ 26 kanun, tinsab fil-Mużew Marittimu Malti. Dan il-mudell jaf jirrappreżenta frejgata tal-kursari. L-ebda frejgata tal-Ordni ma kienet tkun armata b’inqas minn 40 kanun, u dawk b’26 kienu jintużaw biss mill-kursari f’Malta. Għalhekk, dan il-mudell jaf ikun ta’ waħda privata, ikkummissjonata f’pajjiżna. Mela l-kursari f’Malta kellhom għażla mhux ħażin fil-bastimenti li jagħżlu għal ħidmiethom.
u lesta x-cherlenghicco biex isalpa lura bih għal Malta. L-użu ta’ bastimenti simili mill-kursari Maltin jaf jixhed li l-baħar tal-Lvant kien mimli bil-qxur tal-kursari u meta jinqabdu minnhom, kienu jiġu modifikati bħala bastimenti kummerċjali li kapaċi jservu għall-priża. Kif qed tgħid int Liam, il-baħar kien miżgħud b’kull qoxra tal-kursari, għax naturalment dak iż-żmien kien hemm il-‘corvettes’ ukoll, hux hekk? Il-corvettes kienu klassi oħra ta’ bastimenti mħaddmin mill-kursari. Dawn kellhom vantaġġ għax kienu jitħaddmu kemm bil-qawwa tal-imqadef kif ukoll bil-qlugħ. Fl-1795 il-corvetta ta’ Felice Micallef kellha fuqha 26 kanun u ekwipaġġ ta’ 110 irġiel abbord. Corvettes simili tħaddmu wkoll mill-Ordni fis-seklu 18 u ntużaw biex jilqgħu għall-bastimenti ħfief tal-kursari tal-Afrika ta’ Fuq. Jiġifieri liema kien l-akbar bastiment li nsibu f’dak iż-żmien? L-akbar bastiment kien il-frejgata, jew kif ħafna jirriferu għaliha bħala l-vaxxell. Wisq probabbli, li xi persunaġġ ikun jikkmanda frejgata kien ikun l-akbar unur tal-kursar, għax bastiment bħal dan
kien jintuża mill-qawwiet internazzjonali ta’ dak iż-żmien fil-qawwiet navali tagħhom. Fl-1788, il-Kaptan Lorenzi kien imexxi frejgata li tħaddmet minn madwar 230 persuna abbord u li fuqha kellha 54 kanun. Fl-1783 reġa’ kien fil-kmand ta’ vaxxell, b’xambekk miegħu bħala bastiment anċillari. Anki l-Kaptan Leopoldo Desira kellu f’idejh frejgata lejn l-aħħar tal-1770. U fl-1791, il-Kaptan Michele Picasso kien il-kmand ta’ frejgata, meqjusa bħala piccolo vaxxelo,b’ekwipaġġ ta’ 130 persuna abbord. Insibu xi dettalji fuq il-bini ta’ dawn il-frejgati? Aħna xxurtjati li għandna dokument interessanti ferm, li jinsab fil-Banca Giuratale fl-Imdina u li jixħet dawl tajjeb fuq hekk. Minnu jirriżulta li ċertu Angelo Gonzi, li kien jiżbogħ il-bastimenti, kien imwissi severament għax ma kienx lesta x-xogħol li tqabbad għalih filħin. Dan ix-xogħol li kellu jsir sa żmien miftiehem, kien tħallas mill-Konti Giacomo de Coreil. Il-kummissjoni lil Gonzi kienet tobbligah jiżbogħ frejgata u l-fatt li naqas jagħmel dan, ħallielna stampa kkulurita ta’ kif kienet tkun miżbugħa frejgata mħaddma fil-kors dak iż-żmien. Id-dokument jipprovdilna wkoll sensiela ta’ tagħrif fuq il-komponenti varji tagħha. Tiskanta kif kultant, kawża
legali tfornina bid-dettalji essenzjali li jirrigwardaw il-bastimenti tal-kursari fi tmiem is-seklu 18. Minn dan it-tagħrif nafu li fuq nett tal-gverta tal-poppa, kienet tinżebagħ lewn isfar, waqt li l-qiegħ tagħha u l-arblu tal-bandiera, kienu jinżebgħu suwed. Il-pulena (dik l-istatwa fuq quddiem) kienet tingħata kulur lewn il-laħam, waqt li d-dettalji kienu jinżebgħu bl-isfar u l-iswed. Is-saqaf tal-gabina prinċipali kien jinżebagħ griż. L-arbli l-oħra kollha kannella, l-istess bħall-mejda l-kbira. Minn ġewwa, il-bastiment kien ikun miżbugħ aħmar, bħalma kienu jinżebgħu t-30 karru tal-kanuni, waqt li l-kanuni nfushom jingħataw żebgħa sewda. Ħomor ukoll kienu jinżebgħu l-fire trays, it-tmun tal-bastiment u l-lanterni tas-sinjali. L-apparat għas-sejħat kien jinżebagħ aħdar u l-lanterna fuq wara, kien ikollha lewn isfar bi tberfil iswed. Il-lanċa tal-frejgata wkoll kien ikollha lewn isfar bi tberfil iswed. Bil-ftehim li kien sar, jirriżulta li Gonzi kellu jagħti żewġ passati żebgħa. Il-frejgata setgħet titqies bħala bastiment għall-battalji, għalkemm ġeneralment qatt ma ntużat għal din il-ħidma. F’dan l-istess perjodu, l-Ordni ta’ San Ġwann kellu tliet frejgati tiegħu, għalkemm l-ebda waħda ma kienet tal-kobor ta’ dik kapinata minn Guglielmo
Lorenzi. Dawn il-frejgati, kienu vijabbli biex jitħaddmu, jew kienu jeħtieġu flus kbar? Jekk inħarsu lejn tmiem is-seklu 18, meta wieħed iqis li l-kors beda jbatti, kien fadal individwi privati u kavallieri li jifilħu jinvestu l-kapital tagħhom fil-bastimenti tal-kors. Bħala magna tal-gwerra, il-frejgata baqgħet dejjem armata, imħaddma u mgħammra tul il-perjodu meqjus bħala irrelevanti għall-kors u dawk li ħadmu f’dak iż-żmien kienu xhieda tal-importanza tagħhom fl-industrija tal-gżira. Meta fl-1798 f’Malta daħlet in-navy tar-Repubblika Franċiża, kien għad hawn minn dawn il-frejgati privati, iżda sfortunatament ma nafux x’sar minnhom. Li hu żgur hu li aktar tard, il-frejgati kienu bastimenti mfittxijin minn kull navy. Id-dnub hu li ma nafux x’għamel il-Ġeneral Napuljun Bonaparte b’dawk il-frejgati li kien hawn Malta. Il-frejgati kellhom xi ħaġa li tiddistingwihom minn bastimenti oħra? Skont id-deskrizzjoni li ħallielna D. Lescallier fl-1777, insibu li l-frejgata kienet ideali biex taħtaf il-priża, tivvjaġġa fliqsar żmien possibbli, twassal l-għajnuna u tipproteġi l-bastimenti l-oħra. Terġa’, minn
Mhux hekk biss, talli kellhom aktar għażliet milli naħsbu. Wieħed irid isemmi lill-isacoleva Levantina, li kienet popolari mal-merkanti Griegi. Bastiment minn dawn kien inqabad minn Giuseppe Grech fl-1794. Hu dam jiġri warajh jum sħiħ u meta finalment irnexxielu jilħqu, sab li abbord kien hemm baħrin Griegi biss. Huma qalu lill-ekwipaġġ li kien hemm passiġġier Tork, li hekk kif ra lill-kursari Maltin, qabeż ilbaħar u ħarab. Bla telf ta’ żmien, Grech talab lill-baħrin Griegi jingħaqdu miegħu u jħaddmu conserva, jiġifieri ħidma bejn iż-żewġ bastimenti. Imbagħad insibu bastiment ieħor tal-Lvant; il-Londra, li f’xi żmien intuża mill-Maltin, għax għandna xhieda li fl-1791 il-Kaptan Giuseppe Briffa kien filkmand ta’ Londra. Kien jinstab ukoll il-Pink, tip ta’ bastiment reġistrat għall-ħidma kompluta tal-kors. Dan kien tħaddem mill-Kaptan Giuseppe Grech fl-1794. Il-Pink kien ħafif ferm u ideali biex jaħrab mill-bastimenti Torok. Fis-7 ta’ Awwissu 1794, karavella Torka ntlemħet mill-Kaptan tal-Pink. Dan ordna li s-sapun li kien inqabad bħala priża aktar kmieni, jintefa’ l-baħar u jsir qdif ukoll bl-imqadef. B’hekk ħarbu milli jinqabdu. Għall-kors kien hemm bastiment ieħor, il-Pollacca. Il-Kaptan Giuseppe Camilleri kien imexxi bastiment simili fl-1797, meta nsibu waħda mill-aħħar kampanji li tħaddmet taħt il-bandiera tal-Ordni.
22
29.08.2021
MARIO L-PANZER
IĠEMMA’ ĠUGARELLI MINN TAS-SNIN 80 U 90 Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Fid-dinja kulħadd b’xi delizzju. Min m’għandux aktarx li tkun aktar diffiċli biex jgħaddi l-ħin tal-ġurnata. Min-naħa l-oħra kull delizzju fih passata ta’ ħin tajba għal dik il-persuna li tkun interessata. Dan l-aħħar sirt naf b’ġuvni li l-hena tiegħu li jġemma’, ifittex u jiġbor ġugarelli minn tas-snin 80 u 90. Qed nirreferi għal Mario Mallia magħruf aktar bħala l-Panzer. Għandu 35 sena, joqgħod is-Siġġiewi u jaħdem ġewwa pompa tal-petrol fis-Siġġiewi stess u l-passatemp tiegħu apparti l-gym, il-mużika u jiżbogħ il-mudelli, huwa wkoll kollezjonist kbir tal-ġugarelli. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem li jipprova jpoġġi tbissima fejn ma teżistix. Għalkemm il-ħajja iebsa immens, dejjem jipprova jżomm pożittiv, iħobb idaħħaq u jallegra lil dak li jkun u fl-istess ħin huwa wkoll gentle giant. Mistoqsi kemm ilu jġemma’ dan kollu, u x’kienet dik li ħajritu jibda din il-kollezzjoni, weġibni: “Minn dejjem kienu jogħġbuni l-ġugarelli minn meta kont żgħir, imma qishom dawn l-aħħar tmien snin li erġajt xgħelt il-fjamma ta’ dan id-delizzju. Tista’ tgħid sirt pro fuq ħafna tipi ta’ ġugarelli tassnin 80 u 90. Dan id-delizzju kiber miegħi, u proprjament bdejt b’dan id-delizzju għax ifakkarni fi żmien it-tfulija. Żmien li kien ferm sabiħ,”
beda jgħidli. Iqatta’ l-ħin kollu ta’ ħajtu għall-passatemp Mistoqsi xi kemm iqatta’ ħin għal din il-kollezzjoni tiegħu u b’liema mod jiddedika l-ħin ta’ rilassament għalih, Mario stqarr miegħi li jqatta’ l-ħin kollu ta’ ħajtu. “Waqt li nkun barra xogħol dejjem infittex, inħuf u nitkellem fuqu u niddedika l-ħin ta’ rilassament eżatt xħin nirfes mill-għatba ’l ġewwa taddar għax kull fejn tmur dejjem ser issib xi ġugarell jew kollezzjoni li tagħtini sodisfazzjon enormi.” Peress li l-kollezzjoni ta’ Mario tmur lura ħafna fissnin, ridt inkun naf minn fejn l-aktar li jiddobba affarijiet għall-kollezzjoni tiegħu. “Insib ħafna affarijiet lokali. Illum għandna l-faċilità tal-internet, allura hawn ħafna gruppi tal-ġugarelli barra minn Malta u ebay, imma Malta nsib ħafna wkoll mingħand kollezjonisti jew nies oħra.” Bħala kollezzjoni Mario mitfugħ l-aktar fuq ninja turtles, puffi, masters of the universe, ghostbuster, star wars, Robocop, street sharks u ġugarelli li ħarġu fis-snin 80. Ridt inkun naf x’sodisfazzjon tagħtih din il-kollezzjoni sħiħa tiegħu. “Is-sodisfazzjon li tara kollox organizzat sabiħ u kollezzjoni tikber hi sodisfazzjon ta’ bla kliem. Tħares lejhom u titbis-
sem qisu achievement kbir talħajja li jien qed nibni bil-mod ilmod. Sodisfazzjon li xħin tidħol ħdejn il-kollezzjoni u l-ġugarelli tidħol ġo fantażija temporanja taż-żmien sabiħ li mhu ser jerġa’ jiġi qatt.” Ridt inkun naf ukoll xi kemmil oġġett għandu b’kollox f’din il-kollezzjoni u fejn iżommhom. Fil-fatt, Mario stqarr miegħi li ma jafx bl-eżatt, però hemm eluf ta’ oġġetti. Staqsejtu wkoll jekk qatt ikkunsidrax li jiftaħ mużew għall-pubbliku. “M’għandix ħsieb li niftaħ mużew. Din għalija hija kollezzjoni personali li nixtieq nżommha għalija u għall-fantażija tat-tfulija tiegħi.” Mistoqsi x’inhu l-aktar oġġett għal qalbu u li forsi ħalla impatt sħiħ fuqu mill-kollezzjoni kollha tiegħu, Mario weġibni: “Huma tnejn l-affarijiet li għandi għal qalbi. IlKrang Android Body Tan 1990 Ninja Turtle u t-echnodrome tan-Ninja Turtles. Huma għal qalbi immens għax huma ta’ relikwa għall-kollezzjoni tan-ninja turtles u għal kull kollezzjonatur globalment.” Kollezzjoni li ġġib nostalġija lil ħafna Immaġinajt li l-kollezzjoni tiegħu ġġib ħafna nostalġija għal xi persuni u għalih innifsu. Fil-fatt hekk hu, għax miegħi stqarr li hija kollezzjoni
li ċert li ġġib nostalġija lil ħafna. “Inġemma ġugarelli li ħafna Maltin ta’ żmieni u anke t’issa jiftakru. Nostalġija kbira ħafna ta’ kull tfulija ta’ kull individwu. Fejn qabel kont tara tfal jiġru barra bil-ġugarelli, jilagħbu, ipartu u dejjem juru l-affarijiet ġodda li xtrawlhom il-ġenituri.” Mhux hekk biss, iżda Mario huwa wkoll meqjus bħala wieħed mill-ikbar kollezzjonisti tal-puffi f’Malta. Fil-fatt, għandu aktar minn elf oġġett tal-puffi. Kompla jgħidli li tista’ tgħid kull ħaġa li għandu huma kollha affarijiet li ra fuq it-televixin meta kien żgħir, kemm cartoons u anke films. “Dak iżżmien ma kienx ikollna internet, Facebook u mobiles, allura l-iktar ħaġa li konna nsegwu kienu t-televixin u l-video cassettes, VHS li konna nixtru u narawhom għal mitt darba.” Kollox ma’ kollox, għal Mario din il-kollezzjoni hija ħaġa sabiħa immens u ta importanza enormi f’ħajtu. Fil-fatt, hija fantażija li taqtgħu mill-ħajja u mid-dinja ta’ kuljum. Anzi jazzarda jgħid li hija nostalġija mill-aqwa ta’ żmien ferm isbaħ minn tal-lum. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Għalija iva hi ta’ importanza kbira. Din il-kollezzjoni għenitni b’ħafna modi wkoll f’ħajti apparti li naħseb fi żmien fejn iva kien ħafna isbaħ minn tallum... Affarijiet li jġibu l-għaqda, ferħ, għaqda familjari. Din
il-kollezzjoni teħodni f’memorji tat-tfulija u żgur mhux lili biss, imma lil ħafna. X’hemm isbaħ milli bniedem jiftakar f’mumenti sbieħ f’ħajtu li kellu fit-tfulija u dawn it-tip ta’ kollezzjoni huma t-time machine għal dak iż-żmien.” Barra dan kollu, Mario jagħmel ukoll cosplay, anke fuq il-karozza tiegħu li hija mixħuta fuq stil ta’ ghostbusters. Għall-benefiċċju tal-qarrejja, stedintu jispjega x’inhu eżatt cosplay. “Cosplay hija ħaġa veru bis-sens. Huwa meta ħafna cosplayers li jilbsu ta’ karattru favorit tagħhom jista’ jkun anime, films, cartoons, logħob, u ġugarelli, jiltaqgħu f’convention kbira hawn Malta ssir wkoll Malta Comic con u għal weekend sħiħ dawn jgħixu l-ħajja tal-karattru favorit tagħhom, fil-każ tiegħi bħalissa tal-ghostbusters.” Fl-aħħar nett, stedint lil Mario sabiex iħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Dejjem għamlu li tħobbu, ħobbu kull kollezzjoni u kunu dejjem kburin b’dak li intom iġġemmgħu. Tistħi qatt turi għax la dik il-kollezzjoni tagħtik sodisfazzjon, sinjal li int kuntent b’li għandek. Għalhekk m’għandek qatt tistħi turi dak li jagħmlek kuntent f’ħajtek. Jien ġuvni ta’ 35, nittrenja, fini persuna u nġemma’ l-ġugarelli – allura - jalla dejjem tkunu kuntenti b’dak li għandkom,” temm jgħid.
08.11.2020 29.08.2021
23
SKEDA ONE 06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:35 11:38 12:13
12:30 12:40 12:45 13:00 14:00 15:00 15:20 15:30 15:35 17:35 18:30
ONE News Teftif Telebejgħ Redlands Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta Primetime Preview ONE News Espresso Flimkien ma’ Nancy Pjazza
19:17 Tentufiet TNEJN 19:20 ONE Sports 30-08 & Temp 19:30 ONE News 20:07 Primetime Preview 20:15 Pajjiżi 20:30 Dak kien żmien?! 21:00 Cash Ride 22:29 Division 7 23:30 ONE News
06:15 ONE News 06:47 Moda l-istorja 07:15 ONE News 07:30 Durella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Il-kostruzzjoni 10:30 Mad-Daqqa t’Għajn 11:20 Tentufiet 11:50 Durella
12:10 12:30 12:40 12:45 13:00 13:55 14:47 15:30 15:35 17:37 18:10
Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Redlands Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta
18:30 19:14 19:16 19:30 20:07 20:15 21:00 22:00 22:29 23:30 23:45
06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:36 12:14
12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:35 18:07 18:30
ONE News Teftif Teżori Redlands Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ħabrikt Pjazza
19:13 Tentufiet ERBGĦA 19:20 ONE Sports 01-09 & Temp 19:30 ONE News 20:08 Primetime Preview 20:18 Pajjiżi 20:30 Melodija Taljana 21:00 Tonight 22:23 Division 7 23:40 ONE News
06:15 ONE News 06:45 Tul il-Kosta Maltija 07:15 ONE News 07:30 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:16 Telebejgħ 10:08 The Local Traveller 10:45 Pink Panther 11:30 Ħabrikt
12:07 12:30 12:35 12:48 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00
Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Redlands Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Moda L-Istorja
18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 22:30 23:30 23:45
Pjazza Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Pirotekniċi Division 7 ONE News Division 7 - ikompli
06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:00 10:00 10:30 11:30 12:10
ONE News Niftakru ONE News Durella Il-Quddiesa tal-Jum Pjazza Telebejgħ Melodija Taljana Indhouse Taste & Travel Ulied Maltin
12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00 18:30
ONE News Teftif Teżori Redlands Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Il-Kostruzzjoni Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:15 20:30 21:00 22:00 22:30 23:30
ĠIMGĦA Tentufiet ONE Sports 03-09 & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Country Jamboree Mad-Daqqa t’Għajn Tentufiet Division 7 ONE News
06:15 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 ONE News 07:30 Durella 07:50 Teżori 08:00 Il-Quddiesa tal-Jum 08:32 Teftif 08:32 Better Living 09:30 Ħabrikt
10:00 10:26 10:30 11:30 12:30 12:35 12:45 13:36 15:00 15:30
Telebejgħ Pajjiżi Flimkien ma’ Nancy Mad-Daqqa t’Għajn ONE News Teftif Klassi Għalina Taste & Travel Ieqaf 20 Minuta ONE News
15:35 16:26 16:55 17:35 19:20 19:30 20:05 20:30 21:00 23:30
Fish on Moda L-Istorja Melodija Taljana Pirotekniċi ONE Sport & Temp ONE News Music Legends Ħabrikt Hazzzard One News
06:15 06:45 07:15 07:30 07:40 08:00 08:40 10:00 10:50
11:50 12:30 12:35 12:45 13:42 14:00 15:00 15:30 15:35
Reboot ONE News Teftif Klassi Għalina Teżori Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Ondroad
15:35 19:20 19:30 20:06 20:33 21:13 22:08 23:40
Arani Issa One Sport & Temp ONE News Niftakru Attività Politika Cash Ride Tonight One News
ONE News Il-Kostruzzjoni ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Country Jamboree Better Living Tul il-Kosta Maltija Ulied Maltin
TLIETA 31-08
ONE News Country Jamboree ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak Kien Żmien?! Flimkien ma’ Nancy Moda L-Istorja Ulied Maltin
ĦAMIS 02-09
SIBT 04-09
ONE News Dak kien Żmien ONE News Duurella Ħabrikt Il-Quddiesa tal-Jum Paper Scan Attività Politika Indhouse
Pjazza Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Fish on Follow Up Niftakru Division 7 ONE News Division 7 - ikompli
ĦADD 05-09
24
29.08.2021
reċensjoni tal-ktieb
THE PATIENT IN HOSPITAL ZERO Ħareġ, kwiet kwiet, fil-bidu tas-sajf imma sar wieħed mis-suċċessi ta’ qari bla mistenni. Jismu The Patient in Hospital Zero, u kif jindika l-isem huwa bl-Ingliż, minn awtriċi Maltija: Ramona Depares. The Patient in Hospital Zero – pubblikazzjoni Merlin Publishers – jirrakkonta għadd ta’ stejjer li jesploraw il-lat aktar oskur tal-umanità, u dak iddell bejn id-dinjiet li jħallik inċert intix fid-dinja, magħrufa, “tagħna” jew f’waħda simili imma ftit differenti wkoll minn tagħna. Niltaqgħu ma’ tfajla li daħlet l-isptar għal operazzjoni, imma hi u tirkupra tinduna li l-isptar spiċċa maqtugħ mill-bqija tad-dinja. Fuq barra, hemm pandemija li ħakmet id-dinja u fl-isptar qed jiġru affarijiet strambi ħafna. U intant ma jidher ħadd, la barra u wisq inqas ġewwa l-isptar. Niltaqgħu ma’ sewwieqa li jitfaċċa xi ħadd f’ħajjitha li jġibilha ħafna risq, imma b’konsegwenzi terrifikanti. Niltaqgħu wkoll ma’ mara sinjura, li tibda bil-mod il-mod tirrealizza li l-akbar periklu ġej, mhux mill-mostri (forsi aljeni?) li qed jassedjaw il-belt, imma minn ġewwa … Ramona Depares, ġurnalista magħrufa u awtriċi tal-ktieb Beltin: Stejjer minn nies minsija li kien il-bestseller tal-2019, did-darba daret għall-Ingliż biex tirrakkonta dawn l-istejjer, ftit tal-biża’, ftit inkwetanti, b’elementi jvarjaw mill-maġija urbana, għall-orrur psikoloġiku, għad-distopja, għas-science fiction u anki deskrizzjonijiet ta’ Malta-mhix-Malta maħkuma mill-pandemija. Fi ftit ġimgħat, The Patient in Hospital Zero sar suċċess ta’ bejgħ fil-ħwienet tal-kotba, hekk kif qarrejja tant għoġobhom li ssuġġerewh lil xulxin online fuq il-midja soċjali. Min ipprefera storja, u min oħra. Imma li kulħadd ikkummenta, kien li f’mument dinji fejn hawn tant inċertezzi, stejjer dwar biżgħat differenti, ta’ dinjiet u realtajiet simili għal tagħna imma mhux l-istess, niżlu għasel. Il-qoxra tal-ktieb hi xogħol l-artist Julian ‘Julinu’ Mallia. The Patient in Hospital Zero jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, jew online b’pustaġġ lokali b’xejn minn merlinpublishers.com
Mistoqsija: Xi bdiet tirrealizza l-mara sinjura? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb THE PATIENT IN HOSPITAL ZERO. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 5 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb STELLA hija:
E.BONNICI CACHIA - SLIEMA
04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Għal liema raġunijiet Il Giornale jqis lil Malta bħala wieħed mill-aqwa 10 pajjiżi biex tirtira?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
29.08.2021
L-‘ALPHABET MURDERS’ Il-każi jinvolvu tliet vittmi li kellhom isimhom u kunjomhom jibda bl-istess ittra alfabetika L-EWWEL PARTI
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
L-‘Alphabet Murders’ jew id-‘Double Initial Muders’ huma delitti li seħħew bejn l-1971 u l-1973 f ’Rochester fi New York fl-Istati Uniti. Il-vittmi kienu tfajliet li l-etajiet tagħhom kienu bejn 10 snin u 11-il sena. L-isem tal-każi nħoloq minħabba l-fatt li l-vittmi kellhom isimhom u kunjomhom jibda bl-istess ittra alfabetika. Apparti dan il-fenomenu li seta’ kien biss b’kumbinazzjoni, id-delitti kienu ftit jew wisq simili hekk kif il-bniet inqatlu billi ġew fgati. L-ewwel vittma Fis-16 ta’ Novembru tal-1971, Carmen Colón li kellha 10 snin, għebet għal ħabta tal4.20 p.m. hekk kif kienet miexja lejn id-dar f ’Rochester fi New York. Skont xi wħud li rawha, Colón daħlet fi spiżerija f ’West Main Street u wara rawha tirkeb f ’karozza li kienet ipparkjata qrib din l-istess spiżerija. Colón ġiet irrappurtata nieqsa fit-7.50 p.m. Għadd ta’ ċiklisti qalu li madwar siegħa wara li Colón ħarġet mill-ispiżerija, huma rawha nofsha għarwiena tiġri minn karozza li bdiet issuq warajha. Wieħed minn-
AVVIŻI LI BDEW JIDHRU ĦALLI JINQABAD IL-QATTIEL
L-EWWEL VITTMA, CARMEN COLÓN hom qal li Colón iddaħħlet fil-karozza u saq ’l hemm. Skonthom, il-karozza kienet tal-għamla Ford Pinto u li l-kulur tagħha kien skur. Jumejn wara l-ħtif ta’ Colón, żewġ ġuvintur sabu l-ġisem nofsu għarwien ta’ Colón f ’gandott qrib il-villaġġ ta’ Churchville. Dan ilpost kien madwar 12-il mil ’il bogħod minn fejn rawha ċ-ċiklisti ħajja. Il-kowt tagħha nstab ftit ’il bogħod mill-katavru u l-qalziet li kienet liebsa nstab fit-30 ta’ Novembru qrib it-triq fejn kienu rawha ċ-ċiklisti tip-
IT-TIENI VITTMA, WANDA WALKOWICZ
prova taħrab mill-aggressur. Mill-awtopsja rriżulta li Colón ġiet stuprata u fuq ġisimha kellha numru kbir ta’ grif. Apparti minn hekk, Colón qalgħet daqqa fuq rasha u fuq is-sinsla ta’ daharha fejn sofriet xi ksur. Colón inqatlet billi ġiet fgata bl-idejn. Dan il-każ qajjem għagħa kbir fi New York hekk kif min ra lit-tfajla tinħataf ma offra l-ebda għajnuna. Kien għalhekk li żewġ ġurnali rinomati offrew is-somma ta’ 2,500 dollaru għal min kellu xi informazzjoni li setgħet
Għadd ta’ ċiklisti qalu li madwar siegħa wara li Colón ħarġet millispiżerija, huma rawha nofsha għarwiena tiġri minn karozza li bdiet issuq warajha
twassal għall-qabda u l-arrest tal-aggressur ta’ Colón. Numru ta’ negozji u persuni taw għadd ta’ donazzjonijiet li bis-saħħa tagħhom is-somma qabżet is-6,000 dollaru. Din l-inizjattiva wasslet lill-pulizija biex tinterroga diversi persuni iżda dawn l-interrogazzjonijiet ma was- kien hemm anke tlett itfal mill-klassi tagħha li rawha slu mkien. titfa’ l-basket fuq ċint biex tkun tista’ terfgħu sew. ItIt-tieni vittma tfal qalu li raw karozza kanSena u ħames xhur wara nella għaddejja minn ħdejha l-ħtif u l-qtil ta’ Colón, Wan- waqt li kienet qed tagħmel da Walkowicz għosfrot minn dan. L-għada tal-għejbien, Rochester hekk kif kienet miexja lura d-dar wara qa- uffiċjal tal-pulizija sab il-katdja. Walkowicz kellha 11-il avru bla ħajja ta’ Walkowicz sena meta nħatfet fit-2 ta’ fl-10.15 a.m taħt għolja. WalApril tal-1973. Dakinhar, Wal- kowicz kienet imlibbsa u kowicz marret tixtri xi ħaxix l-pożizzjoni li nstabet fiha lil ommha u sid il-ħanut qal kienet turi li l-qattiel xeħitha li Walkowicz xtrat l-affaijiet ’l barra mill-karozza waqt li għal ħabta tal-5.15 p.m. Fit- kien qiegħed isuq. Din l-azz8.00 p.m., omm Walkowicz, joni wasslet biex il-katavru Joyce, irrappurtat lil bintha tgerbeb minn fuq l-għolja sa isfel nett. nieqsa. Mill-awtopsja rriżulta li Il-pulizija bdew bit-tfittxija minnufih u kien hemm Walkowicz ġiet stuprata u li madwar 50 uffiċjal polizjesk l-qattiel fegaha minn wara ifittxu ħdejn id-dar fejn b’xi ħaġa, bħal xi ċinturin. kellha ħafna kienet toqgħod Walkowicz, Walkowicz ħdejn il-ħanut tal-ħaxix u ġrieħi fuq ġisimha li wrew li anke ħdejn ix-xmara ta’ Gen- pruvat tiddefendi lilha nniesee għax kienu jafu li Wal- fisha mill-aggressur. Fuq kowicz kienet tħobb tmur il-katavru nstabu traċċi ta’ tilgħab hemmhekk. Minkejja sperma u anke suf tal-parl-isforz li sar, Walkowicz ma ti intima tal-aggressur. Fuq ħwejjiġha nstab suf abjad nstabet imkien. Għadd ta’ persuni raw lil tal-qtates minkejja li famWalkowicz miexja bil-bas- iltha ma kellhomx qtates idket tal-ħaxix f ’Avenue B u dar. TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA
26
29.08.2021
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
29.08.2021
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 396
S.DEBONO - MOSTA
MIMDUDIN: Kuba (6) 1. Raġuni falza? (5) 16. Nicholas Urpani 4. Fil-baħar ikun (4) Attard (1,1,1) 7,17. Mhumiex ċari (5) 18,19. Wellditek (5) 9. Kunjom (3) 19. Ara 18 10. Siefru (6) 20. Il-kapitali 12. Il-kapitali ta’ tal-Greċja (5)
Bi 3 NUMRI B’4 NUMRI 023 0325 186 0626 401 0627 452 0703 503 0814 539 0829 578 0857 624 0889 642 1129 774 1409 860 1579 1720
1777 1956 2855 3232 3519 3698 4093 4103 4490 4502 4554 4727 5042
5275 6107 6247 6277 6648 6796 7226 7315 7446 8076 8336 8359 8729
8857 8873 9097 9772 B’5 NUMRI 06287 10844 19067 25024 25430 33234 40581
45957 48562 55467 69868 73724 74503 78230 83927 88925 89757 89842 93342
B’6 NUMRI 153979 303581 340886 364404 690733 869954 924031 974558 B’7 NUMRI 3179893 8446186
21. 23. 24.
Strieħ fis-sliem (1,1,1) Ara 5 Il-plural ta’ ġisem (5)
WEQFIN: 5,23. Qal x’jaħseb (7) mill-votanti (3) 1. Kompli l-qawl: 6,11. Tkun inkluża 14. Ħbieb (6) Fost il-għomja, fil-borża ta’ San 15. Evita (6) min għandu Martin (5) 17. Ara 7 għajn waħda ..... (6) 8. Tal-ħarrub dawn (9) 21. Ara 12 wieqfa 2. L-Istati Uniti (1,1,1) 11. Ara 6 22. Hekk jgħajtulha 3. Jaqa’ fil-karti 12, 21W. Drapp (5) lil Pamela (3) tal-logħob (3) 13. Jintuża
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Qatel, 4.Wirt, 7,9.Aptit, 10.Sardin, 12.Nafdak, 16,23.Student, 18.Re, 19.Ref, 20.Dammi, 21.MNE, 24.Akuta
WEQFIN: 1.Qattus, 2,12.Tetnu, 3,11.Lasta, 5,15.Iddefenda, 6,17.Tinten, 8.Pandemija, 13.Fra, 14.Kristu, 21,22.Modern
28
29.08.2020
FOLOZ U ARROGANTI Editorjal
Il-forzi dominanti tal-establishment Nazzjonalista għad għandhom il-wiċċ sfiq li jattakkaw lil min jidhrilhom u mhux lil oħrajn, li jistgħu jkunu ħatja daqs jew anke iżjed minnhom
Sa ma kienu fis-setgħa, il-forzi fi ħdanu – magħrufa aħjar bħala l-establishment – kienu faċilment jinħbew wara l-“Maduma”. Id-defiċjenzi għall-għażliet iddettati minnhom, li kienu esaġerati fil-kobor u fil-kwanti tà, kienu jidhru għalihom idDar Ċentrali u Kastilja, waqt li l-prezz għoli spiċċa jħallsu kull ċittadin Malti, kif turi l-istorja. Sal-2013, l-istess forzi rrovinaw ir-reputazzjoni u l-kredib biltà tal-Partit Nazzjonalista li sa 10 snin qabel kien ir-refuġ ju għal ferm iżjed eluf. U għal kemm dak iż-żmien tat-telfa, li kienet ilha mistennija, ikkummissjonaw rapport intern u ppubblikaw biċċa żgħira minnu, xorta ma servihom għal xejn tant li injorawh għalkollox. Mhux biss ramew kull rakkomandazzjoni li kien jagħtihom u gglorifikaw lil min kien ġie indi kat fih bħala raġuni għat-telfa, iżda dakinhar serrħu rashom li, bil-Viċi ta’ GonziPN bħala Kap ġdid, kienu se jibqgħu fl-istess triq tal-politika passata, avolja skreditata mill-poplu. Emmnu li r-riżultat elettorali tal-2013 kien biss żball tal-pop-
lu u li dan ma kienx se jdum biex jintebaħ x’għamel. Għadhom sal-lum bl-istess mentali tà u ma jridux jirrealizzaw li min kien (u għadu) fil-ħażin, hu biss huma. L-eċċezzjoni tal-perjodu qasir fit-tmun ta’ wieħed total ment maqtugħ mill-establish ment, warrbet lil dawk assoċjati mal-PN l-antik, li ma damux ma sabu refuġju f’għaqdiet li kienu twieldu ftit qabel bl-iskop li jirrovinaw ir-reputazzjoni talpajjiż u tal-Gvern Laburista. L-ipokrisija tal-istess għaqdiet kienet diġà ċara mill-bidu u komplew jinkixfu iżjed minn hawn ’il quddiem. Qabel biss Adrian Delia ġie fdat fit-tmexxija tal-PN, dawn ħolqu kor li jgħid li l-istatut ma kellu qatt jinbidel biex jagħtu d-dritt lit-tesserati Nazzjonalis ti jagħżl u lill-Kap, tant kemm jemmnu f’regoli demokratiċi. Dak li ma jdoqqx l-istess ħoss tagħhom, hu biss “żbaljat” jew “ħażin”. Attakki fallaċi simili millistess klikka esperjenzawhom u se jibqgħu jesperjenzaw hom individwi, entitajiet,
awtoritajiet u istituzzjonijiet Kostituzzjonali, bħalma hu l-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika u l-President innifsu. Użaw kull skuża, inkluż li kien parti mill-Kabinett Labu rista fil-leġiżlatura li għaddiet, biex jiġġustifikaw iż-żebliħ talKap tal-Istat. Dan anke jekk ħadd ma jinsa li s-sajf li għad da malajr irrikorrew għandu bi ħġarhom fil-Palazz ta’ San Anton bit-tama li jisqihom is-soluzzjoni biex jeħilsu millKap tagħhom stess u jaħtfu l-Oppożizzjoni taħt difrejhom, fl-akbar konġura politika minn żmien George Borg Olivier. Xi ħadd jista’ qatt ilumna li ngħidu li l-attakk tal-lum fuq il-President hu r-riżultat għax il-melodija li semmgħalhom dakinhar ma kienet iddoqq xejn tajjeb għal widnejhom?! Issa llum kulħadd konxju li, bil-pupazz apolitiku li poġġew fit-tron, reġgħu ħadu r-riedni f’idejhom għalkollox u l-mostru simen ġewwa daqskemm barra biex ġie akbar mill-Partit innifsu. Fi kruha tipika ta’ żminijiet meta ddominaw karattri bħal Austin Gatt, l-ardir ta’ espo
nenti tal-establishment ikompli jneħħilhom kull pudur li mqar iġegħelhom jistħu jixirfu mill-bieb ’il barra. Bil-maqlub, għandhom wiċċhom sfiq biex ifaqqgħu dawn l-attakki kontra min jidhrilhom u mhux kontra oħrajn, li jistgħu jkunu ħatja daqs jew iżjed minn tal-ewwel. Eżempju ta’ dan, fil-bidu ta’ din il-ġimgħa kellna l-isfortuna li nitqannew mill-ġdid b’attakk minn fergħa oħra ta’ dan il-mostru politiku fuq ilKorp tal-Pulizija u anke l-Kummissarju attwali Angelo Gafà, speċjalment għax jagħżel li jimxi skont il-proċeduri xierqa f’demokrazija u ma jinjorax is-saltna tad-dritt. Ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, li mexxa dan l-attakk, ovvjament ma kienx kapaċi jikkonvinċi meta ġie affaċċjat minn mistoqsijiet sempliċi dwar kejl differenti fil-konfront ta’ oħrajn, fosthom Jason Azzopardi. Il-falsità u l-arroganza ta’ din iċ-ċorma żgħira jgħidu aktar minn biżżejjed. Il-poplu mhuwiex iċ-“ċuċ” li għadhom jemmnu li hu.