Aħna Lilkom April 2019

Page 1

NEWSPAPER POST

April 2019 / Għadd 545

Aħna Lilkom

Fr. Maurice Caruana mssp “Fr. Maurice kien dedikat għal tul is-saċerdozju tiegħu għat-tagħlim fil-Kulleġġ tagħna.

Fr. Maurice Caruana minn Ħaż-Żabbar, hu saċerdot ieħor tas-Soċjetà li mar jingħaqad malMulej, wara 41 sena saċerdozju. Il-ministeru tiegħu kien maqsum fi tnejn: pastorali u edukattiv. Kull nhar ta’ Ħadd kien iqaddes fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar; fejn kien ukoll il-presbiteru ta’ komunità neo-katekumenali. Għal snin twal kien iqaddes kuljum u jieħu ħsieb il-komunità tal-knisja ta’ San Bastjan fir-Rabat Fr. Maurice kien ukoll għalliem fil-Kulleġġ tagħna minn meta spiċċa l-istudji tiegħu. Huwa għallem diversi suġġetti, imma l-aktar li baqa’ magħruf mal-ex-studenti kien għat-Taljan. Fost id-diversi kummenti li nkitbu fil-paġna ta’ Facebook tal-Kulleġġ, jispikka dak tar-Rettur preżenti u ex-student tiegħu, Fr. Clinton Farrugia mssp:

Nitlobkom, biex bħala komunità tal-Kulleġġ, iżżommu lil dan ħuna, lill-membri MSSP u l-familja tiegħu, fit-talb tagħkom. Arrivederci, fino a quando ci incontreremo di nuovo!” U ex-student ieħor, Omar Seguna, kiteb: “Inħossni mnikket bl-aħbar tal-mewt tal-exgħalliem tiegħi fl-SPMC. Lili għenni ħafna biex nirbaħ is-self-confidence. Hu dejjem emmen fija. Kien anke ppubblika l-ewwel poeżija li ktibt. Vera li kien jitlagħlu malajr, imma kien bniedem ġenwin, u jien dejjem fdajtu. Baqa’ jsegwini anke wara li spiċċajt mill-kulleġġ, speċjalment għenni fit-teaching practice. Grazzi Fr. Maurice”

Jum il-Premjazzjoni SPMC Il-Kulleġġ tagħna żamm l-appuntament annwali tiegħu ta’ Jum il- Premjazzjoni, li dis-sena kien presedut mill-Eċċ. T. Mons. J.Galea Curmi, ex student tal-Kulleġġ. Is-Sur James Aquilina, Acting Head, tkellem fuq xi tfisser “A Successful School”, filwaqt li r Rettur, Fr.Clinton Farrugia mssp, ukoll ex-student talKulleġġ, tkellem fuq “Il-Preżenza li teduka l-Qalb”.

Imbagħad l-udjenza segwiet id-dramm “The Secret Diary of Adrian Mole 13 ¾, imtella’ millistudenti.

Jingħad li min jaf iħobb u japprezza, xi ħaġa se jagħtik żgur. U aħna, li nafu li tħobbuna u tapprezzaw il-ħidma tagħna, nittamaw fil-ġenerożità tagħkom. Minn qalbna nixtiqulkom il-frott tal-Għid. newspaper post

Aħna Lilkom

Għalkemm jibqa’ mfakkar minn bosta ex-studenti u għalliema għad-dixxiplina tiegħu, bosta minna kienu jammiraw il-fatt li kien bniedem li kellu qalb tad-deheb. Barra minn hekk kien persuna li dejjem qeda d-dmirijiet akkademiċi tiegħu b’ħafna dedikazzjoni u mħabba.

Aħna Lilkom • 4

ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Jum Storiku għas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl Mons. Giovanni Cefai MSSP maħtur Isqof fil-Perù

L

-aħbar tat-3 ta’ April 2019 mill-Vatikan, li fiha tħabbret il-ħatra ta’ Mons. Giovanni Cefai bħala l-ewwel isqof tal-Prelatura ta’ Huancane, intlaqgħet mill-membri tas-Soċjetà tagħna b’ferħ kbir.

Matul l-aħħar snin, il-Knisja tal-Perù talbet lisSoċjetà tagħna biex tikkonsidra li tieħu f’idejha t-tmexxija ta’ din il-prelatura ġdida, f’parti millPerù meqjusa sa llum bħala territorju missjunarju. Għall-Isqof Elett Giovanni, kif qal hu stess fl-ewwel kummenti wara l-ħatra tiegħu, dan hu mument ta’ umiltà u gratitudni kbira lejn dak li Alla sejjaħlu għalih bħala Isqof. Għall-missjunarji tal-MSSP fil-Perù li għadhom kemm iċċelebra 50 sena ta’ ħidma fil-Perù, u għal dawk kollha midħla tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, dan huma mument ta’ radd il-ħajr lill-Mulej li jkompli jsejjaħ rgħajja għall-merħla tiegħu. In-nies tal-prelatura l-ġdida ta’ Huancane huma l-biċċa l-kbira nies foqra li jgħixu mill-biedja,

f’muntanji `l fuq minn 4000m `l fuq mill-baħar u b’ħafna villaġġi ċkejknin imferrxin fuq territorju kbir ħafna, xi 50 darba ikbar mill-gżejjer Maltin, minn fejn bdiet il-ħolma missjunarja tal-Qaddej ta’ Alla Mons. Ġużeppi de Piro. L-Ordinazzjoni Episkopali ser issir fit-22 ta’ Ġunju f’Arequipa, il-belt fejn l-MSSP għandha ħafna mill-parroċċi tagħha. Fit-30 ta’ Ġunju, propju mija u disa’ snin minn Jum il-Fondazzjoni tas-Soċjetà, l-Isqof Giovanni Cefai MSSP jiġi installat bħala l-isqof ta’ Huancane’ fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġakbu, li issa ssir is-sede tiegħu bħala isqof. `Il quddiem fil-ħarġiet ta’ Aħna Lilkom, nagħtukom iktar dettalji dwar dan il-mument storiku u l-missjoni ġdida tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Sadanittant, kif talabna l-isqof Elett Giovanni Cefai MSSP, nitolbu għalih, biex il-Mulej ikun miegħu f’din il-missjoni ġdida.

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Minn Kuba

Mill-Awstralja

Iż-żmien tar-Randan li qed ngħixu fih, filparroċċa tagħna, bil-mod il-mod qed jieħu forma, issa li dħalna fit-tielet sena tagħna f’din il-missjoni.

Fit-22 ta’ Marzu li għadda, Fr. Edwin Agius mssp, iċċelebra l-Ġublew tad- Deheb tas-saċerdozju tiegħu. Fr. Edwin hu minn B’Kara. Fi ċkunitu kien jattendi l-Oratorju tagħna f’B’Kara, fejn għamel l-ewwel tqarbina u l-griżma tal-Isqof. Kien membru tal-kor u abbati. L-eżempju tassaċerdoti u l-Brothers tas-Soċjetà li kienu jkunu mat-tfal għenu biex tikber fih is-sejħa biex isir saċerdot u missjunarju.

Biex ngħinu lil dawn in-nies, li ilhom nieqsa minn kull attività reliġjuża, jidħlu fil-misteru tal-Għid il-Kbir, ippruvajna ndaħħlu ftit attivitajiet għal kulħadd. Qabel beda r-Randan, fix-xahar ta’ Frar, morna nżuru l-morda kollha tal-parroċċa. Dan ġab ħafna sodisfazzjon lilna s-saċerdoti u xejn inqas lill-parruċċani. L-Erbgħa tal-Irmied kien jum ta’ ħafna strapazz. Mhux biss immarkajna bl-irmied lil kull min ġie l-knisja, imma dorna t-tmien komunitajiet imxerrdin mal-parroċċa u mmarkajnihom bl-irmied wieħed wieħed u waħda waħda. Kien ġest li ntlaqa’ minn ħafna nies. F’Marzu organizzajna rtiri għall-kbar. Ħadna l-okkażjoni li nispjegaw aktar id-don tal-fidi u l-qawwa tas-salib ta’ Kristu f’ħajjitna.

Fr. Mario u Fr. Nilton

Beda l-mixja tiegħu biex isir membru tas-Soċjetà tagħna fl-1956, meta daħal aspirant. L-istudji sekondarji għamilhom fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Grupp ta' nisa waqt l-adorazzjoni tas-salib

Ma ħallejniex barra lanqas lit-tfal u ż-żgħażagħ, li għalihom kellna laqgħat ukoll. Bħalissa qegħdin nippreparaw għall-Ġimgħa l-Kbira. Għall-grazzja t’Alla, in-nies huma ħafna kuntenti b’dak li qed norganizzaw u japprezzaw li dan kollu nagħmluh jien flimkien ma’ Fr. Mario. U kollox nagħmlu bil-qalb għall-glorja t’Alla. Il-frott tax-xogħol ma jidhirx malajr. Biss ħaġa li mlietna bil-ferħ hi li ftit ilu kellna żwieġ ta’ koppja adulta, u anke issa qed jersqu ż-żgħażagħ għal dan is-sagrament. It-talb u l-ġenerożità tagħkom jagħmlu differenza kbira fil-ħidma tagħna. Ta’ dan nirringrazzjawkom, u nixtiqulkom l-Għid it-Tajjeb. Tfal waqt attività tar-Randan

Fr. Mario u Fr. Nilton mssp

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Fl-1 ta’ Ottubru 1961 beda n-novizzjat, għamel l-ewwel professjoni fl-14 ta’ Ottubru 1962 u l-lprofessjoni perpetwa fis-17 ta’ Ottubru 1965. Għall-istudju tas-saċerdozju attenda l-Kulleġġ Santu Wistin u l-Inserm. Fis-sentejn maġisteru, kien jgħallem fis-St Paul’s Missionary College u jgħin kull fejn kien ikun hemm ħtieġa. Ġie ordnat saċerdot fit-22 ta’ Marzu 1969. Kompla fejn kien beda, bħala għalliem fil-Kulleġġ tar-Rabat u direttur spiritwali. Matul dan iżżmien, kien ukoll jieħu ħsieb lil Dun Mikiel Callus, l-ewwel ex-Superjur Ġenerali, li dak iż-żmien kien marid. Dan il-ministeru qdieh b’tant dedikazzjoni illi ġibed l-ammirazzjoni ta’ sħabu s-saċerdoti. Filweekends kien joffri l-għajnuna tiegħu fil-parroċċi billi jqarar u jqaddes. Qabel u wara l-ordinazzjoni, kien jieħu ħsieb ukoll il-vokazzjonijiet. newspaper post

Fit-22 ta’ Frar 1971 beda l-ħajja fil-missjoni flAwstralja, fil-parroċċa ta’ St. Bernadette, North Sunshine, bħala viċi-kappillan. Fl-1981 intalab jiġi Malta biex ikun Surmast tan-Novizzi (wieħed minnhom kien l-E.T. Giovann Cefai mssp). Serva wkoll bħala Direttur Spiritwali ta’ SPMC. Mill-1988 sal-1994 kien membru fil-Kunsill Ġenerali, u fl-istess żmien kien Direttur tad-Dar ta’ San Ġużepp. Fl-1995 reġa’ lura l-Awstralja, fl-istess parroċċa ta’ North Sunshine, bħala assistent, sakemm fl-1998 sar kappillan u baqa’ sal-2004. Minn hemm mar Parkville, id-Dar Provinċjali tas-Soċjetà fl-Awstralja, fejn għadu sa llum. Hu wkoll membru talKunsill Provinċjali. Fr. Edwin huwa mfittex ħafna mill-Maltin u t-Taljani. Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.