NEWSPAPER POST
Marzu 2019 / Għadd 544
Aħna Lilkom
Żewġ ikliet Ikla fl-Awstralja Il-membri tas-Soċjetà li jaħdmu fl-Awstralja fl-istat ta’ Victoria, malli waslu l-ewwel żewġ seminaristi djoċesani Maltin biex bdew l-istudju tagħhom, mill-ewwel kienu għalihom ta’ support. Dan komplewh anke wara li saru qassisin. Meta mbagħad bdew jiżdiedu s-saċerdoti djoċesani Maltin, beda dak li jsejħulu l-priestly ministry, jiġifieri laqgħa ta’ kull xahrejn, fejn jagħmlu ħin ta’ riflessjoni u wara jieklu flimkien Is Soċjetà, biex tkompli tgħin din l-għaqda bejn irreliġjużi u l-qassisin djoċesani Maltin li jaħdmu f’Victoria, ta’ kull sena tlaqqa’ lil kulħadd għal ikla fraterna. Din ilha ssir 47 sena.
Ġużeppi De Piro no.1 San Pawl: Almanakk tal-Istitut tal-Missjoni (1922-1933) Wara li spiċċajna, l-artikli interessanti li kitbilna Fr. Tony Scibberras mssp, il-viċi postulatur tal-kawża talkanonizzazzjoni tal-qaddej t’Alla Mons. Ġ. De Piro, issa ser nibdew inġibu siltiet mill-kalendarju li ħareġ bejn l-1922 u l-1933. F’dan il-materjal ser niltaqgħu aktar ma’ De Piro, il-veru missjunarju. Fl-1922 De Piro beda jippubblika lil “San Pawl: Almanakk tal-Istitut tal-Missjoni”. Dam joħorġu sa ma miet fl-1933. Din il-pubblikazzjoni kienet mimlija b’materjal informattiv u formattiv. L-ebda artiklu
Il-konverżjoni ta’ San Pawl Fid-djoċesi ta’ Għawdex, barra l-qassisin djoċesani, hawn il-patrijiet li qed jgħinu fix-xogħol pastorali. Jagħmlu minn sitt ordinijiet: il-Franġiskani Minuri (ta’ Ġieżu), il-Kapuċċini, il-Franġiskani Konventwali, il-Ġiżwiti u aħna l-MSSP. Kull xahar niltaqgħu flimkien mas-sorijiet li qed jaħdmu f’Għawdex għal- laqgħa ta’ formazzjoni mmexxija mid-Delegat tal-Isqof għar-reliġjużi. Aħna l-membri tal-MSSP, biex inkomplu ngħinu f’din l-għaqda ta’ bejnietna, fil-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, festa tas-Soċjetà, kull sena nistiednu lir-reliġjużi rġiel, għal quddiesa u ikla fraterna li għaliha jattendi l-E.T. Isqof Mario Grech. mhu ffirmat u allura l-ebda wieħed ma jġib l-isem talQaddej ta’ Alla. Madankollu aħna nafu minn wieħed mill-ewwel membri li ħafna mill-materjal kien miktub mill-Fundatur.1 Bl-eċċezzjoni tal-ewwel numru kull annwarju għandu n-nihil obstat. L-almanakk fih materjal fuq temi differenti bħalma huma: Ġesù Kristu, ilMadonna u l-qaddisin, il-virtujiet teologali, il-providenza t’Alla; it-talb, il-karità, l-osservanza tal-Ħdud u tal-festi kmandati, l-anġlu kustodju, il-Ġenna, il-qrar, l-ilma mbierek, ir-rieda ta’ Alla, il-fratelli, il-katekisti, il-vokazzjonijiet, l-Oratorju ta’ B’Kara u ħafna aktar. Jissokta...
Tixtieq tgħin l-istudenti tagħna fil-formazzjoni tagħhom għas-saċerdozju?
Dan tista’ tagħmlu billi tibgħat donazzjoni ta’ darba ta’ €200 u tagħżel ġurnata fis-sena għal qalbek. F’dik il-ġurnata l-istudenti joffru l-quddiesa, it-talb u l-istudju tagħhom skont l-intenzjoni tiegħek u dan għal 25 sena. newspaper post
Aħna Lilkom • 4
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Medalja ta’ San Toribio Mogrovejo
K
onna qegħdin nispiċċaw l-irtir ta’ ġimgħa li nagħmlu kull sena, aħna l-membri tal-MSSP, meta t-telefon beda jdoqq bla ma jaqta! Kienet telefonata sorpriża mill-Konferenza tal-Isqfijiet tal-Perù, li minnhom hemm madwar ħamsa u ħamsin. Il-President tal-Konferenza Episkopali, Mons. Miguel Cabrejos, talabni mmur Lima għax l-isqfijiet iddeċidew li jagħtu l-ogħla ġieħ lis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl għall-ħidma missjunarja tagħha f´dan il-pajjiż għal dawn l-aħħar 50 sena. Dan il-ġieħ normalment jingħata lil xi isqof li jkun għamel xi opra kbira jew lil xi kongregazzjoni li ilha taħdem fil-pajjiż għal ħafna snin. Din hija medalja tad-deheb bi xbiha ta’ San Toribio Mogrovejo, isqof missjunarju li ġie jaħdem hawn il-Perù minn Spanja. Huwa kien it-tieni isqof ta’ Lima u ħadem bis-sħiħ għat-tixrid tal-Kelma fost il-Perujani. Hu meqjus bħala wieħed mill-akbar missjunarji li qatt rat l-Amerka Latina. Huwa l-patrun tal-isqfijiet Perujani. Meta wasalt iltqajt ma´ ħafna isqfijiet li huma ħbieb tagħna għax dejjem ħdimna magħhom mill-qrib. Kien hemm l-E.T. Mons Pedro Barreto, li għadu kif laħaq kardinal. Kienet okkażjoni sabiħa ħafna għalina u unur kbir għas-Soċjetà. Ngħidilkom il-verità ħassejtni kburi nitkellem fuq Mons. Ġużeppi De Piro, il-Fundatur tagħna, u fuq l-opra sabiħa li waqqaf u li flimkien qed naħdmu biex tkompli dejjem tikber.
Jiena wegħedt lill-isqfijiet tal-Perù li bħala missjunarji se nieħdu din l-okkażjoni biex inġeddu l-fedeltà, l-imħabba u l-ubbidjenza lejn il-knisja biex is-Saltna t´Alla tkompli tikber fuq din l-art. Jien u ngħid dawn l-erba’ kelmiet qabditni rogħda quddiem dawk l-isqfijiet kollha. Għalija kienet l-ewwel darba, quddiem miġemgħa bħal din. Mill-banda l-oħra ħassejtni kburi, li minn art tant żgħira, isimna qed ikun minqux fil-qlub ta’ ħafna u ħafna nies. Għeżież benefatturi, meta ħassejt il-midalja f’idejna ħsibt fikom, għax intom għandkom biċċa kbira millmerti. Għax b´tant imħabba u sagrifiċċju dejjem tgħinuna biex inkomplu nagħmlu l-ġid.
Fr. Giovanni Cefai mssp Superjur tal-Missjoni tal-Perù.
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Żjara lill-Alma Mater l-provinċjali, l-ex-għalliema u saċerdoti oħra tas-Soċjetà. Fl-omelija fost l-oħrajn qal: “ Erbgħin sena ilu bħallum, jien kont wasalt fl-aħħar xhur tal-Ħames Klassi fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl. Meta nħares lura lejn is-snin tas-sekondarja li għamilt student fil-Kulleġġ, niftakar kemm kienet esperjenza sabiħa. Għandi ħafna memorji f’qalbi u apprezzament kbir lejn is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl u lejn dawk kollha li fis-snin taliskola tawni edukazzjoni sħiħa li ppreparatni għall-ħajja bl-isfidi kollha tagħha.” Imbagħad, kompla l-omelija billi ħa tliet kelmiet li fuqhom bena l-messaġġ tiegħu . Il-festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl hija ġurnata speċjali għall-istudenti tagħna tal-Kulleġġ Missjunarju ta San Pawl, għax hija l-festa tal-patrun tal-Kulleġġ. Għall-okkażjoni ġie jżurna old boy tal-Kulleġġ, l-E.T. Mons. Isqof Joe Galea Curmi, Isqof Awżiljarju ta’ Malta. Huwa ntlaqa’ mir-Rettur Fr. Clinton Farrugia mssp, minn Fr. Frankie Cini, Provinċjal; mill-Acting Head, isSenior Leadership Team u l-istaff. L-Isqof Galea Curmi ġie mdawwar ma’ diversi postijiet tal-Kulleġġ u ra fost l-oħrajn il-faċilitajiet sportivi ġodda. Daħal f’diversi klassijiet, fejn bil-mod ħelu tiegħu tkellem mal-istudenti. Iltaqa’ wkoll ma’ numru sabiħ ta’ għalliema u ma’ numru sabiħ ta’ ex għalliema tiegħu, fosthom l-ex-rettur tiegħu Fr. Bernard Mangion mssp. Issemmew dawk il-mumenti sbieħ ta’ meta l-Isqof kien għadu student; bħannumru ta’ kotba li kien jirbaħ f’kull premjazzjoni. Fl-okkażjoni ta’ din iż-żjara hekk memorabbli, ġiet inawgurata l-istaff room il-ġdida li tbierket ukoll mill-Isqof. Hija kamra spazjuża, mgħammra sew b’dak kollu li l-għalliema jeħtieġu għal użu personali, kif ukoll biex ix-xogħol tat-tagħlim ikun aktar effiċjenti, bħal kompjuters u photo-copiers. Minn hemm kulħadd inġabar fl-Awditorju, għaċċelebrazzjoni tal-quddiesa. Malli daħal fil-bieb talAwditorju, fis intlaqa’ mill-istudenti tal-junior school, bit-tixjir ta’ mkatar bojod u l-kant, ġest li verament ferraħ.lill-Isqof. Miegħu ikkonċelebraw ir-rettur u Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
L-istudent Joe Galea Curmi jiġi ppremjat b'għotja ta' kotba
Gratitudni: “Inħeġġiġkom biex tgħixu ż-żmien f’dan il-Kulleġġ bi spirtu ta’ gratitudni; l-ewwel nett, lejn Alla, li jħobbna u jagħtina tant affarijiet sbieħ. Fil-Kulleġġ jien tgħallimt ngħix b’din il-gratitudni lejn Alla. Meta ngħixu bil-gratitudni f’qalbna, inxerrdu madwarna spirtu tassew sabiħ” Fiduċja: Il-Kulleġġ għallimni jkolli fiduċja f’Alla, li hu dejjem magħna f’ħajjitna, u fiduċja fija nnifsi. Lil kull wieħed minnkom hawnhekk nixtieq inħeġġiġkom biex ikollkom dejjem din il-fiduċja li tgħinkom tagħrfu d-doni li Alla takom biex tiżviluppawhom. Mhux kulħadd għandu l-istess doni, imma Alla lil kulħadd jagħti doni ta’ tip jew ieħor. …. Din il-fiduċja tgħinkom tegħlbu l-biża’, il-qtigħ ta’ qalb, il-kondizzjonament minn dak li qed jagħmlu l-oħrajn. Tgħinkom tgħixu l-fidi tagħkom bil-kuraġġ.” Determinazzjoni: Il-Kulleġġ għallimni biex ikolli dik ir-rieda soda biex nagħżel it-tajjeb u nfittex dak li hu tassew ta’ ġid….Inħeġġiġkom biex tkunu dejjem determinati fl-istudji tagħkom u jkollkom dik ir-rieda soda biex tagħmlu dak li hu sewwa, dak li jgħinkom f’ħajjitkom, u twasslu sal-aħħar kull biċċa xogħol li tkunu afdati biha. Lili l-Kulleġġ għeni ħafna f’dan…. Nixtieq insemmi wkoll, fost l-oħrajn, l-arkett li tgħallimt il-Kulleġġ bħala hobby, u kien tant jogħġobni. L-arkett jitlob ħafna paċenzja imma wkoll determinazzjoni li twassal sal-aħħar il-biċċa xogħol li tkun qed tagħmel li jkun fiha kultant ħafna dettalji żgħar.”
newspaper post
Aħna Lilkom • 3