NEWSPAPER POST
Frar 2019 / Għadd 543
Aħna Lilkom
Aħbarijiet li tieħu gost bihom Att ta’ mħabba fil-Pakistan Fr. Bernard Mangion mssp u Bro. David Pace mssp, ftit taż-żmien ilu akkompanjaw grupp ta’ tobba u infermiera għal esperjenza fil-missjoni tagħna fil-Pakistan, fil-periferija ta’ Lahor. Huma kellhom l-opportunità jagħmlu diversi kampijiet mediċi u jagħtu korsijiet tal-ewwel għajnuna. Għenu wkoll tfal u żgħażagħ fl-istudji tax-xjenza, u żaru d-djar tal-foqra. Mexxew ċelebrazzjonijiet liturġiċi u animawhom bil-mużika u l-kant. Kienet esperjenza li se jgawdu l-memorji tagħhom tul ħajjithom. In-nies laqgħuhom b’qalbhom kollha u b’idejhom miftuħa
Ċelebrazzjoni tas-sagramenti fil-parroċċa ta’ Aplao L-ewwel parroċċa tas-Soċjetà fil-Perù, kienet f’Aplao. Din il-parroċċa tikkonsisti f’25 raħal u b’distanza minn tarf sa tarf ta’ ħamsin kilometru. Il-ġid li sar tul dawn il-ħamsin sena, f’din il-missjoni u f’din il-parroċċa, il-Mulej biss jaf. Għall-grazzja t’Alla, il-lum il-ġurnata għandhom klassijiet ta’ katekiżmu f’kull raħal u sitt gruppi ta’ pastorali għaż-żgħażagħ f’diversi rħula u kors ta’ preparazzjoni għaż-żwieġ. Dan l-aħħar kellhom okkażjoni tassew sabiħa, meta kellhom 58 għall-magħmudija, 170 għall-preċett u 142 għall-griżma. L-Isqof li amministra s-sagramenti Mons. Jorge Izaguirre Rafael, irringrazzja mill-qalb lil Fr. Nicholas u Fr. Teo għal parroċċa mimlija ħajja ta’ fidi u għaqda fi Kristu.
Euro Disney Id-direttur tad-Dar ta’ San Ġużepp, Fr. Louis Mallia mssp, dejjem jara kif jagħmel biex it-tfal li jgħixu fiddar ma jħossuhomx inqas minn tfal oħra. Għalhekk ftit taż-żmien ilu ħa lit-tfal flimkien mal-carers, għal għaxart ijiem Euro Disney fi Franza. Hekk dawn it-tfal la jikbru jkunu jistgħu jgħidu li meta kienu fid-Dar ta’ San Ġużepp għexu esperjenza sabiħa u unika.
Trid tgħix ġurnata ma’ missjunarju?
Dan tista’ tagħmlu billi tagħżel ġurnata għażiża għalik għal darba, tibbukjaha minn qabel, u toffri €23 biex dakinhar tipprovdi l-għajxien ta’ missjunarju u tgħinu jlaħħaq max-xogħol pastorali u soċjali tiegħu. Il-missjunarju joffri għalik quddiesa skont l-intenzjoni tiegħek, it-talb tal-Uffiċċju Divin ta’ dik il-ġurnata u l-appostolat ta’ matul il-ġurnata. newspaper post
Aħna Lilkom • 4
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Mission Immersion (Experience) 2019!
I
l-kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġakbu f’Hoppers Crossing, Victoria, l-Awstralja, Fr. Jude Pirotta mssp, reġa’ mar għat-tielet sena fil-missjoni tagħna tal-Filippini, għal esperjenza u xogħol volontarju. Din id-darba huwa mar ma’ grupp tal-parroċċa ta’ St. John f’ Heidelberg, fejn hemm kappillan Fr. Mario Zammit. Meta l-grupp ta’ sebgħa u żewġ saċerdoti waslu Manila, ġew milqugħa min-novizzi u l-istudenti tagħna. Hawn qattgħu l-ewwel ftit żmien jgħinu lit-tfal li jgħixu fl-istess triq tad-Dar tal-Formazzjoni tas-Soċjetà. Dawn huma tfal foqra, għax huma wlied iż-żingari. Ħadu wkoll l-okkażjoni li jżuru istitut tat-tfal immexxi misSorijiet tal-Karità. Minn hemm marru fil-Parroċċa ta’ Fr. Joe Cremona mssp. Ambjent vera fqir, fejn in-nies tgħix biss millprodott tar-ross, u allura jiddependu mix-xita. Biss mhux l-ewwel darba li jagħmel tifun u jispiċċalhom kollox. Hawnhekk hawn istitut tat-tfal u ħabs, li l-grupp żar ukoll. Organizzaw xi logħob għat-tfal. Lill-kbar ippruvaw, bil-preżenza tagħhom, juru l-imħabba t’Alla lejhom. Fr. Joe dawwarhom mad-diversi gruppi ta’ formazzjoni li għandu fil-parroċċa, bħalma hu l-grupp ta’ katekeżi għat-tfal u għall-kbar. Kif kienu hemm, Fr. Joe qalilhom b’esperiment li beda xi snin ilu, meta
ġabar ftit tfal u beda jgħallimhom il-kitarra. Illum il-grupp żgħir żviluppa f’orkestra ta’ mitt bandist. L-istrumenti li qed jitgħallmu `l quddiem għad ikunu mezz ta’ dħul għall- familja. Imbagħad Fr. Joe ħadhom jaraw il-proġett li qed jipprova jagħmel, ta’ djar għal dawk li weħedhom żgur qatt ma jaslu li jkollhom saqaf fuq rashom. Kull fejn mar il-grupp, ipprova jwassal l-imħabba t’Alla għal kull persuna, għax aħna lkoll ulied Alla.
L-editur
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
L-Isqof Mario Grech iżur il-missjoni tagħna fil-Perù L-Isqof Mario Grech iżur il-missjoni tagħna fil-Perù L-aħbar li kien ser jiġi l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Mario Grech Isqof t´Għawdex biex iżurna hawnhekk fil-Perù, imlietna b´ħafna ferħ sa mill-bidu. Għall-ewwel darba fl-istorja tagħna, ġie l-isqof iżurna u jara b´għajnejh ix-xogħol siewi li qed inwettqu aħna l-missjunarji tasSoċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, fosthom tlieta millgżira ta´ Għawdex. Meta wieħed jara b´għajnejh u jmiss b’idejh allura ma tibqax esperjenza li jirrakkonta xi ħadd ieħor, imma ssir ħaġa personali. L-imħabba u r-rispett li Mons. Isqof Mario Grech wera lejna bħala Soċjetà Missjunarja dejjem kienu evidenti imma nistgħu ngħidu li ż-żjara tiegħu qarrbitna ħafna iżjed lejn xulxin. Aħna dejjem tgħallimna li dak li nagħmlu, għandna nagħmluh dejjem għal Alla u mhux għal wiċċ il-bnedmin. Il-Kelma t´Alla tgħallimna wkoll li dak li tagħmel l-id il-leminija m´għandhiex issir taf bih l-id ix-xellugija. Din hija ħaġa li għixna matul ħafna u ħafna snin aħna l-missjunarji u hija haġa li tant baqa’ mistagħġeb biha l-isqof: tant u tant xogħol ta’ mħabba u karità li qed isir minna l-missjunarji iżda li qed isir fis-skiet, fis-silenzju u filmoħbi. Kien jaqbiżli d-dmugħ meta kont nara lill-Isqof b´tant sempliċità jpoġġi bil-qiegħda fuq is-sodda ta’ familji foqra, għax ma kienx hemm mod ieħor, u jgħannaq lill-membri tal-familja u jismagħhom b´attenzjoni u mħabba kbira, anke forsi meta ma
THE MALTESE CHRIST IN PERU
kienx ikun qiegħed jifhimhom kollox, però n-nies ħassewh qrib tagħhom u qrib ta’ qalbhom. Il-preżenza tiegħu kienet bħal dik ta’ Kristu miexi fit-toroq kollha trab ta’ Ġerusalemm, iżur lill-foqra u lill-abbandunati, itihom tama ġdida u kelma mimlija ħlewwa u ta’ kuraġġ. Dawn u ħafna esperjenzi sbieħ oħra ħallewlna impressjonati u b´ħafna memorji sbieħ tal-isqof tagħna Mario Grech li ġie jżurna fil-Perù. Kienet esperjenza li ħalliet passi sbieħ immarkati fil-qalb ta’ kull missjunarju. Grazzi lilek Eċċellenza u ERĠA’ EJJA.
Fr. Giovanni Superjur tal-Missjoni tal-Perù Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Fil-jiem li għamilt mal-patrijiet tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl f’Arequipa u f’Lima, kuljum laqgħuna esperjenzi ekkleżjali qawwija li verament ħallewna bla nifs għax litteralment ma jafux joqogħdu minuta bi kwiethom - moħħhom jaħseb u qalbhom tħabbat kif f’isem Ġesù ser jgħinu lin-nies speċjalment lill-foqra. Tassew fraħt meta tgħallimt li dan l-aħħar huma ddeċidew li “jitilqu” l-parroċċi li huma stess waqqfu snin ilu u issa huma aktar stabbli, biex jersqu lejn iżżoni foqra tal-periferija li dejjem qed tinfirex u hemm jerġgħu jxettlu l-Knisja! Jekk il-Perù hija art fejn hawn id-deheb, inħossni komdu ngħid li hawnhekk sibt id-deheb tas-Soċjetà ta’ De Piro! Jekk lil San Martin De Porres, qaddis minn Lima, sejħulu “the Black Christ of the Andes”, lil dawn il-patrijiet nista’ nsejħilhom “the Maltese Christ in Peru”. Hemmhekk kelli esperjenza ta’ Knisja li rċeviet u għadha tirċievi ħafna mill-Knisja f’Għawdex. Farraġni qatigħ il-fatt li, waqt li kont fuq art tal-missjoni, kien hemm ħafna x’jikkonfermali li jien ragħaj ta’ Knisja missjunarja, fis-sens li l-Knisja f’Għawdex għandha ħafna għal qalbha l-missjoni! Biżżejjed insemmi lil newspaper post
Mill-facebook tal-Eċċ. Tiegħu Mario Grech
Dun Raymond Portelli mill-Parroċċa tan-Nadur u lil Patri Giovanni Cefai u Patri Victor Zammit, it-tnejn mill-Parroċċa taż-Żebbuġ, u lil Patri Marċell Portelli mill-Parroċċa tal-Fontana – it-tlieta membri tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Dawn is-saċerdoti, li tassew jagħmlulna ġieħ, jgħiduli li l-missjoni tagħhom isserraħ fuq l-appoġġ spiritwali u materjali ta’ bosta Għawdxin u Maltin! Dan napprezzah ħafna.
Mill-Ittra Pastorali tal-E.T. Mons. Mario Grech għas-sena Marjana fid-djoċesi t’Għawdex. Aħna Lilkom • 3