NEWSPAPER POST
Mejju 2019 / Għadd 546
Aħna Lilkom
Il-Kawża ta‘ kanonizzazzjoni tal-Qaddej ta‘ Alla, Ġużeppi De Piro: Dak li sar sa issa (1) Il-proċess Djoċesan Wara li fit-12 ta’ Novembru 1986 Mons. Arċisqof, Ġużeppi Mercieca waqqaf Tribunal Ekkleżjastiku, matul is-sena 1987 bdew jinstemgħu x-xhieda ta’ persuni li kienu jafu lil De Piro jew direttament jew mingħand ħaddiehor. Kien hemm 99 sessjoni tatTribunal u nġabru 440 paġna ta’ testimonjanzi. Fis-7 ta’ Ottubru 1988 kien hemm il-ftuħ uffiċjali tal-proċess djoċesan. It-tribunal reġa’ sema’ x-xhieda ta’ dawk li kienu għadhom ħajjin u oħrajn li ma kinux instemgħu fl-1987. Il-Proċess Uffiċċjali ħa mill-1988 sal-1992, inżammu 118-il sessjoni u nġabru 1,133 paġna ta’ informazzjoni. Sadanittant inġabru d-dokumenti miktuba minn Ġużeppi De Piro nnifsu, jew inkitbu lilu. Dawn ilkitbiet inġabru minn disa’ arkivji pubbliċi u privati. Imbagħad dawn id-dokumenti, li kienu jgħoddu
l-eluf ta’ paġni, ġew klassifikati f’żewġ gruppi: dawk pubblikati u dawk privati. Għall-ewwel kwalità ta’ materjal intgħażlu żewġ teologi li studjaw bir-reqqa l-ortodossija tal-kitbiet. Dawn taw il-vot separat tagħhom u ż-żewġ voti kienu favorevoli. Għaddokumenti mhux pubblikati twaqqfet kummissjoni storika li l-membri tagħha għamlu flimkien rapport u deskrizzjoni ta’ dak kollu li kellhom f’idejhom. Anke r-rapport ta’ dawn kien pożittiv. Fil-25 ta’ Jannar 2003, festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, l-Arċisqof ta’ Malta, Mons Ġ. Mercieca, iċċelebra fil-Katidral tal-Imdina, l-għeluq talProċess Djoċesan. Seba’ kaxxi bix-xhieda u d-dokumenti kienu siġillati u lesti biex jintbagħtu lill-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin. (jissokta…)
FR.TONY SCIBERRAS, VIĊI POSTULATUR
Kaxxa Oħloq Tbissima Il-kampanja Oħloq Tbissima għall-ġbir ta’ preserves u ikel, dejjem issir fir-Randan biex jintbagħtu lillmissjoni mssp fil-Perù. Din is-sena wkoll ħafna nies, familji u anke tfal milliskejjel primarji , imlew dawn il-kaxxi, li ftit ġimghat ser jintbagħtu l-Perù. Meta jaslu l-Perù. il-patrijiet MSSP iqassmuhom lill-familji fqar. Nixtieqkom tkunu
Fr. Joe Borg mat-tfal tal-iskola primarja t'Għajnsielem
hemm, ħalli taraw il-ferħ tal-familji u t-tfal meta jirċievu dawn il-kaxxi.
GRAZZI KBIRA MILL-QALB.
Ftakru fina fit-testment tagħkom.
Il-kliem fit-testment irid ikun hekk: Lis-Soċjetà Missjunarja ta‘ San Pawl, bis-sede tagħha, Sant’Agata, ir-Rabat. NEWSPAPER POST
Aħna Lilkom • 4
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Fr. Mario Micallef mssp
M
embri tal-MSSP ilhom jaħdmu mal-emigranti Maltin barra minn Malta snin twal. Dan sar b’mod speċjali fl-Awstralja u l-Kanada. Nhar il-25 ta’ Jannar li għadda, festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl, Fr. Mario Micallef beda l-ħidma tiegħu bħala kappillan tal-parroċċa ta’ San Pawl Appostlu, li s-Soċjetà tieħu ħsieb ġewwa Toronto. Kien eżattament 20 sena ilu, fl-1999, li s-Soċjetà ħadet f’idejha din il-parroċċa, wara li kienet ilha ħafna snin taħt il-kura tal-patrijiet Franġiskani. Il-parroċċa tinsab fil-qalba fejn kienu jmorru ħafna Maltin hekk kif jaslu minn Malta. Fil-fatt, iż-żona hija magħrufa bħala Little Malta. Illum ħafna minn dawn il-Maltin kibru, marru jgħixu f’postijiet oħra, jew mietu. Allura x-xogħol talkappillan tal-Maltin huwa aktar mifrux, u n-nies jiġu l-knisja kultant anke minn postijiet imbiegħda. Ta’ min isemmi li l-parroċċa ta’ San Pawl hija l-unika parroċċa tal-Maltin li baqa’ fl-Amerka ta’ Fuq. Naturalment maż-żmien, il-bżonnijiet tal-komunità jinbidlu, u llum ix-xogħol tal-kappillan huwa diversi minn dak ta’ erbgħin sena ilu. Kif għidna, l-ewwel nett il-Maltin infirxu aktar madwar Toronto, u aktar `il bogħod ukoll. Imbagħad hemm il-ħidma mat-tfal ta’ dawn l-ewwel emigranti, li llum kibru u għandhom il-familji tagħhom ukoll. Għalkemm twieldu, kibru, u għexu l-biċċa l-kbira ta’ ħajjithom ġewwa l-Kanada, però xorta waħda jibqgħu jħossu d-demm Malti jiġri
ġo fihom. Filwaqt li jkunu kibru f’ambjent fejn anke l-mod ta’ kif tgħix il-fidi huwa differenti minn dak li fih trabbew missirijiethom, min-naħa l-oħra jibqgħu jħossu ġibda lejn l-għeruq tagħhom. F’dawn il-każi, ħafna drabi, il-Knisja sservi ta’ pont li jgħaqqad dawn iż-żewġ kulturi u saħħaħ l-identità ta’ dawn in-nies. Fr Mario kien għamel xi tlettax-il sena jaħdem l-Awstralja, u allura l-ħidma mal-emigranti m’hijiex xi ħaġa ġdida għalih. Anzi, żgur l-esperjenza li kien ħa mill-Awstralja tiswielu għall-ħidma ġdida li għadu kemm beda. Bejn l-Awstralja u l-Kanada, Fr Mario għamel ukoll tmintax-il sena Ruma, bħala membru tal-Kunsill Ġenerali tas-Soċjetà.
L-EDITUR
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Il-Ħajja fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Missjunarju ta‘ San Pawl min jixtieq, darba f’ġimgħa, issir laqgħa ta’ talb, imsejħa Go Tell. Hemm min regolarment jattendi Mattew 25, li huwa klabb fejn isir xogħol bl-idejn biex jinbiegħ, u l-qligħ ġeneralment imur għall-missjoni MSSP. Isiru wkoll laqgħat tal-Kunsill tal-Istudenti u tal-Eko Skola, li wkoll jippjanaw attivitajiet għal matul is-sena.
Bilkemm ikunu daqqu s-sebgħa ta’ fil-għodu, li ma jibdewx jaslu l-ewwel gruppi ta’ studenti, minn irħula u bliet `il bogħod mir-Rabat. Hekk kif jaslu, ħafna minnhom jitilqu jiġru fil-grawnd il-kbir, li ġie miksi bitturf, biex jilagħbu l-ewwel logħba futbol tal-ġurnata! Oħrajn jibqgħu fil-kantin jixorbu xi tazza tè jew kafè sħuna u anke jieklu xi toast! Fis-7:30am tibda l-ġurnata tal-iskola għall-istudent. L-ewwel nofs siegħa hija dedikata għal ħin ta’ talb u riflessjoni. Membri mill-MSSP, flimkien ma’ membri mill-istaff iħejju Ewkaristija, diskussjonijiet, ħsibijiet, u filmati, fejn it-tema prinċipali dejjem tkun l-imħabba kbira, li Alla għandu għal kull wieħed minna.
Post iffrekwentat minn ħafna waqt il-break huwa t-tuck shop. Hawn l-istudenti u l-membri tal-istaff isibu għall-bejgħ ikel sustanzjuż, magħmul minn ommijiet u nanniet. Dawn jiġu b’mod regolari u fuq bażi volontarja, u bejniethom joħolqu atmosfera armonjuża, waqt li jippreparaw dan l-ikel, kif ukoll ikel ieħor li jinbiegħ għal ġbir ta’ fondi għall-kulleġġ, bħal ma huma l-qagħaq talgħasel u l-figolli. Il-kulleġġ jorganizza bosta attivitajiet fejn jiġu mistiedna l-ġenituri tal-istudenti, fosthom laqgħat ta’ informazzjoni u diskussjoni. Hawnhekk tajjeb wieħed isemmi wkoll l-kontribut importanti li għandhom ilġenituri permezz tal-PTA, barra spazju ta’ formazzjoni spiritwali għal familja kollha permezz tal-Komunita' SPMC li tiltaqa’ biex ticcelebra l-Ewkaristija tal-Ħadd .Imma l-qofol ta’ dan l-istedin, ta’ kull sena jkun il-Jum
il-Premjazzjoni. Hawnhekk niskopru t-talenti li jkollhom l-istudenti tagħna, kemm dawk akkademiċi, kif ukoll dawk artistiċi. Darba fil-ġimgħa, eżattament nhar ta’ Ħamis wara nofsinhar, kull student jieħu sehem f’xi sports jew attività oħra. Dan il-ħin jissejjaħ extra kurrikulari, u kif juri ismu, huwa ħin fejn l-istudent jinvolvi ruħu f’ xi tip ta’ sport, fl-arti, fit-tisjir, fid-drama, fil-mixi (trekking) ,fil-midja, f’eko skola eċċ. L-istudent jiddeċiedi hu, ma’ liema grupp irid jingħaqad. Matul is-Sajf u anke matul is-sena skolastika, jiġu ppjanati live ins, imsejħa komunitajiet. Il-Fathers MSSP jippjanaw dawn it-tlett ijiem. Matulhom jorganizzawlhom sports, talb, mumenti ta’ riflessjoni u esperjenza ta’ xhieda nisranija. Dawn huma esperjenzi li l-istudent ma jinsa qatt. Bħal ma jibqa’ jiftakar ukoll il-ħarġiet li l-kulleġġ jorganizza darbtejn f’sena.
Fil-kulleġġ, kull student, kull ġenitur, u kull membru mill-istaff huwa mħeġġeġ iressaq l-ilmenti jew l-ideat tiegħu lill-SLT, li min-naħa tiegħu, ikun dejjem lest li joffri kull għajnuna u appoġġ.
Wara dal-mument, kulħadd isib postu fil-klassijiet fejn jibdew il-lezzjonijiet fit-8:15am. Żewġ breaks jaqsmu l-ħinijiet tal-lezzjonijiet. Fit-tieni break, li huwa ta’ siegħa, isiru ħafna attivitajiet, li huma ferm għal qalb l-istudenti! Insemmu fost oħrajn il-logħob tal-futbol, table soccer, table tennis u board games. Il-librerija u l-laboratorju tal-kompjuters ikunu miftuħa għal dawk l-istudenti li jkunu jixtiequ jużawhom. Jiġi organizzat ukoll kampjonat tal-logħob fuq il-playstation. Għal Soċjetà Missjunarja ta‘ San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Darbtejn f’sena wkoll jiġu ppjanati l-outreaches. Waqt dan il-mument l-istudenti jiġu maqsuma fi gruppi żgħar u akkompanjati minn membri tal-istaff, imorru jżuru u jitkellmu ma’ persuni bi bżonnijiet differenti u mal-anzjani. Dan kollu jsir bl-għan li qalb kull wieħed minna fil-kulleġġ, tkompli tikber f’qalb missjunarja!
Kull student fil-kulleġġ, huwa individwu uniku, u nemmnu li Alla għandu pjan għalih. Huwa għalhekk, li dan il-kulleġġ, fi ħdan l-MSSP, kien, għadu u blgħajnuna ta’ Alla jibqa’, jaħdem bla waqfien għallformazzjoni sħiħa tal-istudent.
MS. ANTOINETTE COSTA GĦALLIEMA FIL-KULLEĠĠ NEWSPAPER POST
Aħna Lilkom • 3