NEWSPAPER POST
Jannar 2019 / Għadd 542
Aħna Lilkom
Ġieħ Ħad-Dingli lil Fr.George Xerri mssp
Aħna Lilkom
Kien ġest sabiħ mill-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, li għażel li jagħti l-onorifiċenza Ġieħ Ħad-Dingli lil Fr. George Xerri mssp. Bl-għotja ta’ din il-midalja, il-kunsill mhux biss onora l-ħidma ta’ wieħed mir-raħal, imma wkoll apprezza l-valur tax-xogħol li jagħmel saċerdot u f’dan il-każ, missjunarju filPerù għal dawn l-aħħar 49 sena.
ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Il-25 ta’ Jannar Ġużeppi De Piro Missjunarju (IX) Spiritwalità missjunarja (v)
Il-Kariżma missjunarja fittwemmin ta’ De Piro Mons. De Piro, propju għax għex il-vera umiltà, kien mimli entużjażmu biex jagħmel lill-Mulej magħruf minn ħaddieħor. Kien kontinwament iħeġġeġ lillmembri tas-Soċjetà biex, “Nagħtu lill-oħrajn dak li San Pawl ta lilna”. Fil-fatt hu kien jinqeda b’kull mezz biex ixandar l-aħbar it-tajba: kitba, prietki … u ovvjament bit-twaqqif u t-tkabbir tas-Soċjetà Missjunarja tiegħu. “Fl-aħħar ta’ ħajjitna jkun ta’ sodisfazzjon… għalina li nkunu nistgħu ngħidu,’Jien ħdimt mhux biss biex insalva ruħi, iżda wkoll biex ngħarraf lil ħaddieħor
lil Sidna Ġesù Kristu”, kiteb fl-Almanakk tal-1932. Sena wara kiteb kliem daqshekk ieħor qawwi: “Biex inkunu nafu jekk f’qalbna hix tgħammar l-imħabba ta’ Alla, ma għandniex nagħmlu ħaġa oħra ħlief nidħlu daħla fina nfusna u naraw jekk għandniex ix-xewqa li l-isem tiegħu jiġi magħruf ma’ kullimkien”.
Fr Tony Sciberras mssp
Appell Issa li qrajt dan il-materjal dwar Ġużeppi De Piro miktub minn Fr. Tony Sciberras mssp, il-viċi postulator talkawża tal-Kanonizzazjoni, nifhem li qed tapprezza aktar il-qdusija ta’ dan il Qaddej t’Alla. Inħeġġek li fit-talb tiegħek titlob bl-interċessjoni tiegħu. Jekk tixtieq li aħna l-MSSPs ningħaqdu miegħek fit-talb għal xi grazzja li għandek bżonn taqla’, ikteb lil Fr. Tony Sciberras mssp, Dar Sant’Agata, ir-Rabat, Malta RBT 2020.
Grazzi tad-donazzjonijiet li bgħattulna. Issa jonqos ħaġa oħra...li tidħol fil-Grupp ta’ Talb mssp. Dan mhux grupp li jorganizza laqgħat. Il-membri mitlubin joffru kuljum il-quddiesa, it-tqarbina, ir-rużarju u jgħidu t-talba speċjali tal-grupp filwaqt li jieħdu sehem mill-ġid spiritwali li jsir mill-membri tas-Soċjetà. Min jixtieq ikun membru tal-Grupp ta’ Talb mssp, jinfurmana u nibagħtulu t-talba u diploma tas-sħubija.
newspaper post
Aħna Lilkom • 4
J
ekk wieħed iqalleb l-almanakk San Pawl, li l-fundatur kien joħroġ regolarment, insibu ħafna drabi kemm kien jagħti titli sbieħ lil San Pawl, bħal “l-Appostlu tal-Ġnus”, “il-Kbir Appostlu” u oħrajn. Imma l-aktar frażi għal qalbu kienet “l-ewwel missjunarju.” Għalhekk kien bir-raġun kollu li l-fundatur għażel lil San Pawl biex ikun il-patrun tas-Soċjetà Missjunarja li hu waqqaf. Ma ninsewx ukoll ir-raġuni l-oħra li kellu f’moħħu l-Fundatur, li San Pawl ġabilna l-fidi f’Malta, ħaġa li huwa xtaq li jagħmlu l-membri tas-Soċjetà barra minn xtutna. Fil-prietki tiegħu De Piro għamel ħafna referenzi għall-Ittri Pawlini. Lill-membri tas-Soċjetà tiegħu De Piro kien iħeġġiġhom biex isiru midħla ta’ San Pawl. Anzi hu kien jgħidilhom biex jitgħallmu l-ittri tiegħu bl-amment. Imma qabel ma qal dan lill-membri jidher ċar li hu nnifsu kien familjari sewwa ma’ dawn il-kitbiet. Meta tistudja l-prietki tiegħu, issib li hu għamel riferiment għal għaxar mill-erbatax-il ittra tal-Appostlu. F’San Pawl, De Piro ra l-mudell ta’ dawk li jridu jimxu wara l-Mulej fil-ħajja missjunarja. F’San Pawl De Piro ra bniedem li għalih Kristu sar ħajtu u mħabbtu. Irrifletta fuq l-esperjenza ta’ San Pawl fit-triq ta’ Damasku u fuq iż-żewġ mistoqsijiet li għamel l-Appostlu tal-Ġnus, li saru għalih programm ta’ ħajtu kollha: Min int Mulej? U xi trid minni? Jgħid li għan-nisrani dawn il-mistoqsijiet għandhom ikunu fundamentali għax fihom wieħed
jagħraf il-wisa’, il-fond u l-għoli tal-imħabba ta’ Kristu u r-rieda tiegħu f’ħajjitna li jsir ikel għal kuljum għal min jemmen. F’din il-festa itolbu magħna ħalli bl-interċessjoni tal-Qaddej t’Alla Mons. De Piro, il-Mulej iħeġġeġ aktar żgħażagħ jgħidu iva bħal San Pawl.
L-editur
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Drawwiet ta’ żmien il-Milied fil-pajjiżi tal-missjonijiet tagħna Il-Pakistan
Kuba
Il-liturġija fil-ħajja tal-Knisja tiċċelebra b’mod intens żewġ mumenti speċjali: Żmien il-Milied u Żmien l-Għid. Fil-Pakistan, in-nies tiġi l-knisja bi ħġarha ħalli tieħu sehem fit-tħejjija kemm matul l-Avvent u kemm fi żmien ir-Randan. S’intendi, l-aqwa jiem jibqgħu nhar il-Milied u Ħadd il-Għid. Sa mill-Ewwel Ħadd tal-Avvent, fil-knejjes kollha, wara l-qari tal-Vanġelu u l-omelija, issir ċerimonja żgħira: membri differenti tal-komunità jiġu mistiedna jixegħlu l-ewwel minn erba’ xemgħat tal-girlanda tal-Milied. Hekk, fil-knisja tagħna, fil-Ħdud differenti, huma t-tfal li jixegħlu din l-ewwel xemgħa, u mbagħad imisshom iż-żgħażagħ, koppja miżżewġin friski, u grupp ta’ anzjani. Nhar il-Milied, fil-parroċċa tagħna, ikollna nużaw is-sala tal-parroċċa u l-bitħa tal-iskola minħabba n-numru kbir ta’ nies. Min-naħa tagħhom, in-nies ukoll jiċċelebraw il-Milied fid-dar, anke l-iktar nies foqra. Ikunu jridu jixtru xi lbies ġdid lit-tfal, u bħal f’kull pajjiż, isajru xi ħaġa speċjali wkoll. Aħna l-missjunarji, lit-tfal tal-iskola tagħna nagħtuhom rigal żgħir kull wieħed – xi affarijiet talbżonn għall-iskola, għax it-tfal tagħna ġejjin minn ħafna familji foqra u għalihom kull qatra tgħodd. Fiżżona fejn ngħixu, iżejnu wkoll it-toroq. Fis-sempliċità tagħhom iridu juru li l-fidi tagħhom f’Ġesù hi ħajja, anke jekk huma għadd żgħir f’oċean musulman.
Il-Milied f’Kuba hu ferm differenti minn dak li jagħmlu f’pajjiżi oħra. Mill-miġja tal-Papa Benedittu XVI `l hawn il-25 ta’ Diċembru saret festa u n-nies jistgħu jiċċelebraw il-Milied. Is-saċerdoti tagħna, qabel ma ġejna hawn, kienu qaluli biex nipprova nżomm ħajjin ittradizzjonijiet antiki ta’ hawn. Għalhekk mis-sena l-oħra `l hawn bdejna nsaqsu lin-nies kif kienu jiċċelebraw il-Milied qabel ġejna aħna. Milli stajna nifhmu, għalihom il-Milied għandu sens kbir ta’ familja. Allura, bdejna billi wara l-quddiesa ta’ nofs il-lejl organizzajna ikla għall-komunità parrokkjali kollha. L-għada, f’jum il-Milied saret quddiesa fl-għaxra ta’ filgħodu u ikla kbira għat-tfal kollha tal-parroċċa. Għal ħafna din kienet xi ħaġa ġdida. Imbagħad xtaqna nżejnu, imma f’Kuba ma ssibx tixtri tiżjin. Allura din issena malli kelli l-okkażjoni mmur il-Perù, xtrajt ftit tiżjin u ġibtu miegħi.
Fr. Gerard Bonello mssp
Din is-sena l-Avvent bdejnih billi organizzajna rtir għal kulħadd u talb madwar il-presepju. Nirringrazzjaw `l Alla għax in-nies qed jiġu. Ibqgħu itolbu għalina, għax hawn ix-xogħol pastorali mhux faċli. Ħafna għadhom ma fehmux l-ispirtu tal-Milied x’inhu, minħabba li l-kattoliċi huma ftit ħafna.
P. Nilton Aderbalo Bardales Pezo mssp
Il-Perù Fil-Perù ssib ħafna tradizzjonijiet differenti, imma f’dawk reliġjużi tista’ tgħid li jaqblu. Hekk per eżempju, għall-Milied għandna drawwiet li ġejjin minn ġenerazzjoni għall-oħra. Waħda minnhom hi li t-tfal (u kultant mhux biss it-tfal) iġibu l-Bambin li għandhom id-dar biex il-qassis iberikulhom. Din hija ħaġa li tferraħhom ħafna.
Il-Filippini Bħal kull pajjiż ieħor fid-dinja, malli jibda jersaq il-Milied, tibda tisma l-carols fil-ħwienet, fid-djar u fittoroq li lkoll ikunu mixgħula b’bozoz ikkuluriti. Kollox jibda jfakkrek fil-Milied. Imma x’hemm speċjali għalina l-Filipinos fil-Milied? Ma tistax tissejjaħ Filipino jekk ma tattendix ghal disat ijiem il-quddiesa tan-novena, li ssir ħafna kmieni filgħodu, u li aħna nsejħulha Misa de Gallo. Hemm superstizzjoni marbuta magħha, li jekk tmurhom kollha taqla’ l-grazzja li trid. Biss fiha wkoll spirtu reliġjuż. Drawwa oħra sabiħa li għandna hija l-ikla li tiġbor il-familja kollha lejliet il-Milied filgħaxija. Din l-ikla nsejħulha Noche Buena u ssir biex jekk Marija u Ġużeppi jħabbtu l-bieb tagħna nistednuhom jieklu magħna. Tista’ tgħid li kull Filipino jagħmel ħiltu kollha ħalli għall-Milied ikun mal- familja tiegħu. Allura ssib min jivjaġġa anke mill-bogħod biex jiċċelebra dan iż-żmien sabiħ mal-familja tiegħu ħalli jfakkar fil-ferħ tal-ewwel Milied fejn Marija u Ġużeppi ferħu mat-twelid ta’ Ġesù Bambin.
Br Bryan Avila mssp (Student Filipino fit-tieni sena Filosofija)
It-tfal ikunu jistennew il-party, ħalli jieħdu l-kokodina sħuna, xi ħaġa mistennija ħafna għax hawn tagħmel ħafna kesħa, u magħha xi daqsxejn ta’ rigal. Barra party għaż-żgħar, norganizzaw party ieħor għallkbar, fejn nippruvaw nagħtu xi ħwejjeġ jew xi ħaġa tal-ikel lil kulħadd. Aħna mmorru nżuru l-anzjani li ma joħorġux, u nferrħuhom b’xi ħaġa żgħira wkoll. Imbagħad għallfesta propja tal-Milied, fil-parroċċi kollha tagħna nħeġġu lin-nies ħalli jgħixu dan il-misteru hekk kbir. Il-quddiesa tal-Milied issir fis-sebgħa ta’ filgħaxija, u għaliha jattendu ħafna nies.
P. Carlos Alberto Pacherres Yovera mssp Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
newspaper post
Aħna Lilkom • 3