NEWSPAPER POST
Ġunju 2019 / Għadd 547
Aħna Lilkom
Il-Kawża ta’ kanonizzazzjoni tal-Qaddej ta’ Alla, Ġużeppi De Piro
Aħna Lilkom
Dak li sar sa issa (2) Il-Proċess Appostoliku Malli l-materjal minn Malta wasal fi Pjazza Piju XII, filVatikan, l-uffiċċjali għarblu birreqqa kull paġna u għamluh f’disa’ volumi. Dawn l-istess volumi jissejħu l-Copia Publica. Il-Kongregazzjoni ħadet ħafna żmien biex toħroġ id-digriet li jgħidulu De Validitate Processus. B’dan id-dokument il-KKQ ddikjarat li dak kollu li sar fil-proċess djoċesan kien korrett u allura l-kawża tal-Fundatur setgħet tgħaddi għat-tieni fażi jew il-Proċess Appostoliku. Għalkemm il-KKQ ħadet sentejn biex ippubblikat id-digriet li għadna kif semmejna, min-naħa tagħna ma rqadniex. Għamilna diversi indiċijiet analitiċi, inkluż wieħed tax-xhieda. Dawn juruk malajr fejn inti tista’ ssib informazzjoni dwar il-familja De Piro, l-għixien tal-Qaddej ta’ Alla ta’ virtù jew oħra, it-tip
ta’ kura li kien jagħti lill-orfni tal-istituti ta’ karità li kien imexxi, l-imħabba tiegħu għall-Knisja, it-twaqqif tal-MSSP, id-diffikultajiet li ltaqa’ magħhom fid-diversi ministeri li wettaq, il-predikazzjoni tiegħu, l-involviment tiegħu flaspett soċjo-politiku ta’ pajjiżna, il-mewt tiegħu, eċċetra. Ikkomponejna wkoll djarju dettaljat tal-ħajja kollha talFundatur. Fit-3 ta’ Marzu 2006 aħna l-MSSPs ġejna nfurmati li kien magħżul ir-relatur li kellu jgħinna nippreparaw dik li jgħidulha l-Positio. Din tkun magħmula minn 3 partijiet: (1) summarju tax-xhieda, (2) summarju tad-dokumenti, u (3) bijografija qasira bbażata fuq ix-xhieda u d-dokumenti mibgħuta lill-KKQ. Jissokta
FR. TONY SCIBERRAS,MSSP. VICI POSTULATUR
In-Nunzju Appostoliku tal-Perù Fis-16 ta’ April li għadda, in-Nunzju Appostoliku għallPerù, L-E.T. Mons. Nicola Girasoli, għamel vista filParroċċa tagħna ta’ Aplo’ f’Chuquibamba. Huma kien akkompanjat mill-E.T Mons Jorge Izaguirre Rafael, l-Isqof ta’ Chuquibamba. Malli wasal, ġie milqugħ mill-Kappillan Fr. Nikolas Schembri mssp u mis-sindku tal-post. Il-poplu ta’ Aplo ħareġ bi ħġaru jċapċap u jxejjer il-bnadar. Ma naqasx l-entużjażmu tat-tfal tal-iskola. Wara li żar il-Knisja parrokkjali beda jdur u jkellem lit-tfal u l-anzjani.
Ħa wkoll l-opportunità li jżur is-santwarju tal-Ħniena Divina f’Mascapampa, li beda Fr. Schembri.
Tinsewx il-kliem li jgħid il-Fundatur tagħna, Mons. Ġ. De Piro
“Is-Soċjetà żżomm tifkira wisq għażiża ta’ dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jogħġobhom jagħtuna l-għajnuna tagħhom biex hija tkompli dejjem aktar ix-xogħol qaddis tagħha li ssalva l erwieħ” NEWSPAPER POST
Aħna Lilkom • 4
ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Il-foqra, il-batuti u l-morda jersqu f’riġlejn Marija
F
’Aequipa, il-Perù, hemm leġġenda li tgħid li madwar mitt sena ilu, f’post imwarrab qalb ilkampanja u qrib ix-xmara li minnha jixorbu n-nies kollha tal-post, dehret il-Madonna qalb il-blat lil żewġ raħħala waqt li filgħodu kienu sejrin l-għalqa. Raw dawl sabiħ jiddi qalb il-blat li ma setax ikun ta’ xi lampa jew fanal. Qasmu lejn in-naħa l-oħra tax-xmara fejn raw id-dawl imma ma setgħux jinżlu mal-irdum. Għalhekk ġabu xi ħbula biex niżlu bihom. Meta waslu sabu grotta bi xbieha tal-Madonna bil-Bambin minquxa fil-blat b’mod naturali fejn ma kien jidher l-ebda sinjal ta’ xi skarpell jew għodda oħra li biha setgħet tnaqqxet. Niżlu għarkubbtejhom iqimuha u wara marru jagħtu l-aħbar ta’ dik is-sejba hekk qaddisa. Minn dakinhar sallum id-devozzjoni baqgħet tiżdied. In-nies ma qatgħetx milli tmur titlob lill-Madonna, minħabba l-grazzji u l-mirakli li bdew isiru.
tintuża fil-purċissjonijiet li jsiru minn diversi rħula u parroċċi.
Taħt il-grotta nstabet ukoll nixxiegħa tal-ilma li tibqa’ sejra lejn ħafna rħula oħra u għelieqi. Dan jixbah lillgrotta ta’ Lourdes fi Franza.
L-aktar nies li jiġu jfittxu l-għajnuna tal-Madonna huma l-foqra, il-batuti, il-morda u kull tip ta’ persuni bi problemi u mnikkta. Aħna s-saċerdoti kollha li qed naħdmu f’din iż-żona qatt ma nieqfu nservu n-nies li jiġu jfittxu t-tama tagħhom fil-Madonna.
Xi ħadd maż-żmien, żebagħ ix-xbieha tal-Madonna u l-grotta, bil-ħsieb li tingħata dehra aħjar lill-post. Saret ukoll xbieha tal-Madonna li hemm minquxa biex
Dan is-santwarju jagħmel parti minn waħda millparroċċi tas-Soċjetà tagħna, imsejħa tas-Salib Imqaddes f’raħal jismu Acequia Alta.
FR. VICTOR ZAMMIT MSSP KAPPILLAN U RETTUR TAS-SANTWARJU
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
OĦLOQ TBISSIMA 2019 IS-17-IL EDIZZJONI Għall-ewwel darba wkoll ser nuru esperjenzi ta’ ħafna Maltin li marru fil-missjoni tal-Perù ma’ Fr Louis Mallia u għamlu erba’ ġimghat jgħixu mal-patrijiet mssp kif ukoll mal-familji fqar. Kif ħassewhom? X’biddlet fihom l-esperjenza? Kemm ħabbewhom u kemm ġew Malta aktar maħbubin? Fi kliem ieħor kif għexu din ir-realtà li għalkemm kienu preparati għaliha, imma xorta xxukkjathom.
Il-maratona Oħloq Tbissima se ssir fid-Dar ta’ San Ġużepp minn nofsinhar tad-19 ta’ Lulju sa nofsillejl tal-21 ta’ Lulju. F’dawn il-jiem se nassistu għal sittin siegħa xandir kontinwu b’diversi attivitajiet fuq il-palk prinċipali li bħal kull sena jkun sabiħ imma fl-istess ħin sempliċi. L-ispettaklu mhux ser jonqos, u din is-sena wkoll ser ikun hemm xi affarijiet differenti bħal per eżempju kanzunetta ġdida miktuba u kantata minn Fr Karm Debattista bl-arranġament mużikali u l-parteċipazzjoni tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Dis-sena l-kanzunetta ħa tieħu xejra oriġinali u sabiħa, imżewqa b’filmat li nġibed apposta.
Il-quddies, il-logħob u l-ispettaklu mhux ser jonqos u kburin li anke din is-sena ser naraw l-aħjar talent Malti. U naħseb li jekk tirnexxi ser ikollna sorpriża sabiħa u unika wkoll, kemm għat-telespettaturi li jsegwu l-maratona fuq TVM2, Net u One kif ukoll għal ħafna nies li jiġu hawn fid-Dar ta’ San Ġużepp igawdu l-ispettaklu live. Għal dawn tal-aħħar, waqt li jkunu hawn ikunu jistgħu jixtru xi ħaġa friska u bnina. Għat-tfal ser ikun hawn żgħażagħ li jieħdu ħsiebhom billi jagħmlulhom face painting u crafts oħra biex iżommuhom okkupati sakemm il-ġenituri jsegwu l-ispettaklu. Il-President ta’ Malta Dr George Vella ser jinawgura l-maratona bħalma dejjem sar matul dawn l-aħħar sittax-il sena. F’dan il-mument ser ningħaqdu bl-Iskype mal-Perù u l-Filippini biex Dr Vella jkellem direttament lil żewġ missjunarji Maltin li ilhom ħafna snin jaħdmu mal-fqar.
Soċjetà Missjunarja ta‘ San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Jekk Mons. Arċisqof ikun magħna, dan ukoll ikollu l-opportunità li jistaqsi xi mistoqsijiet lilhom. Fil-fatt ser ningħaqdu ma’ Fr. Giovanni Cefai li llum huwa Isqof ta’ Huancane’, u ser jgħidilna x’inhuma l-bżonnijiet ewlenin tiegħu biex immexxu `l quddiem din il-missjoni ġdida li ġiet fdata lilu mill-Papa Franġisku. Fr. Joe Cremona wkoll ser jitkellem dwar l-orkestra li llum qed tagħmel suċċessi anke barra Bataan, fil-Filippini, billi qed imorru jdoqqu fi bliet oħra, u b’hekk barra li jieħdu esperjenza, ikollhom aktar futur sabiħ quddiemhom. Peress li l-missjoni tal-Isqof Fr. Giovanni Cefai hija kbira ħafna u tinstab f’post remot u fqir ħafna fil-Perù, id-donazzjonijiet barra li jinqasmu bejn il-Pakistan u l-Filippini wkoll, minħabba l-bżonn li jrid jibni skejjel, ċentri tas-saħħa, ċentri ta’ kura matul il-jum, u l-bqija, Fr. Giovann ser jibbenefika aktar mid- donazzjonijiet. Għalhekk nixtiequ li din is-sena l-Maltin jikkontribwixxu aktar biex ngħinuh fil-missjoni l-ġdida. Barra t-tliet numri ta’ €15, €25 u €50 ser nagħmlu pledge line biex min jixtieq jagħmel donazzjoni akbar ikun jista’. Ħaġ’oħra wkoll, in-numri ta’ dawn id-donazzjonijiet huma diġà miftuħa, għalhekk anke min qed jara din ilkitba jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu. NEWSPAPER POST
J’Alla li bħal snin oħra wara li tgħaddi l-maratona, ngħidu kemm kienet suċċess u kemm il-Maltin u l-Għawdxin kienu ġenerużi mal-patrijiet tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl li ħallew kollox u qed jgħinu b’enerġija u mħabba lill-fqar fil-Perù, fil-Pakistan u fil-Filippini. Dawn huma n-numri tat-telefon fejn tista’ ċċempel biex tagħti d-donazzjoni tiegħek: €15 – 51702007, €25 – 51802009, €50 – 51902080
GRAZZI BIL-QUDDIEM. MARTHESE BRINCAT Aħna Lilkom • 3