IL-PONT Settembru 2020

Page 28

għelibna u nifed ġewwa, ħasditna r-reżħa li kaxkritna. Illum, inħares lura b’sodisfazzjoni għax tal-anqas kellek ix-xorti li rajt iseħħ dak li ħlomt, għalkemm int ukoll inħsadt u tmeżmiżt meta rajt li lħabel kien skappalna, u li minn tarf estrem, pajjiżna ġera lejn estrem ieħor. F’dik is-siegħa skura konna ġarrabna u batejna bla bżonn. Ma kienx hemm ħtieġa li bejn l-aħwa nħossu l-kesħa tal-ħitan għoljin tal-firda. U bħalissa qegħdin inġarrbu reżħa ta’ firda oħra. Virus qerried qasqsilna l-ġwienaħ u rabtilna jdejna. Sakkar wara bibien magħluqa lil ħafna minna, u firex faxxa sewda ta’ vistu fuq id-dinja. Għadu sieket inviżibbli li jinfed pulit pulit. Ġabilna persekuzzjoni li hi siekta daqskemm hi storbjuża fil-garigor ta’ moħħna. U llum, bħal f’dik is-siegħa skura ta’ snin u snin twal ilu, ġejna waħedna f’dan l-imkien solitarju. Jien u int. Jien issummata bla kliem fuq xofftejja. U int stendut ħiemed għal kollox. Magħna, skont iddirettivi li ħarġu f’din il-pandemija, għal dar-ritwal hawn nies mill-anqas. Dal-qassis żagħżugħ liebes ilmaskra qiegħed jgħaġġel igedwed it-talb tal-aħħar. Issa telaq bla kliem u bla kondoljanzi qisu mirgħux u mifxul wara ċerimonja li kellha ssir ta’ suq u mexxi. Lanqas illumu. Bagħtuh minn raħal ieħor. Lilna ma jafniex. Dawk li kienu jafuna, jew diġà baħħru, jew inkella jinsabu kwarantina obbligatorja minħabba letà u l-kundizzjoni fiżika tagħhom. Anki d-deffiena għaġġlu għalqu u kaħħlu l-kaptelli. Għalihom, dilġrajja ta’ kuljum hi rutina regulari li minħabba limxija ħaffet il-proċess tagħha. Ftit tal-ħin ieħor, u jien ukoll ikolli nitlaq u għallewwel darba f’ħajti, inħallik waħdek. F’das-skiet etern. Isabbar biss il-Kurċifiss b’ġismu misluħ fuq issalib. Dirgħajh imberrħa biex iħaddanna għax ilBniedem-Alla jifhem sew lil min jissallab bħalu għallirġulija u l-ġustizzja tiegħu. Iħares bi ħniena u b’maħfra lejna li ġieli żżarġnajna, u lejhom li darba ilu ilu nifdulna l-kustat biex minnu ħarġet karba ta’ weġgħa.

L-ITTRI

Rakkont ta’ Charles Casha Ftit ’il bogħod minn fejn konna noqogħdu hemm triq dejqa li kulħadd jafha bħala l-Isqaq. Fl-Isqaq hemm għadd ta’ djar, kollha żgħar u x’aktarx mudlama. Kull meta kont ngħaddi minn hemm, kont nara lin-nies li kienu jgħixu f’dawk id-djar bilqiegħda fuq it-tarġiet ta’ barra, biex jieħdu l-arja u jgawdu d-dawl li xi ftit jew wisq jidħol minn bejn il-ħitan għoljin tal-Isqaq. Lil dawn in-nies, għalkemm qatt ma kellimthom, kont sirt nafhom, kif jgħidu, minn wiċċhom. Fost dawk li kienu jgħixu fl-Isqaq, kien hemm wieħed xiħ li kien iqanqal fija kurżità kbira. Meta kont immur nara xi film tal-aħħar, kont inħobb ngħaddi minn hemm biex inqassar u mhux l-ewwel darba li kont nara lil dan ix-xiħ bilqiegħda jaqra xi ittri għad-dawl tal-lampa tal-pitrolju. Darba waħda kont ġej mill-Belt u kif wasalt quddiem il-bieb tad-dar fejn kien joqgħod ix-xiħ, fettilli nieqaf u noqgħod inħares lejh ħalli nara sewwa sew x’kien qed jagħmel. Billi x-xiħ kien jgħix waħdu, kien iħobb iħalli l-bieb miftuħ u jżomm l-antiporta magħluqa biex il-ġirien ikunu jistgħu jittawlulu. Qgħadt inħares lejh, narah jaqra dawk l-ittri, waħda waħda b’għożża liema bħalha. Kif ilesti minn waħda, kien jitwiha, ibusha u jqiegħda f’kaxxa tal-landa. Għalkemm ma kien jidher ħadd barra, ma stajtx noqgħod hemm għax xi ħadd seta’ jaħseb ħażin fija. Kelli xewqa kbira li xi darba nieqaf u nkellmu. Xtaqt insir naf min kien u għala kien joqgħod jaqra dawk littri. Għaddejt kemm-il darba mill-Isqaq iżda qatt ma waqaft biex inkellem lix-xiħ. Tħajjart kemm-il darba kieku, imma malajr kien jerġa’ jibdieli. Kont insibha bi kbira biex nistaqsih x’kienu dawk l-ittri. Kien is-sajf, tard filgħaxija u kont sejjer lura d-dar. Kif kont għaddej mill-Isqaq, waqaft quddiem id-dar tax-

Strieħ fis-sliem, sieħeb ta’ ħajti!

28


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.