IL-PONT Settembru 2020

Page 34

fejn kien hemm konċentrazzjoni akbar ta’ dak li ġarrabt jien f’ħajti, f’din il-ġabra hemm ħarba minni nnifsi biex, din id-darba, nissiehem fit-tiġrib ta’ ħaddieħor b’aktar intensità u, żġur, b’aktar maturità.” Xħin qrajt il-poeżiji kollha ktibt il-kelmtejn tal-qoxra ta’ wara, li qed inġibha hawnhekk, għax ċert li tirrifletti dawn il-poeżiji li jinsabu f’idejna:

KATARSI – Ġabra ta’ Poeżiji (1966-1992) ta’ Alfred Palma

Kitba ta’ Andrew Sciberras Wara dan il-ktieb tal-poeżiji li Alfred Palma għammed bl-isem ta’ Katarsi hemm storja ferm interessanti. Palma kiteb dawn il-poeżiji bejn l-1966 u l-1992 u ssejvjahom fuq floppy disk – u ma kellux kopja tagħhom fuq il-kompjuter – imma fuq kollox kif jaf kulħadd, wara ċertu snin id-data titħassar, aħseb u ara minn fuq floppy disk li jkunu għaddew minn fuqha madwar 20 sena. Dorna kważi Malta kollha biex insibu lil xi ħadd li għad għandu kompjuter bil-floppy disk, imma bqajna b’xiber imnieħer. Ġie f’moħħi l-poeta bravu Għawdxi J. W. Psaila, ktibtlu emejl u għedtlu x’inhi l-problema. Min-naħa tiegħu qalli li għandu kompjuter bil-floopy disk, iżda ilu snin ma jużaha. Biex naqta’ l-istorja filqasir fl-aħħar irnexxielna nittrasferixxu l-materjal fuq il-kompjuter, u b’hekk dan il-ktieb seta’ jara d-dawl. Fid-daħla tal-ktieb, Palma jgħidilna hekk: “Il-poeżiji li jidhru f’dan ix-xogħol ġdid ktibthom bejn l-1993 u l2006. Bħal ta’ qabilhom, huma frott ta’ dak li ġarrabt matul dawn is-snin. Iżda għall-kuntrarju ta’ Preludji,

“F’dawn il-poeżiji jidher li Alfred Palma niżel millquċċata tal-muntanja mitika, kif għamel ukoll iżZarathustra ta’ Nietzsche. Issa m’għadux l-eremit ta’ darba, issa jinsab wiċċ imb wiċċ ma’ realtà oħra, dik ta’ ġewwa d-djar u tal-imsieraħ, tal-postijiet taxxogħol u tad-divertiment, tal-iskejjel u l-knejjes. B’kuxjenza mwaħħda ma’ dik tal-kożmos – il-Wieħed fil-Kollox u l-Kollox fil-Wieħed – bħal seqer qed jgħarrex x’inhu jseħħ madwaru. Huwa jibqa’ dejjem is-sommo poeta, dak li jitkellem b’fomm Alla fejn hemm xi forma ta’ inġustizzja. Imma fl-aħħar jintebaħ li l-ebda lingwa mhi se taħji d-diq, itturment, l-ansja, is-solitudni u l-angst eżistenzjali. U f’waqtiet mhux mistennija jidħaq ma’ min jidħaq, jibki ma’ min jibki, iterraq ma’ min iterraq. U finalment jinduna li jinsab għeri, b’idejh battala, ħieles minn kull katina ta’ jasar.” Nagħlaq billi ngħid li f’din il-ġabra wieħed se jsib żewġ tipi ta’ poeżiji: dawk li huma miktubin għal xi okkażjoni – jiġifieri li l-poeta jkollu jdejh marbutin għax bilfors irid iżomm mas-suġġett mitlub lilu; u oħrajn fejn jitwasslu direttament għandna minnixxiegħa tal-kuxjent. Il-qawwa ta’ Palma bħala poeta żgur li tinsab fit-tieni tip ta’ poeżiji. Hawn qed nislet xi siltiet minn xi poeżiji tat-tieni tip. Imma la qed nitkellem dwar Palma ma nistax ma nsemmix dak li seħħ meta ġie Malta Benigni. Dan waqt is-serata staqsa jekk għandniex traduzzjoni bilMalti tad-Divina Commedia ta’ Dante. Imma dakinhar ħakmet id-dimenzja fost dawk preżenti. Mhux talli m’għandniex Divina Commedia kompleta, imma wkoll bit-terza rima u bl-endekasillabu (il-vers pereċċelenza). Palma finalment ġie onorat u mfaħħar qatigħ f’Ravenna fl-2008. “Ħadd ma jibkik, għajr Malta, tħares kiebja fuq it-tmiem tiegħek, taħseb mingħajr hieda liema roqgħ’oħra se jiġrilha bħalek, ħtija tal-ġenn li ħakem lil uliedha!” (Lill-Għalqa Meqruda)

34


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.