Lehen Blog – Il-Fama Famuża
[1Slat:10:1] U semgħet is-sultana ta' Saba bil-fama ta' tħabrik Salamun għal isem il-Mulej, u ġiet biex iġġarrbu b'mistoqsijiet iebsa.
Għandna ħabta ngħidu li lil min tafu, m’għandekx tistaqsi għalih… u li lil min ittih il-fama, tista’ titfgħu ilbaħar.
Joshua 9: 9 poeżiji Kunċetti Huma qalu lilu, "impjegati tiegħek ikunu ġejjin minn pajjiż bogħod ħafna minħabba l-fama tal-Mulej Alla tiegħek, għax smajna-rapport tal lilu u dak kollu li Hu ma fl-Eġittu, 1 Chronicles 14:17 poeżiji Kunċetti Imbagħad l-fama ta 'David marru barra fil-artijiet kollha; u l-Mulej ressqet il-biża 'minnu fuq il-nazzjonijiet kollha. 1 Chronicles 22: 5 poeżiji Kunċetti David qal, "iben Solomon tiegħi huwa żgħażagħ u mingħajr esperjenza, u l-dar li għandu jiġi mibnija għall-Mulej għandu jkun eċċessivament magnífico, famuż u glorjuż madwar artijiet kollha. Għalhekk issa Se nagħmel preparazzjoni għal dan." Allura David għamlet tħejjijiet abbundanti qabel il-mewt tiegħu. Isaija 66:19 poeżiji Kunċetti "Jiena se nispjega sinjal fosthom u se tibgħat superstiti minnhom għall-nazzjonijiet: Tarshish, Poġġi, LUD, Meshech, Tubal u Javan, lill-coastlands bogħod li la smajt fama tiegħi lanqas tidher glorja tiegħi U dawn se jiddikjaraw glorja tiegħi fost in-nazzjonijiet. Esther 9: 4
poeżiji Kunċetti Tabilħaqq, Mordecai kien kbir fid-dar tas-sultan, u l-fama tiegħu jinfirxu madwar il-provinċji kollha; għallbniedem Mordecai saret akbar u akbar. 1 Kings 4:31
Għax hu kien għaqli mill-irġiel kollha, mill ethan il Ezrahite, Heman, Calcol u Darda, ulied Mahol; u l-fama tiegħu kien magħruf fil-nazzjonijiet kollha madwar. 1 Kings 10: 1 poeżiji Kunċetti Issa meta l-reġina ta 'Sheba jinstemgħu dwar il-fama tal-Gżejjer Solomon dwar l-isem tal-Mulej, hi daħlet biex jittestjaw lilu ma mistoqsijiet diffiċli.
Tini l-Fama u Itfani l-Baħar
Meta kont żgħira, kien hemm serje fuq it-televixin jisimha Fame. Kien dwar għadd ta’ żgħażagħ li jattendu l-skola tal-Performing Arts, propjament in-New York City High School for the Performing Arts, u sakemm jaslu għal wirja li jagħmlu fl-aħħar tal-episodju, konna naraw siltiet mil-provi, l-interazzjonijiet ta’ bejniethom, u xeni mill-ħajja tagħom ta’ kuljum. Ta’ min jgħid li iżjed tard kienet saret serje oħra bl-Ispanjol, Un Paso Adelante, imsawwra fuq Fame. Ma setax jonqos li billi din kienet serje Amerikana, l-istudenti kienu minn razez differenti. Issa l-ħelwa hi li meta din is-serje ixxandret bit-Taljan, ma kienx jisimha Fame, iżda Saranno Famosi, li allura kien jindika li dawn l-istudenti kien għad kellhom x’jaqdfu biex isiru famużi, u kif tgħid is-sigla tasserje, kulħadd jiftakar isimhom. U, wara kollox, x’hini l-fama? Hemm xi differenza bejn li jkollok il-fama, u li tkun famuża?
Hawn min ikollu ismu fuq fomm kulħadd għax ikun famuż – u hawn min ikollu ismu fuq fomm kulħadd għax ikun ħa l-fama. U hawn min ikollu ismu fuq fomm kulħadd għaż-żewġ raġjunijiet. Hawn min jitpaxxa jara lin-nies jitbisssmulu kull fejn imur. Hawn min saħansitra jieħu gost li jkun hawn min ma jistax għalih… għax, skont hu, dawn ikunu jgħiru għalih, jew għax bravu, jew għax imlaħħaq, jew għax sabih, jew għax għandu flus kemm tesa’ ġildu. Imma kemm huma mportanti il-fama, jew li tkun famuż? Ngħid għalija, meta ippruvajt nagħmel lista, iżjed sibt raġjunijiet ħżiena għaliex ma jaqbilx li tkun famuż, milli tajbin. 1. Forsi jidher sabiħ li tgħix għal dejjem, almenu fil-kotba tal-istorja. Imma issa, mhux imbagħad, ma tistax tmur tieħu pizza x’imikien, jew toħroġ b’xagħrek b’ferq ta’ żewġ pulżieri li għandhom bżonn laqgħa żebgħa, bla ma jkun hemm xi hadd li jew ifesfes xi ħaġa f’widen ħaddieħor, jew saħansitra jurik b’sebgħu. 2. Saħansitra jekk tkun l-iżjed bniedem umli tad-dinja, u xi ħadd isellimlek u int, għax sinċerament ma tindunax bih u ma ssellimx, malajr tiġri l-kelma li int taħseb li int xi ħaġa. 3. Kemm hawn min hu famuż u jirċievi theddid bl-ittri anonimi jew bit-telefon mingħand nies li ma jkollhomx atitudni tajba? Kemm hawn min ma jista’ jmur imkien għax isib xi stalker jimxi warajh? Kemm hu sew li għandek il-liberta li taqbad tal-linja u tmur fejn trid, milli tird isejjah lix-xufier u tara li l-ħġieg talvettura jkun imtella’ sa fuq net? 4. Tal-biża li, forsi filwaqt li ma jkollokx għalfejn tinkwieta kif ser tħallas il-kont tad-dawl, tkun il-ħin kollu thewden li ta’ madwarek ser jippruvaw jiffrodawk jew jisirquk. Dan, m’għandniex xi ngħidu, jgħodd biss jekk il-fama tiegħek tkun inn dik li tqallgħek ħafna flus, għax tkun celebrita f’xi qasam partikolari. 5. Bħal ma jiġru warajk in-nies, kemm dawk li jħobbuk u kif ukoll dak li ma tinżlilhomx, kull fejn tmur issib xi ġurnalist lest ixandar mal-erbat irjieħ x’kont leibes, ma’ min kont, x’kilt, u x’għamilt. Kultant, jippruvaw jikkompromettuk u jirrabjawk, u meta jirnexxilhom, erħilhom jiġbdu l-vidjos u r-ritratti biex juru lid-dinja kollha li int pastaż u arroganti. 6. Il-mara jew ir-raġel tiegħek, il-ġenituri, u uliedek, kollha ser ikunu mċappsa bil-fama tiegħek. Kultant anqas biss jibqalhom identita tagħhom, iżda jirreferu għalihom b’kif jiġu minnek… bħall meta lgħalliem jgħidu dik in-nanna ta’ Tracey, jew dik iz-zija ta’ Sven. 7. Għajdut u seksik u gideb… tliet affarijiet li donnhom jiġru warak meta tkun famuż. Kull azzjoni tiġi interpretata kif jidhirlu dak li qed jarak tagħmilha. Kultant, jingħadu ħwejjeġ tant koroh (u mhux vera) dwarek li saħansitra jkollhom effett ħażin fuq il-ħajja tiegħek, u ta’ dawk ta’ madwarek. 8. Kultant, ikunu nies famużi oħrajn li jagħmlulek ħajtek miżerja. Jikkompetu miegħek, allavolja int qatt ma tkun missejt magħhom – jew jikkritikawk, jew iwaqqgħuk għaċ-ċajt. U int, x’tagħmel? Toqgħod kwiet, jew tirritalja? Tagħmel x’tagħmel, ikun irnexxielhom jittikawk.
9. Jekk tkun famuż, probabbilment ikollok għalfejn tmur minn hawn għal hemm, u tiġi minn hemm għal hawn. Xi dwejjaq… forsi llum għandek aptit toqgħod id-dar għax tawk ktieb sabiħ u trid taqrah, jew ma tħossokx tajjeb għal man-nies… imam ma tkunx tista’. U ma ninsewx li l-familha mhux dejjem tkun tista’ tivvjaġġa miegħek. 10. Meta tkun famuż, ikun hemm il-periklu li int tinsa min int… il-maska li tilbes meta tkun quddiem il-pubbliku għandha mnejn tant teħel ma’ wiċċek li ma tkunx tista’ taqlagħha. Kultant, anqas biss taf fejn tibda’ int u fejn tispiċċa l-personalita li tkun bnejt b’tant paċenzja għall-pubbliku tiegħek – personalita li kulħadd jaħseb li tkun “int ta’ vera” iżda ma tkunx. 11. Issib min qed taparsi jħobbok u jammirak. Iżda dawn, ikunu jridu jużaw lilek, u l-fama tiegħek, biex jksbu dak li jridu u li jaqbillhom. U mhux kulħadd ikollu l-ħila jinduna liema hima l-ħbieb sinċieri, u liema l-qarrieqa. 12. Il-fama mhux dejjem ittul. Jekk in-nies tinzerta tieħu grazzja ma’ xi ħadd ieħor, u lilek tarmix bħal lumija magħsura… x’tagħmel?
U issa li smajt dawn it-tużżana kummenti – għadek tixtieq li tkun famuż?