Lehen blog ħares il hdud

Page 1

Ħares il-Ħdud…

https://aboutmormons.org/files/2013/12/sunday-sabbath-day-cw.jpg

Illum qagħdet. Bl-iskuża li naħdmu fost il-ġimgħa… jew li nieħdu ħsieb it-tfal tat-tfal, jew li “jkollna x’nagħmlu”, kważi kważi ma baqax tmiem il-ġimgħa. Fejn qabel, kulħadd kien jirraguna li la Alla straħ fis-seba’ jum, mela aħħna għandna nistrieħu wkoll, illum il-ġurnata, kulħadd juża l-ġurnata tal-Ħadd biex ilaħħaq ma’ dak kollu li ma jkunx gamel matul il-ġimgħa – ħasil tal-art, mogħdija, tisjir għall-freezer… Filgħaxija, hemm min jgħidlek li jispiċċa qisu paljazza, u anqas biss joħlom li jagħmel xejn (iżjed!) għajr li jitfattar quddiem it-televixin, sakemm ma jongħosx hemm, ukoll, u jqum irmazzat f’nofs ta’ lejl, u jmur fis-sodda biex jimtedd sakemm jaħsdu l-iżveljarin... Il-liġijiet tax-Shabbat tal-Lhud jesiġu imġieba totalment differenti minn hekk, tant li għall-ewwel, wieħed jimmaġina li jkun impossibli li “tobdihom” kollha. Imma min hu Shabbat shomer (“iżomm ix-Shabbat”) jgħidlek li la darba tidra’, anqas biss ikollok għalfejn tagħmel sforz biex tiftakar dak li tista’ u ma tistx tagħmel għax titnissel fik il-ħajra li żżomm il-preċetti, u din minnha nnifisha tgħalllmek kif għandek iġġib ruħek… u ma ġġibx skużi għaliex għandek raġun tiksirhom. Skont il-liġi ta’ Mose (li forsi hawn min jgħid li m’għadhiex moda), u li madanakollu ġiet imġedda’ għal dawn iż-żminijeit mill-istudjużi, fix-Shabbat ma tistax: • issajjar, taħmi, jew tkebbes xi nar; • issuq jew tirkeb f’xi vettura; • tagħmel transazzjonijiet kummerċjali; • taħrat jew tieħu ħsieb i-ġonna; • taħsel il-ħwejjeġ; • tikteb jew tħassar xi kitba, jew tqatta’ xi ħaġa miktuba; • tixtri; • tuża l-elettriku (inklużi dwal, radjijiet, televiżjoni, kompjuter, air conditioners, u arloġġi); • tuża t-telefon. Ommi ma! Xi dwejjaq ta’ ħajja. Qisna mummji nkunu, kieku… jew le? U kif ser jgħaddi l-Ħadd mingħajr ma nieklu xi ħaġa sħuna? Li żżom ix-Shabbat, fil-verita, ma tantx hu differenti milli tħares il-Ħdud u l-festi kkmanadti kif suppost. Lideja hi li niċċelebraw il-ħajja, bla ma nagħmlu ebda’ ħaġa li tista’ tissejjaħ ‘xogħol’. M’għandniex xi ngħidu, il-Lhud jippreparaw sew; id-dwal li se jkunu meħtieġa fix-Shabbat jinxtegħlu minn qabel; hekk timers awtomatiċi li jużaw xi uħud (iżda mhux kulħadd). Il-friġġ tista’ tintuża, iżda il-bozza


għandha tkun skonnettjata. Jekk ikun hemm fann li taħdem meta l-bieba tinfetaħ, din ukoll għandha tiġi skonettjata. Min-naħa l-oħra, l-ikel jinżamm sħun b’metodi li ma jiksrux ix-Shabbat. Ta’ min jinnota li huwa meqjus “xogħol” li ġġor xi affarijiet li ma jkollokx bżonnhom biex taqdi d-dmirijiet tax-Shabbat… niftakru kemm għamlu għaġeb meta Ġesu qal lir-raġel li kien fejjaq biex “jaqbad friexu u jitlaq” – għax li ġġir il-lożor huwa meqjus b’li m’intix qed tħares ix-Shabbat. Hawn ta’ min jgħid li hemm żewġ kategoriji ġenerali ta’ Muktzeh: 1) oġġetti li huma asolutament inutli (ġebel, pjanti, fjuri fil-vażun, ikel nej li ma jittikilx hekk, xi ħaġa li mhux aktar utli, bħal skutella miksura, buttuna li tun inqatgħet, eċċ); u 2) oġġetti li jintużaw għal skop projbit (kamera, għodod professjonali, dokumenti importanti, eċċ). Hemm imbagħad ħafna irqaqat li jinvolvu l-għerejjex li semma’ San Pietru fit-Trasfigurazzjoni, u l-erba’ cubits (sitt piedi) li huma meqjusa bħala “spazju personali”… li jista’ jikber għal eiruv li jkollu konfini iżjed wiesa’. Biex tħares il-Ħdud, iżda, ma hemmx għalfejn ikollok għexieren ta’ regolamenti: kemm taħseb ftit, u twieġeb il-mistoqsija “jiswa’?” lilek innifsek, bis-sinċerita kollha.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.