Żewġ Ikliet… http://www.jesuswalk.com/kingdom/images/harold-copping-parable-of-the-great-supper-400x546.jpg
Morru ġibu lil min issibu…
Mela darba, kien hemm Re li offra ikla b’xejn lis-sudditi tiegħu; iżda stipula li kellhom jattendu biss dawk li jħossuhom waħdehom, jew dawk li ma kellhomx saqaf fuq rashom. Il-helwa hi li meta ċemplu biex jirregistraw ruħhom, kważi dawk kollha tat-tieni kategorija ma ġewx bejn ħaltejn – u kollha offrew indirizz fejn kellu jintbagħatilhom l-invit. Dak inhar tal-ikla, min qed iservi induna li kin hemm nies li keinu edukati, kemmxejn mistħija, u li dehru li kienu qed japprezzaw kull ħaġa, kull dettal li kien hemm madwarhom; ix-xamgħat jixgħelu fit-tazzi ċkejknin, iċ-ċrieki tal-ġiżimin madwar is-srievet tal-karti, il-fliexken tal-ilma b’isimhom u n-numru tassiġġu fuqhom… Kien hemm oħrajn li kienu kemmxejn tosti; dawk li talbu iżjed ħobż u iżjed ġamm u iżjed butor għax lewwel past donnu kien ser idum ma jasal… dawk li pprretendew li flok ilma jun hemm luminata u nbid… dawk li flok soppa ippretendew brodu tal-ħasi għax kien żmien il-Milied. Qalu li r-Re kellu mnejn iħallas, mela għalfejn kien qed iqammel magħhom. U biex inkun għedna kollox, kien hemm min tefa’ xi erba’ biċċiet ħobż u pakketti tal-ġamm fil-basket, ukoll. Fil-Bibbja nsibu rakkont ieħor ta’ il b’xejn. Insibu li kien hemm ħafna u ħafna mill-istediniet miċħuda. Min għażel li ma jmurx, irrifjuta għax qal li kellu ħwejjeġ iżjed importanti x’jagħmel. Min għax iżżewweġ, min għax xtara l-bhejjem għar-razzet, min għax daħallu x-xogħol… Ħadd ma ħadha bi kbira li jġhid le lis-Sultan. Kien għalxejn li l-impjegati lesetew kollox, bid-dvalji llamtata u t-tazzi tal-kristall. Kien hemm indifferenza u ostilità, għax forsi ħasbu li s-Sultan probabbilment stiedinhom għax ried xi ħaġa minn għandhom. Il-qaddejja tiegħu proabbilment skantaw, għax huma kienu mdorrija li jobdu lil sidhom. Biex tgħaxxaqha, hu qalilhom biex imorru f’salib it-toroq u jġibu lil min jaraw għaddej, lura magħhom. Bejniethom sabu biżżejjed mistednin biex lp-ikel ma jinħeliex u t-tiżjin ma jkunx sar għalxejn. Fl-ikla li saret “ta’ vera”, ġew għal għarrieda ir-Re u r-Reġina, il-Prim Ministru u l-Mara, il-Kap TalOppożizzjoni u l-Mara, l-Arċisqof u l-Viċi Tiegħu, u xi atturi u kantanti magħrufa fil-pajjiż. Ittieħdu eluf ta’ stessi. Fl-ikla li saret “fil-parabbola”, ir-Re biss kien li mar jara min kien ġie għall-ikla. U, ħaga tal-għaġeb, induna b’wieħed li ma kienx imqar maxat xagħru u dellek wiċċu u rranġa surtu kif seta’. Meta nduna li dan l-arroganti ried iqarraq, bħal dawk li kellhom saqaf fuq rashom, u familja, u qalu li kienu bla dar u bla familja fl-istorja ta’ vera, lir-Re qabżitlu. Ordna li dan jintefa’ fid-dlam ta' barra.
Ma tistax tiċħad l-istedina u tippretendi li l-qaddej tar-re iġiblek il-ħamper li taw wara l-ikla, id-dar. Ma tistax qed taparsi taċċetta u ma tagħmilx l-almu tiegħek. Mingħalik li tkun qarraqt bir-Re għax “sraqt” ikla minn ħalq ħaddieħor li iżjed kien ħaqqu li jmur, kieu kien hemm posstijiet… imam fil-fatt tkun biss għażilt li tgħmel il-ħażen biex tgawdi int. Ta’ kuljum, aħna ikollna l-opportunita li naċċettaw stedina li mhux talli ma nqarrqux, u ma nkunux indifferenti, talli nkunu twajba u sinċiera, u li nkunu dawl għal ħaddiehor. Żewġ Ikliet… http://www.jesuswalk.com/kingdom/images/harold-copping-parable-of-the-great-supper-400x546.jpg
Morru ġibu lil min issibu…
Mela darba, kien hemm Re li offra ikla b’xejn lis-sudditi tiegħu; iżda stipula li kellhom jattendu biss dawk li jħossuhom waħdehom, jew dawk li ma kellhomx saqaf fuq rashom. Il-helwa hi li meta ċemplu biex jirregistraw ruħhom, kważi dawk kollha tat-tieni kategorija ma ġewx bejn ħaltejn – u kollha offrew indirizz fejn kellu jintbagħatilhom l-invit. Dak inhar tal-ikla, min qed iservi induna li kin hemm nies li keinu edukati, kemmxejn mistħija, u li dehru li kienu qed japprezzaw kull ħaġa, kull dettal li kien hemm madwarhom; ix-xamgħat jixgħelu fit-tazzi ċkejknin, iċ-ċrieki tal-ġiżimin madwar is-srievet tal-karti, il-fliexken tal-ilma b’isimhom u n-numru tassiġġu fuqhom… Kien hemm oħrajn li kienu kemmxejn tosti; dawk li talbu iżjed ħobż u iżjed ġamm u iżjed butor għax lewwel past donnu kien ser idum ma jasal… dawk li pprretendew li flok ilma jun hemm luminata u nbid… dawk li flok soppa ippretendew brodu tal-ħasi għax kien żmien il-Milied. Qalu li r-Re kellu mnejn iħallas, mela għalfejn kien qed iqammel magħhom. U biex inkun għedna kollox, kien hemm min tefa’ xi erba’ biċċiet ħobż u pakketti tal-ġamm fil-basket, ukoll. Fil-Bibbja nsibu rakkont ieħor ta’ il b’xejn. Insibu li kien hemm ħafna u ħafna mill-istediniet miċħuda. Min għażel li ma jmurx, irrifjuta għax qal li kellu ħwejjeġ iżjed importanti x’jagħmel. Min għax iżżewweġ, min għax xtara l-bhejjem għar-razzet, min għax daħallu x-xogħol… Ħadd ma ħadha bi kbira li jġhid le lis-Sultan. Kien għalxejn li l-impjegati lesetew kollox, bid-dvalji llamtata u t-tazzi tal-kristall. Kien hemm indifferenza u ostilità, għax forsi ħasbu li s-Sultan probabbilment stiedinhom għax ried xi ħaġa minn għandhom. Il-qaddejja tiegħu proabbilment skantaw, għax huma kienu mdorrija li jobdu lil sidhom. Biex tgħaxxaqha, hu qalilhom biex imorru f’salib it-toroq u jġibu lil min jaraw għaddej, lura magħhom. Bejniethom sabu biżżejjed mistednin biex lp-ikel ma jinħeliex u t-tiżjin ma jkunx sar għalxejn.
Fl-ikla li saret “ta’ vera”, ġew għal għarrieda ir-Re u r-Reġina, il-Prim Ministru u l-Mara, il-Kap TalOppożizzjoni u l-Mara, l-Arċisqof u l-Viċi Tiegħu, u xi atturi u kantanti magħrufa fil-pajjiż. Ittieħdu eluf ta’ stessi. Fl-ikla li saret “fil-parabbola”, ir-Re biss kien li mar jara min kien ġie għall-ikla. U, ħaga tal-għaġeb, induna b’wieħed li ma kienx imqar maxat xagħru u dellek wiċċu u rranġa surtu kif seta’. Meta nduna li dan l-arroganti ried iqarraq, bħal dawk li kellhom saqaf fuq rashom, u familja, u qalu li kienu bla dar u bla familja fl-istorja ta’ vera, lir-Re qabżitlu. Ordna li dan jintefa’ fid-dlam ta' barra. Ma tistax tiċħad l-istedina u tippretendi li l-qaddej tar-re iġiblek il-ħamper li taw wara l-ikla, id-dar. Ma tistax qed taparsi taċċetta u ma tagħmilx l-almu tiegħek. Mingħalik li tkun qarraqt bir-Re għax “sraqt” ikla minn ħalq ħaddieħor li iżjed kien ħaqqu li jmur, kieu kien hemm posstijiet… imam fil-fatt tkun biss għażilt li tgħmel il-ħażen biex tgawdi int. Ta’ kuljum, aħna ikollna l-opportunita li naċċettaw stedina li mhux talli ma nqarrqux, u ma nkunux indifferenti, talli nkunu twajba u sinċiera, u li nkunu dawl għal ħaddiehor. X’sejrin nagħzlu; li nkunu grati, li ninjoraw l-istedina, jew li nqarrqu?